| Il-lista ta' dizastri li nvolvew vapuri tul ix-xtut ta' l-Ewropa hija wahda twila: it-Torrey Canyon, l-Amoco Cadiz, l-Erika u l-Prestige huma biss ftit ezempji. Wara li l-Erika gherqet 'il barra mix-xatt tal-Brittanja f'Franza fl-1999, gew introdotti zewg pakketti mportanti ta' legislazzjoni Ewropea bil-ghan li jghollu l-istandards tas-sigurtà marittima. Minkejja dan, l-gharqa tal-Prestige 'il barra mix-xatt ta' Galicia fl-2002 qajmet aktar mistoqsijiet, u hegget lill-Parlament Ewropew sabiex iwaqqaf kumitat specjali sabiex jezamina l-lezzjonijiet li setghu jittiehdu minn dan id-dizastru.
It-tanker taz-zejt b'buq singlu, l-Erika - ta' registrazzjoni Maltija - li ghereq 'il barra mix-xatt ta' Franza fit-12 ta' Dicembru ta' l-1999, u li kkawza tniggis kbir fil-bahar u l-ixtut, ma kienx kandidat ovvju biex jikkawza dizastru: ic-certifikazzjoni statutorja tieghu kienet tajba u kien ghadda b'success minn diversi spezzjonijiet. Il-konkluzjoniji ta' l-esperti kienet li buq singlu ma joffrix bizzejjed protezzjoni, li l-metodi ta' spezzjoni ma kienux adegwati u li hemm bzonn li jiddahlu misuri aktar stretti dwar bnadar ta' konvenjenza. B'risposta ghal dan, il-Kummissjoni Ewropea introduciet zewg pakkett legislattivi maghrufin bhala l-Erika I u l-Erika II.
L-Erika I - tankers b'buq singlu ghandhom jigu sskrapjati
Skond Regolament ta' l-UE addottat fl-2002, tankers taz-zejt b'buq singlu ghandhom jitnehhew gradwalment mill-ibhra ta' l-UE, favur bastimenti b'buq doppju li jipprovdu sigurtà akbar. Dan ghandu jsir bi skadenzi li jiddependu fuq id-daqs, it-tip u l-età tal-vapur, sa mhux aktar tard mill-2015. L-iskandenzi kienu gew decizi flimkien ma' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Il-Parlament qabel mad-dati ta' l-iskadenzi, imma irnexxielu jezenta tankers taz-zejt izghar minhabba li jistghu ppoggu f'riskju r-rifornimenti ghar-regjuni gzejjer tal-Komunità.
Fit-13 ta' Novembru 2002, bilkemm ftit xhur wara li gie addottat ir-Regolament, sehh id-dizastru tal-Prestige, li heggeg lill-UE sabiex tintroduci skeda gdida biex taccelera l-projbizzjoni ta' tankers b'buq singlu. Issa, tankers kbar u qodma bhall-Erika u l-Prestige jistghu jintuzaw biss sa l-2005, filwaqt li tankers izghar u iktar recenti ma jistghux jintuzaw fl-ibhra ta' l-UE wara l-2010. Giet introdotta projbizzjoni immedjata dwar l-uzu ta' tankers b'buq singlu ghat-trasport ta' fjuwil taz-zejt (l-iktar tip li jnigges) lejn jew mill-portijiet tal-Komunità.
L-ahjar mod biex jigu nfurzati l-istandards ta' sigurtà huwa li jkun hemm kontrolli metikoluzi tal-kundizzjoniji fizika ta' vapuri li jidhlu fil-portijiet ta' l-UE. Skond ir-regoli godda ta' l-UE (id-Direttiva ghall-Kontroll mill-Istat tal-Port), l-ispezzjonijiet ghandhom ikunu iktar iebsa u iktar frekwenti: madwar 4,000 vapur meqjusa bhala "perikoluzi" minn medja ta' 11,000 vapur spezzjonati fis-sena se jkollhom jghaddu minn spezzjonijiet rigoruzi. Dan huwa ferm aktar mis-700 vapur li jigu spezzjonati rigorozament fil-prezent u vapuri li jgorru merkanzija perikoluza, bhaz-zejt, gass u kimici, se jigu projbiti milli jidhlu fil-portijiet tal-Komunità jekk ikunu jgorru l-bandiera ta' pajjiz li jidher fil-blacklist jew jekk ikunu gew mizmuma minn xi awtorità tal-port iktar minn darbtejn f'dawn l-ahhar sentejn. Minkejja oppozizzjoni qawwija mill-gvernijiet ta' l-UE, il-Membri tal-Parlament Ewropew ziedu regola li l-vapuri ghandhom jigu mghamra bi strument li jirrekordja taghrif dwar il-vjagg ("il-kaxxa s-sewda"), sabiex jipprovdu informazzjoni li tista' tigi uzata fl-investigazzjonijiet ta' accidenti. Dawn ir-regoli dahlu fis-sehh f'Lulju 2003.
Il-gvernijiet iddelegaw ir-responsabilità tal-kontrolli tas-sigurtà strutturali tal-vapuri lill-ditti maghrufin bhala "socjetajiet ta' klassifikazzjoni", li ghandhom il-kompetenza teknika necessarja. Izda l-UE ddecidiet li hemm bzonn li dawn is-socjetajiet jilhqu standards ta' kwalità aktar oghlja. Issa, l-awtoritajiet Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali se jkunu jistghu jaghtu jew jirtiraw ir-rikonoxximent lil dawn id-ditti skond ir-rekord taghhom fl-oqsma tas-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniggis. Wara proposta mill-Parlament, sidien ta' vapuri, kumpaniji li jibnu l-vapuri, jew organizzazzjonijiet kummercjali ohra tax-shipping ma jistghux jikkontrollaw socjetajiet ta' klassifikazzjoni, sabiex ma jkollomx konflitti ta' interess. Dawn ir-regoli dahlu fis-sehh f'Lulju 2003, ukoll.
L-Erika II - appogg xjentifiku u kommunikazzjoni ahjar
F'Gunju 2002, gew addottati zewg mizuri ohra sabiex titjieb is-sigurtà fil-bahar. Il-Parlament appogga b'entuzjazmu li titwaqqaf Agenzija Ewropea ghas-Sigurtà Marittima, li se tkun ibbazata f'Lizbona, u li se tipprovdi appogg xjentifiku u tekniku sabiex tghin l-Istati Membri jinfurzaw il-legislazzjoni tal-Komunità. Din l-Agenzija se tevalwa l-impatt tal-legislazzjoni dwar is-sigurtà marittima. Twaqqfet ukoll sistema ta' informazzjoni ta' l-UE sabiex ikun hemm kontroll iktar effettiv tat-traffiku tal-bahar. Vapuri li jbahhru fl-ibhra ta' l-UE se jkollhom jinstallaw sistemi ta' identifikazzjoni li jikkomunikaw awtomatikament ma' l-awtoritajiet kostali. Tgharif dwar merkanzija perikoluza se tkun hafna iktar disponibbli u l-Istati Membri se jkollhom hafna iktar poter sabiex jintervjenu jekk ikun hemm xi accident jew riskju ta' tniggis.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew jinvestigaw id-dizastru tal-Prestige
It-tanker taz-zejt Prestige ghereq 'il barra mix-xatt ta' Galicia fid-19 ta' Novembru 2002 wara li ggerra mal-kurrent ghal sitt ijiem f'temp hazin hafna. Il-hsara ekonomika u lill-ambjent kienet enormi, bl-industriji tas-sajd u t-turizmu milquta partikolarment hazin. Wara d-dizastru tal-Prestige, il-Parlament Ewropew ddecieda li jwaqqaf kumitat temporanju sabiex jinvestiga dan l-accident u accidenti ohra fil bahar. Il-Membri tal-Parlament Ewropew zammew smigh pubbliku ma' esperti marittimi kif ukoll tahditiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Spanjoli. Iltaqghu wkoll mal-kaptan tal-Prestige Apostoulos Mangoura, li kien - u ghadu - mizmum taht arrest f' Barcellona.
F'rapport addottat f'April 2004, il-Parlament ikkritika l-mod kif l-awtoritajiet Spanjoli ttrattaw id-dizastru, b'mod partikolari d-decizjoni taghhom li jirmonkaw il-bastiment lil hemm mix-xatt ta' Galicia minnflok f'port ta' rifugju. Ghal dak li ghandu x'jaqsam mal-futur, il-Membri heggew lill-gvernijiet ta' l-UE sabiex iwaqqfu servizz Ewropew ta' gwardja tal-kosta, sabiex jissorvelja s-sigurtà marittima u l-ambjent ta' l-bahar, biex jobbliga bastimenti jirrispettaw ir-rotot ta' navigazzjoni stabbiliti u biex jikkoordina l-azzjoni jekk jigri accident fil-bahar. Il-Parlament ippunta subajh ukoll lejn diversi Stati Membri li naqqsu milli japplikaw il-legislazzjoni Ewropea jew internazzjonali dwar is-sigurtà marittima. Hu sahaq dwar il-htiega li vapuri jigu mhegga li jtajjru bnadar tal-Komunità iktar milli bnadar ta' konvenjenza ta' pajjizi li ma jilhqux l-istandards ta' spezzjoni u ta' sigurtà tal-vapuri. Giet ukoll enfasizzata l-importanza li jitfasslu pjanijiet sabiex jigu pprovduti postijiet ta' rifugju ghal vapuri f'diffikoltà. Il-MPE talbu wkoll kundizzjonijiet ta' xoghol ahjar kif ukoll izjed sigurtà u tahrig ghall-bahrin.
L-element uman
L-esperti gibdu l-attenzjoni tal-kumitat temporanju, li r-rispons ta' l-UE ghad-dizastri marittimi recenti ma setghux jinjoraw l-element uman. Huma sahqu li l-kawzi principali ghaliex tankers jigarrfu ma kienux problemi fl-istruttura taghhom imma zbalji umani. Dan il-punt qed jigi ttrattat indirettament permezz ta' legislazzjoni ohra dwar standards minimi ta' tahrig ghall-bahrin minn pajjizi mhux fl-UE. Din hija t'importanza kbira peress li madwar terz tal-bahrin impjegati fuq bastimenti registrati fl-UE jigu minn barra l-Ewropa. Il-Membri tal-Parlament Ewropew approvaw dawn ir-regoli godda imma enfasizzaw ukoll ghal hafna drabi li hemm bzonn isiru sforzi akbar sabiex it-tbahhir u xoghlijiet ohra marittimi jsiru aktar attraenti ghaz-zghazagh Ewropej. Jekk isir progress fuq dawn iz-zewg oqsma, l-effet kombinat ta' legislazzjoni aktar iebsa u bahrin imharrga ahjar ghandu jaghmel ir-rotot tal-vapuri fl-Ewropa hafna iktar siguri.
|