| Fil-futur, kif jiġri fil-każ ta’ l-għażla ta’ l-ikel f’supermarkit, hekk ukoll il-konsumatur Ewropew ikun jista’ jiddeċiedi mingħand min jakkwista l-enerġija u liema prezz, iħallas għaliha. F’ħafna stati ta’ l-Unjoni Ewropea, il-konsumatur ma għandu l-ebda influwenza fuq min iforni l-kurrent. Dan in-nuqqas ta’ kompetizzjoni jwassal biex jogħla l-prezz li jweġġa’ kemm l-ekonomija kif ukoll lill-konsumatur. Ir-regolamenti ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-futur, iħallu l-għażla f’idejn il-konsumatur mingħand min jakkwista il-kurrent/l-elettriku u l-gass kif ukoll min ser jipproduċi dan il-kurrent. Regoli stretti għandhom jipprevenu illi din il-kompetizzjoni ġdida tisfaxxa. Il-Parlament Ewropew saħaq għall-konsumatur.
Mill-ewwel ta’ Lulju 2007, il-konsumatur privat ikun jista’ jagħmel l-għażla tiegħu. Mill 1 ta’ Lulju 2004 l-kumpaniji jkunu jistgħu jagħżlu l-produtturi. B’hekk il-konsumatur privat kien ser ikollu l-għażla tiegħu aktar tard minn dak li kien mixtieq oriġinarjament mill-Parlament. Għalhekk fl-4 ta’ Ġunju 2003 il-Parlament aċċetta dan iċ-ċaqliq u sar kompromess mal-gvernijiet rappreżentanti biex jintlaħaq progress ġenerali.
Fil-passat ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropeja rigward is-suq ta’ l-enerġija kienu jillimitaw il-kompetizzjoni. Din kienet tidher ċara fi tlett oqsma: L-ewwel nett, il-konsumatur kien limitat ħafna fl-għażla tal-produtturi għall-enerġija u ma setax jikseb l-aktar offerta favorevoli. It-tieni kienet tippreveni l-ftuħ ta’ swieq ta’ enerġija differenti minn dik ta’ l-Istati Membri biex ikun hemm konpetizzjoni xierqa lil hinn minn xtuthom. It-tielet, kien hemm staġnar fil-kummerċ bejn in-nazzjonijiet, għax ma kienx hemm trasferiment suffiċjenti jew għax in-nefqa għat trasferiment ma setgħetx tkun iġġustifikata b’mod viżibbli, u b’mod uniformi.
Suq għall-enerġija mingħajr ostakoli
Ir-regoli l-ġodda jneħħu dawn l-ostakoli. Il-Parlament ħaseb biex jiġi salvagwardjat il-konsumatur. Id-delegati saħqu li fuq il-materjal għar-reklamar u l-fatturi, l-konsumatur ikun jista’ jagħraf eżattament liema huma l-fonti ta’ l-enerġija, per eżempju jekk humiex ġejjin minn impjanti atomiċi jew inkella minn riżorsi oħra bħar-riħ. Il-konsumatur ikun jista’ jbiddel il-fornituri migħajr diffikultà jekk ikun hemm tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Il-kuntratti u l-fatturi għandhom ikunu fformulati b’tali mod li l-konsumatur ikun f’qagħda li jifimhom u jkun jista’ jqabbel il-prezzijiet ta’ fornituri differenti.
Sabiex il-provvista tkun tista’ tiġi minn power stations mbiegħda, il-fornituri tal-provvista għandhom jiftħu il-linji ta’ l-enerġija tagħhom għall-kompetituri bi ħlas. Sabiex il-kompetizzjoni ma tisfaxxax, l-impriżi ta’ l-enerġija għandhom jisseparaw legalment il-linji tal-provvista mill-fornituri, u mid-distributuri. Dan biex ma jkunx hemm monopolju mill-fornitur tal-passat. Fil-futur l-infrastruttura trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kompetituri l-ġodda fis-suq, biex kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet. L-awtoritajiet nazzjonali, flimkien mal-kumissarji Ewropej għandhom jaraw li dawn ir-regoli jiġu mħarsa.
L-ebda kuntratt b’konessjoni mal-Euratom ma ġie ffisat biex skond it-talba tal-parlamentari, jittieħdu miżuri aktar stretti għall-użu tal-fondi biex jiġu disattivati impjanti atomiċi, il-Kumissjoni Ewropeja qegħda titlob li fil-futur isir rapport annwali mill-kumpaniji ta’ l-enerġija li juru kif jintużaw il-flus minn dawn il-fondi. B’hekk il-parlament ikollu rapporti f’idejh li juru jekk il-flus ikunux qegħdin jintefqu fi proġetti oħra mhux intenzjonati.
Kompetizzjoni ? Iżda garantita
Il-kompetizzjoni ġdida ma għandha tħalli lil ħadd mingħajr provvista. Il-parlament iddeċieda li jieħu miżuri biex il-provvista tiġi żgurata. Għal kull konsumatur - anke għal dawk li huma soċjalment debboli – dan itniżżel bħala dritt – li jiġu fornuti b’enerġija minn suq miftuħ. F’konsultazzjonijiet oħra d-delegati qed jiġġieldu għad-dritt ta’ l-Istati Membri biex jirregolarizzaw il-fornituri tal-gass fuq livell nazzjonali.
Sabiex il-kompetizzjoni ma tieqafx mal-fruntieri nazzjonali u jkunu jistgħu jintlaħqu postijiet remoti/imbiegħda, il-linji għandhom jiġu żviluppati. Id-delegati ftiehmu li din tgħodd ukoll għall-enerġija li tista’ tintuża mill-ġdid, bħal dik ġenerata mir-riħ fuq l-ibħra. Il-Parlamentari qalu li l-provvista tiġi żgurata aktar jekk ikun hemm ħafna riżorsi differenti ta’ enerġija.
Id-delegati saħqu li sabiex ma jkunx hemm piż kbir fuq min iħallas it-taxxa, l-iżvilupp tal-linji tal-provvista għandhom jitħallsu mill-ekonomija. Sussidji mill-Komunità għandhom jintużaw biss f’każijiet ta’ eċċezzjoni, strettament kontrollati.
|