Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniggis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iz-zjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniggis bil-hsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u c-celloli umani
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Single Market


Garanzija ta’ sigurtà fi trapjanti ta’ celloli u tessuti

It-trapjanti ta’ celloli u tessuti umani huwa qasam tal-medicina li qed jespandi b’mod mghaggel. Izda, ir-riskji ta’ infezzjoni huma akbar minn dawk tat-trasfuzjoni tad-demm. Minhabba li c-celloli u t-tessuti huma ttrasportati minn naha ghal ohra tal-fruntieri, il-legislazzjoni ta’ l-UE fuq l-istandards ta’ kwalità u sigurtà kienet imressqa fl-2002. Il-Parlament Ewropew sahhah il-legislazzjoni biex jipprova jiggarantixxi li donaturi potenzjali u kif ukoll l-istabbilimenti li jigbru t-tessuti u c-celloli mhumiex influwenzati mill-motiv ta’ qligh.

Iz-zjieda fit-trapjanti ta’ celloli u tessuti hija milqugha fit-termini li tipprovdi trattamenti godda. Hija toffri opportunitajiet kbar ghall-pazjenti li jsofru minn mard li s’issa ghadu ma jitfejjaqx u potenzjal kbir ghall-izvilupp ekonomiku. Izda, ghandha tinghata attenzjoni biex tiggarantixxi li l-istandards ta’ kwalità u sigurtà huma osservati. Hafna nies jiftakru l-iskandlu ta’ prodotti tad-demm ikkontaminati bl-HIV. Ir-riskju ta’ infezzjoni mic-celloli u t-tessuti huwa akbar, meta wiehed jikkunsidra in-novità tal-process u n-nuqqas generali ta’ proceduri li jeqirdu l-organizmi li jikkawzaw l-mard. Kien hemm imwiet li setghu gew evitati billi jigu osservati standards aktar stretti. Minhabba li hafna celloli u tessuti ghat-trapjanti huma mibghuta min-naha ghal ohra tal-fruntieri – 25 fil-mija tat-trapjanti tal-kornea fi Franza huma impurtati, per ezempju – hemm bzonn ta’ harsa Ewropea. Dan ghandu jaghti lic-cittadini ta’ l-UE kunfidenza fi trapjanti impurtati minn Stati Membri ohra.

L-abbozz tad-direttiva tal-Kummissjoni Ewropea tghid li l-attivitajiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-ipprocessar, il-konservazzjoni, il-hazna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u celloli umani ghat-trapjanti fl-umani, ghandhom fil-futur jigu maghmula biss minn stabbilimenti awtorizzati mill-awtoritajiet relevanti, u li dawn l-awtoritajiet ghandhom jaghmlu spezzjonijiet regolari. Il-kap u l-istaff ta’ l-istabbiliment ghandhom ikunu kkwalifikati kif suppost. Ghandu jkun hemm sistema biex terga’ ssib celloli u donaturi f’kaz ta’ xi incident u xi avvenimenti li ma kienux previsti ghandhom jigu rrapurtati. Ghandhom isiru testijiet biex jipprotegu kontra mard infettiv, bhal HIV/AIDS. L-istess standards ghandhom jigu applikati ghal celloli u tessuti minn barra l-UE.

Donazzjonijiet volontarji u li mhumiex imhallsa

Il-Parlament kien favur l-ghan tad-direttiva imma kien ikkoncernat li jekk jippermetti hlas ghat-tessuti u celloli – sew lid-donaturi u kif ukoll lill-istabbilimenti li jigbru t-tessuti – jista’ jipperikola l-istandards ta’ sahha u sigurtà.

Bhala rizultat, filwaqt li l-abbozz tad-direttiva tal-Kummissjoni kien ippropona li l-Istati Membri ghandhom biss “jinkoragixxu” donazzjonijiet li mhumiex imhallsa, fuq suggeriment tal-Parlament it-test finali jiddikjara ‘Stati Membri ghandhom jaghmlu sforz biex jiggarantixxu donazzjonijiet volontarji u li mhumiex imhallsa ta’ tessuti u celloli’, b’kumpens illimitat biex ipatti ghall-prezz u l-inkonvenjenza biex issir id-donazzjoni. Dan jista’ jinkludi l-ispejjez ta’ l-ivvjaggar, per ezempju.

Qbil simili kien milqugh rigward l-istabbilimenti li jigbru d-donazzjonijiet: ‘Stati Membri ghandhom jaghmlu sforz biex jiggarantixxu li l-ksib tat-tessuti u tac-celloli ghandu jsir fuq bazi ta’ minghajr qliegh.’ Fl-istess waqt, il-Parlament iggarantixxa li kumpanniji privati jigu rikonoxxuti bhala stabbilimenti ta’ tessuti, sakemm l-istandards ikunu milhuqa.

Informazzjoni, traccabilità u privatezza

Il-MPE irnexxilhom jikkonkludu dispozizzjonijiet relattivament dettaljati ghall-kunsens infurmat, li jiggarantixxu li d-donaturi huma pprovduti b’informazzjoni addattata.

Il-Parlament sahhah ukoll id-dispozizzjonijiet fuq it-traccabilità, fejn jaghmilha cara li t-taghrif necessarju ghat-traccabilità shiha ghandu jinzamm ghal ta’ l-inqas sa 30 sena wara l-uzu. Minn naha l-ohra, l-MPEs argumentaw b’success li d-donaturi ghandhom jibqghu generalment anonimi, bl-Istati Membri jnehhu l-anonimità biss f’kazi eccezzjonali, bhal donazzjoni ta’ gamete. (Dan jippermetti li tifel/tifla j/tkun j/taf il-genituri genetici tieghu/taghha.)

Kwistjonjiet etici mhollija f’idejn l-Istati Membri

Hafna MPEs kienu nkwetati fuq id-dimensjoni etika ta’ din il-kwistjoni u kienu herqana biex izidu dak li huma harsu lejhom bhala regoli etici, li jinkludu projbizzjoni fuq il-klonazzjoni umana u jharsu kontra li jsiru aborti biex jiehdu tessuti tal-fetu. Izda, dan irrizulta li kien barra mill-iskop ta’ din il-legislazzjoni. Kunsiderazzjonijiet etici ghandhom b’hekk jigu mhollija f’idejn l-Istati Membri individwali.

uq il-klonazzjoni, per ezempju, id-direttiva taghmilha cara li hi ma tindahalx fid-decizjonijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-uzu u n-nuqqas ta’ uzu ta’ xi tip specifiku ta’ cellola umana, li jinkludu celloli ta’ mikrobu u celloli embrijonici specjalizzati.



  
Relaturi
  
>  Standards ta’ kwalità u sigurtà tat-tessuti u celloli umani: Peter Liese (EPP-ED, D)
  
Gurnal Ufficjali– atti finali:
  
>  Standards ta’ kwalità u sigurtà tat-tessuti u celloli umani - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004