Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-energija
L-energija li tiggedded
Ir-ricerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Energy Liberalisation


Pakkett ta’ Energija ghall-Ewropa? L-ghazla f’idejn il-konsumatur.

Fil-futur, kif jigri fil-kaz ta’ l-ghazla ta’ l-ikel f’supermarkit, hekk ukoll il-konsumatur Ewropew ikun jista’ jiddeciedi minghand min jakkwista l-energija u liema prezz, ihallas ghaliha. F’hafna stati ta’ l-Unjoni Ewropea, il-konsumatur ma ghandu l-ebda influwenza fuq min iforni l-kurrent. Dan in-nuqqas ta’ kompetizzjoni jwassal biex joghla l-prezz li jwegga’ kemm l-ekonomija kif ukoll lill-konsumatur. Ir-regolamenti godda ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-futur, ihallu l-ghazla f’idejn il-konsumatur minghand min jakkwista il-kurrent/l-elettriku u l-gass kif ukoll min ser jipproduci dan il-kurrent. Regoli stretti ghandhom jipprevenu illi din il-kompetizzjoni gdida tisfaxxa. Il-Parlament Ewropew sahaq ghall-konsumatur.

Mill-ewwel ta’ Lulju 2007, il-konsumatur privat ikun jista’ jaghmel l-ghazla tieghu. Mill 1 ta’ Lulju 2004 l-kumpaniji jkunu jistghu jaghzlu l-produtturi. B’hekk il-konsumatur privat kien ser ikollu l-ghazla tieghu aktar tard minn dak li kien mixtieq originarjament mill-Parlament. Ghalhekk fl-4 ta’ Gunju 2003 il-Parlament accetta dan ic-caqliq u sar kompromess mal-gvernijiet rapprezentanti biex jintlahaq progress generali.

Fil-passat ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropeja rigward is-suq ta’ l-energija kienu jillimitaw il-kompetizzjoni. Din kienet tidher cara fi tlett oqsma: L-ewwel nett, il-konsumatur kien limitat hafna fl-ghazla tal-produtturi ghall-energija u ma setax jikseb l-aktar offerta favorevoli. It-tieni kienet tippreveni l-ftuh ta’ swieq ta’ energija differenti minn dik ta’ l-Istati Membri biex ikun hemm konpetizzjoni xierqa lil hinn minn xtuthom. It-tielet, kien hemm stagnar fil-kummerc bejn in-nazzjonijiet, ghax ma kienx hemm trasferiment sufficjenti jew ghax in-nefqa ghat trasferiment ma setghetx tkun iggustifikata b’mod vizibbli, u b’mod uniformi.

Suq ghall-energija minghajr ostakoli

Ir-regoli l-godda jnehhu dawn l-ostakoli. Il-Parlament haseb biex jigi salvagwardjat il-konsumatur. Id-delegati sahqu li fuq il-materjal ghar-reklamar u l-fatturi, l-konsumatur ikun jista’ jaghraf ezattament liema huma l-fonti ta’ l-energija, per ezempju jekk humiex gejjin minn impjanti atomici jew inkella minn rizorsi ohra bhar-rih. Il-konsumatur ikun jista’ jbiddel il-fornituri mighajr diffikultà jekk ikun hemm tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Il-kuntratti u l-fatturi ghandhom ikunu fformulati b’tali mod li l-konsumatur ikun f’qaghda li jifimhom u jkun jista’ jqabbel il-prezzijiet ta’ fornituri differenti.

Sabiex il-provvista tkun tista’ tigi minn power stations mbieghda, il-fornituri tal-provvista ghandhom jifthu il-linji ta’ l-energija taghhom ghall-kompetituri bi hlas. Sabiex il-kompetizzjoni ma tisfaxxax, l-imprizi ta’ l-energija ghandhom jisseparaw legalment il-linji tal-provvista mill-fornituri, u mid-distributuri. Dan biex ma jkunx hemm monopolju mill-fornitur tal-passat. Fil-futur l-infrastruttura trid titqieghed ghad-dispozizzjoni tal-kompetituri l-godda fis-suq, biex kulhadd ikollu l-istess opportunitajiet. L-awtoritajiet nazzjonali, flimkien mal-kumissarji Ewropej ghandhom jaraw li dawn ir-regoli jigu mharsa.

L-ebda kuntratt b’konessjoni mal-Euratom ma gie ffisat biex skond it-talba tal-parlamentari, jittiehdu mizuri aktar stretti ghall-uzu tal-fondi biex jigu disattivati impjanti atomici, il-Kumissjoni Ewropeja qeghda titlob li fil-futur isir rapport annwali mill-kumpaniji ta’ l-energija li juru kif jintuzaw il-flus minn dawn il-fondi. B’hekk il-parlament ikollu rapporti f’idejh li juru jekk il-flus ikunux qeghdin jintefqu fi progetti ohra mhux intenzjonati.

Kompetizzjoni ? Izda garantita

Il-kompetizzjoni gdida ma ghandha thalli lil hadd minghajr provvista. Il-parlament iddecieda li jiehu mizuri biex il-provvista tigi zgurata. Ghal kull konsumatur - anke ghal dawk li huma socjalment debboli – dan itnizzel bhala dritt – li jigu fornuti b’energija minn suq miftuh. F’konsultazzjonijiet ohra d-delegati qed jiggieldu ghad-dritt ta’ l-Istati Membri biex jirregolarizzaw il-fornituri tal-gass fuq livell nazzjonali.

Sabiex il-kompetizzjoni ma tieqafx mal-fruntieri nazzjonali u jkunu jistghu jintlahqu postijiet remoti/imbieghda, il-linji ghandhom jigu zviluppati. Id-delegati ftiehmu li din tghodd ukoll ghall-energija li tista’ tintuza mill-gdid, bhal dik generata mir-rih fuq l-ibhra. Il-Parlamentari qalu li l-provvista tigi zgurata aktar jekk ikun hemm hafna rizorsi differenti ta’ energija.

Id-delegati sahqu li sabiex ma jkunx hemm piz kbir fuq min ihallas it-taxxa, l-izvilupp tal-linji tal-provvista ghandhom jithallsu mill-ekonomija. Sussidji mill-Komunità ghandhom jintuzaw biss f’kazijiet ta’ eccezzjoni, strettament kontrollati.



  
Relaturi:
  
>  Elettriku: Claude Turmes (Greens/EFA, L)
>  Gass naturali: Bernhard Rapkay (PES, D)
>  Elettriku, skambju bejn pajjizi li jaqsmu l-fruntiera, access ghan-network: Peter Michael Mombaur (EPP-ED, D)
>  Networks ta’ l-energija trans-Ewropej: Nicholas Clegg (ELDR, UK)
>  Gass naturali, sigurtà tal-provvista: Peter Michael Mombaur (EPP-ED, D)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Elettriku
>  Gass naturali
>  Elettriku, skambju bejn pajjizi li jaqsmu l-fruntiera, access ghan-network
>  Networks ta’ l-energija trans-Ewropej 
>  Gass naturali, sigurtà tal-provvista – procedura li ghadha mhiex mitmuma

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004