Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-enerġija
L-enerġija li tiġġedded
Ir-riċerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Inċentiv ta’ €16.3 biljun għar-riċerka xjentifika

Is-Sitt Programm Strutturali ta’ Riċerka huwa l-istrument ewlieni ta’ l-UE għall-għoti ta’ fondi għar-riċerka xjentifika, il-fokus prinċipali tiegħu jkun il-ħolqien ta’ Żona ta’ Riċerka Ewropea, l-ekwivalenti ta’ “suq komuni” għar-riċerka. Il-programm huwa mfassal fuq erba’ snin mill-2003 sa l-2006 u għandu baġit ta’ kważi €16.3 biljun. Il-Parlament Ewropew appoġġja l-programm sa mill-bidu nett u għamel kull sforz sabiex iħaffu mill-proċess leġislattiv iżda nsista wkoll fuq li jgħaddi xi ftit mill-ispejjeż lejn il-prijoritajiet tiegħu stess, li jinkludu r-riċerka fuq il-kanċer, l-AIDS, il-malarja u t-tuberkolożi.

Ir-riċerka xjentifika fl-Ewropa teħtieġ dejjem iktar minn qatt qabel ta’ inċentiv b’saħħtu, minħabba li r-rivali teknoloġiċi prinċipali ta’ l-UE, mhumiex qegħdin joqgħodu idhom fuq żaqqhom, iżda qegħdin isaħħu l-ħidmiet tagħhom. Issa l-Ewropa waqgħet wara l-Istati Uniti u l-Ġappun f’termini ta’ infiq fuq riċerka mhux biss bħala proporzjon tal-PGD (1.8% meta mqabbel ma’ 2.7% u 3.1% għall-Istati Uniti u l-Ġappun rispettivament) iżda wkoll f’termini tan-numru ta’ riċerkaturi, patenti u esportazzjonijiet ta’ teknoloġija għolja per capita.

L-ewwel abbozz tas-Sitt Programm Strutturali ta’ Riċerka ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea ġie mmodifikat f’xi aspetti matul il-proċedura ta’ deċiżjoni konġunta bejn il-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri. Iżda, il-Parlament kien ħerqan li ma jdewwimx l-adozzjoni tal-programm u dan ġie approvat nhar is-27 ta’ Ġunju 2002, biex b’hekk setgħa jibda nhar l-1 ta’ Jannar 2003, mingħajr bidliet kbar għall-proposta tal-Kummissjoni f’termini ta’ struttura, kontenut, baġit jew arranġamenti ta’ tħaddim. Il-baġit totali għall-perjodu ta’ erba’ snin huwa ta’ €16.270 biljun, li jirrapreżenta żjieda ta’ 17% fuq il-Ħames Programm Strutturali u li jagħmel kważi 4% tal-baġit totali ta’ l-Unjoni.

L-Ewropa għandha tradizzjoni b’saħħitha fir-riċerka u fl-innovazzjoni iżda ċ-ċentri ta’ eċċellenza tagħha huma mifruxin madwar il-kontinent u mrażżnin b’nuqqas ta’ networking u kooperazzjoni. Is-Sitt Programm Strutturali ifittex li jiġġieled din il-problema: €2.925 biljun huma merfugħin għal Żona ta’ Riċerka Ewropea li ġiet deskritta bħala “riċerka ekwivalenti għas-suq komuni”. Hija mfassla, permezz ta’ arranġamenti ta’ networking u proġetti integrati, sabiex tiffoka riżorsi u tikkoordina ħidmiet ta’ riċerka nazzjonali f’oqsma bħalma huma l-mobilità tar-riċerkaturi, infrastrutturi ta’ riċerka u kwistjonijiet ta’ “xjenza u soċjetà”. Ma hemm ebda kwoti nazzjonali għall-għoti ta’ fondi allokati mill-programm, li huma miftuħin għall-entitajiet pubbliċi u privati kollha, kbar jew żgħar.

Seba’ oqsma ewlenin

Mill-baġit totali, qiegħed jiġi allokat ‘l fuq minn €13 billion għal seba’ oqsma ewlenin li sar qbil fuqhom mill-Parlament u mill-ministri tar-riċerka: il-ġenomika u l-bijoteknoloġija għas-saħħa; it-teknoloġiji tas-soċjetà ta’ l-informatika; in-nanteknoloġiji u n-nanoxjenzi; l-aeronawtika u l-ispazju; is-sigurtà fl-ikel; l-iżvilupp sostenibbli; ix-xjenzi ekonomiċi u soċjali.

Il-Parlament kellu rwol kruċjali f’li jtejjeb u jiddefinixxi mill-ġdid dawn il-kategoriji. L-ewwel, il-MPE żguraw li għallinqas 15 % tal-fondi jiġu riservati għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju. It-tieni, il-programm ġie ċċarat u l-għan ta’ ċerti oqsma ewlenin ġie estiż.
Fl-ewwel qasam ewlieni (il-ġenomika u l-bijoteknoloġija għas-saħħa), ir-riċerka fundamentali dwar il-ġenomika ġiet estiża mill-Parlament sabiex tkopri l-organiżmi kollha, minħabba li minn riċerka bħal din, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet utili inklużi dawk għas-saħħa umana. Dwar l-applikazzjonijiet mediċi ta’ riċerka tal-ġenomika, il-Parlament insista wkoll li tiġi nkluża firxa usa ta’ mard, b’mod partikolari l-kanċer, l-AIDS, il-malarja, it-tuberkolożi, id-dijabete, mard tas-sistema nervuża u mard kardjovaskulari u mard rari. Barra minn hekk, il-MPE saħqu b’suċċess għal metodu usa mhux ġenomiku għall-kanċer, li jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ strateġiji orjentati fuq il-pazjent, mill-prevenzjoni għad-dijanjożi u t-trattament. Is-sitt prijorità (żvilupp, bidla globali u ekosistemi sostenibbli) ġiet ristrutturata fid-dawl tat-talbiet tal-Parlament sabiex ikopru sistemi ta’ enerġija sostenibbli, trasport fuq l-art, bidla globali u ekosistemi sostenibbli.

Prinċipji etiċi

Il-kwistjonijiet etiċi kienu ta’ interess kbir għal dawk kollha involuti fl-adozzjoni tal-programm, bl-opinjonijiet ivarjaw ħafna. Il-MPE l-ewwel fittxew li jipprojbixxu ċerti tipi ta’ riċerka milli jiġu ffinanzjati taħt il-programm, bħalma huma r-riċerka tal-klonazzjoni tal-bniedem għal għanijiet ta’ riproduzzjoni, il-ħolqien ta’ embrijoni għal għanijiet ta’ riċerka u riċerka li tista’ tagħmel bidliet ġenetiċi ereditarji. Iżda, kien hemm diviżjonijiet bejn l-Istati Membri u fl-aħħar, il-Parlament u l-ministri tar-riċerka laħqu kompromess fuq dikjarazzjoni usa: “L-attivitajiet kollha ta’ riċerka mwettqa taħt is-sitt programm strutturali għandhom isiru f’konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.”

Il-programm huwa miftuħ għall-istati taż-Żona Ekonomika Ewropea, għall-pajjiżi kandidati Ewropej Ċentrali u tal-Lvant, Ċipru, Malta, it-Turkija, l-Isvizzera u l-Iżrael. L-Iżrael kien l-uniku pajjiż mhux Ewropew assoċjat għal kollox fil-programmi strutturali ta’ l-UE u sejjer jikkontribwixxi madwar €192 miljun għall-baġit

Is-Sitt Programm Strutturali – kif jaħdem

- Dawk il-proġetti li jinvolvu bosta sħab minn pajjiżi differenti biss jiġu mogħtija fondi.

- Il-fondi jiġu allokati wara “sejħat għal offerti” kompetittivi ippubblikati mill-Kummissjoni.

- Il-proġetti jiġu stmati minn medja ta’ ħames esperti indipendenti.

- Il-fondi tal-programm mhumiex sussidji ġenerali għal organizzazzjonijiet jew kumpaniji ta’ riċerka. Dawn jistgħu jintużaw biss għal xogħol speċifiku jew għal proġetti ta’ riċerka.

- Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm.

 



  
Relaturi:
  
Is-Sitt Programm Kwadru tar-Ricerka : Gérard Caudron (GUE/NGL, F)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
Is-Sitt Programm Kwadru tar-Ricerka  

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004