Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Ic-cittadinanza Ewropea
Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali
Id-Drittijiet Fundamentali
L-access pubbliku
ghal dokumenti
L-edukazzjoni
u l-mobilità taz-zaghzagh
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Equal Rights


Dritt ghall-vot, petizzjonijiet, l-Ombudsman: ic-cittadinanza Ewropea

Cittadin ta' kwalunkue Stat ta' l-Unjoni huwa wkoll cittadin ta' l'Unjoni. Ic-cittadinanza ta' l-Unjoni hija kumplimentari ghac-cittadinanza nazzjonali u ma tissostitiwixxiehx. Dan il-principju li huwa mnizzel fit-Trattat ta’ Amsterdam, ghandu post importanti fl-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea elaborat mill-Konvenzjoni. Il-kuncett ta' cittadinanza ta' l-Unjoni gie mibni mal-milja tat-Trattati. Id-dritt ghall-vot fl-elezzjonijiet lokali jew Ewropej, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huma l-elementi l-izjed importanti tac-cittadinanza. Il-Kumitat tal-Petizzjonjiet tal-Parlament u l-Ombudsman huma wkoll mezzi ta’ servizz ghac-cittadini meta dawn jidrilhom li d-drittijiet taghhom ma gewx irrispettati.

Kien b’mod partikolari t-Trattat ta’ Maastricht fis-sena 1992, li pprezentata ghall-ewwel darba l-ideja ta' "cittadinanza Ewropea". Kienu diga jezistu certu drittijiet li johorgu mill-ligijiet tal-Komunità, bhad-dritt li wiehed izur u jghix b’mod liberu fit-territorju ta’ l-Istati Membri jew id-dritt li wiehed jahdem fis-servizz pubbliku ta' xi Stat Membru iehor sakemm dan ix-xoghol ma jezercitax awtorità pubblika. Taht it-titlu "Ic-cittadinanza ta’ l-Unjoni", miktub fil-bidu nett tat-test, it-Trattat ta’ Maastricht imur hafna izjed il-boghod u jaghraf id-dritt tal-vot u l-eligibilità biex wiehed jikkontesta fl-elezzjonijiet lokali jew Ewropej, il-protezzjoni diplomatika u konsulari f'pajjizi ohra mhux Stati Membri, fejn kull cittadin ta’ l-UE ghandu d-dritt ghall-ghajnuna u protezzjoni minn rapprezentanti ta’ l-Istati l-ohra bhali kieku kien ta' l-istess nazzjonalità taghhom. Fl-ahhar, it-Trattat ta’ Maastricht introduca d-dritt tal-petizzjoni u stabbilixxa l-Ombudsman Ewropew.

L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali li jinkorpora dawn id-drittijiet kollha, jsahhahom aktar billi jinkludi wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – fosthom id-dritt ghall-amministrazzjoni tajba – billi fl-Artikolu 1, hemm miktub li l-Unjoni "tirrifletti r-rieda tac-cittadini u ta’ l-Istati ta’ l-Ewropa li jibnu futur komuni bejniethom”. Dan il-principju ta' legittimità doppja, dik tac-cittadini nfushom u dik ta’ l-Istati, li fuqha hija bbazata l-Unjoni, hija xhieda tal-bidla progressiva naturali ta' l-UE. Id-dritt ghall-vot u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huma suggetti li jigu diskussi f’partijiet ohra fil-gabra ta’ informazzjoni taghna. Din in-nota tiffoka fuq id-dritt tal-petizzjoni u r-rwol ta' l-Ombudsman.

Il-petizzjoni: mod kif iccaqlaq l-affarijiet

Il-Membri Parlamentari qeghdin hemm biex jilqghu l-ilmenti tac-cittadini li jivvutawlhom. Minn mindu nholoq id-dritt ghall-petizzjoni, il-Parlament Ewropew waqqaf Kumitat tal-Petizzjonijiet li x-xoghol tieghu ma waqafx jikber. Taht din il-legislatura, inkisru ir-rekords kollha: kien hemm madwar 6000 petizzjoni! Il-petizzjonijiet jitghu jintbaghatu sew minn individwi partikolari sew minn assocjazzjonijiet li jilmentaw kontra n-nuqqas, spiss ta' l-Istati Membri, li jimplimentaw il-ligijiet tal-Komunità. Dawk li jressqu l-petizzjonijiet jistghu wkoll iressqu quddiem il-Kumitat nuqqasijiet li jahsbu li jezistu fil-legislazzjonijiet Ewropej. Id-dritt li taghmel petizzjoni jew li tressaq ilment quddiem l-Ombudsman huwa miftuh ghal kull individwu jew organizzazzjoni li toqghod jew li hi rregistrata f’xi Stat Membru, minghajr il-kundizzjoni tan-nazzjonalità.

Fost dawn is-6000 petizzjoni li tressqu f'dawn l-ahhar hames snin kien hemm bicca kbira minnhom li ma kienux accettati, sew minhabba li ma rrispettawx il-kriterji sew minhabba li dawn kienu jaqghu taht ir-responsabilita' ta' l-Ombudsman. Izda hafna minn dawn il-petizzjonijiet kienu ezaminati mill-MPE u rrisultaw f'beneficcji ghac-cittadini. F’madwar hamsin kaz, wara li l-Parlament ressaq l-ilmenti lill-Kummissjoni Ewropea din ghamlet rikorsi quddiem il-Qorti tal-Gustizzja kontra dawk l-Istati li ma rrispettawx ir-regoli. Intervent mall-amministrazzjonijiet nazzjonali spiss jaghti c-cans li titranga l-problema, ghall-beneficcju ta’ kullhadd. Kultant petizzjoni individwali tohloq skop ghal-legislazzjoni gdida, li tghodd ghac-cittadini kollha ta’ l-Unjoni.

Il-problemi li jressqu c-cittadini f’dawn il-petizzjonijiet ghandhom x’jaqsmu l-izjed ma’ l-ambjent, il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija, is-sigurtà socjali, ir-rikonoxximent tad-diplomi u tal-kwalifiki kif ukoll it-taxxi. Ghalkemm il-bicca l-kbira tal-petizzjonijiet gejjin minn individwi, ohrajn fihom numru impressjonanti ta’ firem. Per ezempju, petizzjoni dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tax-xadini l-kbar gabret 2 miljun firma!

Kazijiet veri

Il-petizzjonijiet ghandu jkollhom x’jaqsmu ma’ oqsma li l-Unjoni Ewropea ghandha kompetenza fihom u jridu jkunu ta' nteress dirett ghal min iressaqhom. Per ezempju, cittadin Ingliz ghandu dar tal-kampanja fit-Toskana. Huwa xtaq jaghmel uzu mill-karozza matul il-vakanzi tieghu. Imma l-awtoritajiet Taljani awtorizzaw ir-registrazzjoni ta' karozzi ghar-residenti permanenti biss. Il-problema tieghu giet ezaminata mill-Parlament Ewropew li holoq pressjoni fuq il-Kummissjoni sabiex tahdem fuq dan il-kaz ghax din is-sitwazzjoni tmur kontra l-principji tan-non-diskriminazzjoni u l-provdiment liberu tas-servizzi. Il-Kummissjoni bdiet procedura ghall-ksur tal-ligi kontra l-Italja. Fl-ahhar, dan il-pajjiz hareg cirkulari li tat permess sabiex kull minn jigi mill-UE u jkollu rabtiet regolari mat-territorju Taljan jkun jista' jikseb ir-registrazzjoni tal-vettura tieghu.

Irlandiz ipprezenta l-kaz tieghu lill-Parlament dwar progett ta’ toroq, li parti minnu kien imhallas mill-Unjoni, fejn nbeda x-xoghol minghajr ma sar studju dwar l-impatt tieghu fuq l-ambjent. Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament u l-Kummissjoni Ewropea ntervjenew fil-kaz. Fl-ahhar il-Ministru ta’ l-Ambjent Irlandiz aghmel dan l-istudju, imbaghad rranga l-progett f’zewg modi biex jitnaqqsu l-inkonvenjenzi minhabba l-hsejjes u sabiex tizdied is-sigurtà ta’ dawk li jimxu fit-triq.
Ragel ta' nazzjonalità Germaniza gie mqabbad minn intrapriza trans-nazzjonali Franciza biex jahdem fil-Germanja stess. Huwa kien ihallas l-ispejjez tas-sigurtà socjali fil-Germanja. Il-kumpanija Franciza falliet. La l-awtoritajiet germanizi u lanqas dawk francizi ma riedu jghaddulu l-indennizzi li kellu dritt ghalihom. Il-Parlament Ewropew informa lill-Kummissjoni u din talbet opinjoni mill-Qorti tal-Gustizzja ghax ma kienx ghad hemm regola Ewropea. Fl-ahhar, dak li ressaq il-kaz thallas l-indennizz minghand l-awtoritajiet francizi. Wara dan il-kaz, l-Unjoni sahhet il-legislazzjoni taghha sabiex taghti protezzjoni lill-haddiema f’kaz ta’ falliment ta' xi kumpanija, specjalment f’kazijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ socjetajiet trans-nazzjonali. Il-Parlament Ewropew laghab rwol importanti fil-kostruzzjoni ta’ din id-direttiva (ara n-nota taghna dwar il-protezzjoni tal-haddiema).

Kultant il-petizzjonijiet iqajjmu problemi importanti tant li l-Parlament jiddeciedi li jaghmel rapport ta’ inizzjattiva fuq is-sitwazzjoni. Per ezempju, eluf ta’ nisa ffirmaw petizzjonijiet fejn talbu sabiex jitnehhew darba ghal dejjem implants tas-sider maghmulin mis-silikon minhabba l-problemi serji ta’ sahha li jgibu maghhom. F’rapport li sar fis-sena 2001, il-Parlament, fuq bazi ta’ studju xjentifiku, talab lil-Kummissjoni Ewropea sabiex tiehu azzjoni fuq din il-problema. Il-Kummissjoni mill-ewwel stiednet lill-Istati Membri biex jiehdu l-passi necessarji sabiex jipprovdu nformazzjoni lin-nisa dwar ir-riskji marbutin ma’ dawn l-implants biex isserhulhom rashom u li ghandu jkun hemm kontrolli fuq dawk il-pazjenti li ghandhom l-implants imsemmija.

Il-Ombudsman jiehu azzjoni kontra amministrazzjoni hazina.

Jekk cittadin jew kumpanija thoss li xi korp jew istituzzjoni jew korp tal-Komunità ma wettqitx dmirha u hija hatja ta’ "amministrazzjoni hazina", ic-cittadin (jew kumpanija) jista’ jitlob l-ghajnuna tal-Ombudsman Ewropew. "Amministrazzjoni hazina" tfisser li istituzzjoni jew korp ma jimxix b’mod regolari ma’ xi regola (jew principju) li timponi fuqu li hu suppost jimxi maghha. Dan jista’ jkun per ezempju f’kaz ta’ diskriminazzjoni, f’assenza ta’ jew nuqqas li tinghata informazzjoni, dewmien eccessiv bla bzonn jew abbuzi ta’ poter. Il-Ombudsman jipprova jsib soluzzjonijiet ghall-problema ta’ dak li jressaq l-ilment, jikkuntattja l-istituzzjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-kaz u jinforma lill-Parlament Ewropew.

Il-Ombudsman Ewropew huwa elett mill-Parlament u s-sede tieghu tinstab fil-bini tal-Parlament fi Strasburgu imma huwa kompletament indipendenti u imparzjali. Nikiforos Diamandouros lahaq Ombudsman f’April 2003, meta ha post l-ewwel Ombudsman Ewropew, Jacob Söderman. Minn mindu nholqot din il-kariga permezz tat-Trattat ta’ Maastricht, gew mressqa izjed minn 14 000 ilment ghand l-Ombudsman. Hafna drabi, l-pariri tal-Ombudsman jikkoncernaw lill-Kummissjoni Ewropea u xi drabi kienu anke responsabbli ghal kumpensi konsiderevoli.

F’kelma wahda, l-Ombudsman huwa il-watchdog ta’ amministrazzjoni tajba u l-eluf ta’ interventi minn naha tieghu ghenu sabiex jitjieb il-mod ta’ kif jahdmu l-istituzzjonijiet u biex tinghata izjed attenzjoni lill-interessi tac-cittadini. Il-Parlament Ewropew insista spiss fuq il-bzonn li jinholoq kodici ta’ kondotta amministrattiva tajba, identika kemm jista’ jkun ghall-istituzzjonijiet kollha. Issa, l-parti l-kbira ta’ l-istituzzjonijiet qed ihaddnu kodici tal-kondotta taghhom.



  
Rapporteurs:
  
>  Ombudsman: kodici ta’ kondotta amministrattiva tajba ta’ l-ufficjali, relazzjonijiet mal-pubbliku: Roy Perry (EPP-ED, UK)
>  L-istitut tal-petizzjoni fi sbih il-21 seklu: Roy Perry (EPP-ED, UK)
>  L-istitut tal-petizzjoni fi sbih il-21 seklu: Margot Kessler (PES, D)
>  Ombudsman Ewropew - rapport annwali ta’ l-attivitajiet 1999: Astrid Thors (ELDR, FIN)
>  Access ghad-dokumenti - rapport specjali ta' l-Ombudsman Ewropew: Astrid Thors (ELDR, FIN)
>  Id-dritt tal-petizzjoni tac-cittadin Ewropew: Vitalino Gemelli (EPP-ED, I)
>  Implants mammarji tas-silikon: Janelly Fourtou (EPP-ED, F)
>  Kif tipprezenta petizzjoni lill-Parlament Ewropew
>  L-Ombudsman Ewropew
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
>  Ombudsman: kodici ta’ kondotta amministrattiva tajba ta’ l-ufficjali, relazzjonijiet mal-pubbliku - test adottat mill-Parlament
>  L-istitut tal-petizzjoni fi sbih il-21 seklu – test adottat mill-Parlament
>  Ombudsman Ewropew - rapport annwali ta’ l-attivitajiet 1999 - test adottat mill-Parlament
>  Access ghad-dokumenti - rapport specjali ta' l-Ombudsman Ewropew - test adottat mill-Parlament
>  Id-dritt tal-petizzjoni tac-cittadin Ewropew - test adottat mill-Parlament
>  Implants mammarji tas-silikon - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004