Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Is-sigurtà fil-bahar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiggieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koezjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Single European Sky


L-ivvjaggar bl-ajru - is-sigurtà u s-Sema Uniku Ewropew

L-ivvjaggar bl-ajru fl-Ewropa ser isir iktar sigur wara li dahlet fis-sehh legizlazzjoni recenti ta' l-UE. Din il-legizlazzjoni ntroduciet sistema unika ghall-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa. Bhala parti minn din is-sistema, grazzi ghall-Membri tal-Parlament Ewropew, it-titjiriet civili sejrin jibbenefikaw minn kooperazzjoni bejn ic-civil u l-militar dwar it-tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru. Taht legizlazzjoni separata, l-Istati Membri ta' l-UE se jkollhom jispezzjonaw il-mezzi ta' l-ajru minn pajjizi mhux fl-UE jekk jissospettaw li l-ajruplani jistghu jkunu ta' riskju ghas-sigurtà. Fuq pressjoni mill-Parlament Ewropew, ghandha tkun disponibbli ghall-pubbliku informazzjoni cara u li tiftiehem facilment dwar ir-rekords ta' sigurta ta' linji ta' l-ajru barranin li jtiru lejn l-UE.

Is-sistema tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru ta' l-Ewropa, li tmur lura ghas-sittinijiet, hija frammentata hafna. It-titjiriet ikollhom jghaddu minn "blokki" varji ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru, li ta' spiss juzaw teknologiji differenti u proceduri nazzjonali. Titjira minn Ruma ghal Brussel taqsam disa' blokki differenti, u tghaddi minn centru ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru ghall-iehor. Din is-sistema twassal ghall-ingombri - titjira minn kull hamsa hija affetwata minn ittardjar - u ggieghel l-ajruplani li juzaw iktar fjuwil. Iktar importanti minn dan hu li s-sistema ga lahqet il-limiti ta' sigurtà taghha minhabba z-zieda kontinwa tat-traffiku ta' l-ajru Ewropew. Il-habta fl-ajru bejn zewg ajruplani hdejn il-Lake ta' Kostanza fil-Germanja f' Lulju 2002, li fiha mietu 71 persuna, gibdet l-attenzjoni fuq is-sistema ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru.

Is-sistema prezenti ta' l-ispazju ta' l-ajru Ewropew tinkludi wkoll hafna zoni militari, li ma jistghux jintuzaw minn linji ta' l-ajru civili. Titjira minn Berlin lejn Madrid ma tistax tiehu triq dritta imma jkollha taghmel devjazzjoni biex tevita li ttir minn go zoni kbar ta' spazju ta' l-ajru militari fil-Germanja u Franza. Huwa mahsub li devjazzjonijiet bhal dawn jahlu 350,000 siegha ta' titjir fis-sena.

Is-Sema Uniku Ewropew

Legizlazzjoni gdida, li se tidhol fis-sehh fl-ahhar ta' l-2004, ghandha l-ghan li tbiddel dan l-ispazju ta' l-ajru frammentat f'"Sema Uniku Ewropew" li jkun regolat bi principji u regoli standard. L-ispazju ta' l-ajru ta' l-UE se jigi diviz f'numru limitat ta' blokki "funzjonali" li se jkunu bbazati fuq htigijiet operazzjonali independentement mill-fruntjieri nazzjonali. Dan ghandu jghin sabiex it-traffiku ta' l-ajru jsir aktar facili u b'hekk is-sistema kollha issir aktar sigura u aktar efficjenti. Huwa ttamat li dawn il-mizuri se jwasslu ghall-soluzzjonijiet teknici u operattivi godda, kif ukoll ghall-kompatibbiltà tat-taghmir. Fil-futur, pajjizi girien izda mhux membri ta' l-UE se jithallew isiru membri tal-progett Sema Uniku Ewropew, peress li kull estensjoni ta' dan l-ispazju ta' l-ajru maghqud jista' biss itejjeb is-sigurtà ta' l-ispazju ta' l-ajru Ewropew.

Sabiex jintlahqu il-bzonnijiet ta' l-utenti civili u militari

Sabiex l-uzu ta' l-ispazju ta' l-ajru jsir aktar flessibli u efficjenti, il-Kummissjoni proponiet li r-rotot militari ghandhom jigu parzjalment miftuha ghall-ajruplani civili. Il-Membri tal-Parlament Ewropew kienu wkoll konvinti li s-Sema Uniku Ewropew qatt ma setgha jsir realtà minghajr kooperazzjoni bejn is-setturi ta' l-ajru civili u militari. Minkejja dan, l-Istati Membri opponew bil-qawwa li tigi nkluza fil-legislazzjoni xi forma ta' kooperazzjoni civili-militari. Huma argumentaw li l-kwistjonijiet tad-difiza ma kienux fil-kompetenza ta' l-UE u li l-Istati Membri ghandhom izommu d-drittijiet esklussivi fuq l-ispazju ta' l-ajru militari taghhom. Din kienet wahda mill-iktar kwistjonijiet jaharqu waqt in-negozjati legizlattivi bejn il-Parlament u l-Kunsill. Imma grazzi ghall-persistenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri fl-ahhar qablu biex itejbu l-kooperazzjoni civil-militari u jheggu kooperazzjoni bejn il-forzi armati taghhom dwar it-tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru.

Is-sigurtà ta' ajruplani mhux ta' l-UE

Legizlazzjoni ohra, li ghandha tidhol fis-sehh fl-2006, ghandha l-ghan li tipprotegi mill-perikli ta' ajruplani li ma jikkonformawx ma' l-istandards internazzjonali ta' sigurtà lill-dawk li jivvjaggaw bl-ajru u nies li joqoghdu hdejn ajruporti . L-Istati Membri se jkollhom jaghmlu kontrolli uniformi ta' sigurtà fuq ajruplani ta' pajjizi mhux fl-UE u li jaqsmu ma xulxin informazzjoni dwar dawn l-ajruplani. Ajruplani minn pajjizi terzi li juzaw l-ajruporti ta' l-Istati Membri se jkollhom jghaddu minn spezzjonijiet jekk jigu sospettati li ma jikkonformawx ma' l-istandards ta' sigurtà. Kull ajruplan li jinsab li hu perikoluz ma jithalliex itir, u Stat Membru jista' jiddeciedi li ma jippermettix lil-operatur juza l-ajruporti tieghu fil-futur. L-Istati Membri huma obligati li jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-ohra meta spezzjoni fuq xi ajruplan tikxef nuqqasijiet ta' sigurtà jew theddida potenzjali ghas-sigurtà. Il-Parlament emenda dawn ir-regoli sabiex l-Istat Membri jkun jistghul jaghmlul kontrolli kazwali - fuq bazi non-diskriminatorja - anke jekk ma jkunx hemm l-ebda kaz ta' suspett.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew thabtu hafna biex iwaqqfu l-Kunsill milli jnaqqas il-poteri tal-Kummissjoni biex tiehu azzjoni Komunitarja kontra operaturi barranin li ma jilhqux l-istandards ta' sigurtà. Grazzi ghall-isforzi taghhom, jekk Stat Membru jinforma lill-Kummissjoni li waqqaf linja ta' l-ajru milli tuza l-ajruporti tieghu, il-Kummissjoni tkun tista' testendi din il-projbizzjoni ma l-UE kollha.

Blacklist ta' kumpaniji ta' l-ajru

Kieku l-passiggieri li kienu sejrin lura Franza, fit-3 ta' Jannar ta' dis-sena, wara li kienu qatghu l-vaganzi taghhom tal-Milied fl-Egittu, kienu jafu li l-linja ta' l-ajru kienet giet mizmuma mill-Isvizzera fl-2002, kienu jitilghu fuq it-titjira dizgrazzjata 'Air-Flash'? L-ajruplan ikkraxxja fil-Bahar l-Ahmar ftit wara li telaq mic-centru turistiku ta' Sharm el-Sheikh, u mietu 148 persuna. S'issa, il-gvernijiet Ewropej ippubblikaw ftit li xejn informazzjoni dwar projbizzjonijiet imposti fuq linji ta' l-ajru tal-passiggieri. Izda dan ghandu jinbidel bl-addozzjoni tar-regoli l-godda.

Il-Kummissjoni ser izzomm rekord ta' l-informazzjoni kollha migbura mill-ispezzjonijiet li jkunu saru fl-Istati Membri, sabiex imbaghad tanalizza din l-informazzjoni f'rapport annwali. Il-Membri tal-Parlament Ewropew kienu preokkupati li din l-informazzjoni teknika tigi pprezentata b'tali mod li tkun utli ghall-passiggieri li jkunu jixtiequ jafu dwar ir-rekord ta' sigurtà ta' kumpannija ta' l-ajru. Minhabba l-isforzi tal-Parlament, l-informazzjoni fir-rapport tal-Kummissjoni se tkun semplici u facli biex tinftiehem, u se tindika jekk hemmx riskji zejda ta' sigurtà ghall- vjaggaturi bl-ajru li juzaw kumpanniji barranin. Huwa ttamat li dan ir-rapport iwassal ghal "blacklist" ta' kumpaniji ta' l-ajru kemm xejn siguri.

Biza' mit-titjir?

l-indikazzjoniniet juru li l-ivvjaggar bl-ajru se jkompli jikber fl-ghaxar snin li gejjin. Il-legizlazzjoni gdida ta' l-UE poggiet is-sisien sabiex jonqos l-ittardjar, l-ispazju ta' l-ajru ta' l-Ewropa jsir aktar sigur u sabiex jigi zgurat li l-passiggieri jkunu jistghu jaghmlu ghazliet iktar infurmati dwar il-linji ta' l-ajru li jivvjaggaw maghhom, f'settur tat-trasport ta' l-ajru dejjem aktar liberalizzat.



  
Rapporteurs
  
>  Il-kreazzjoni ta' Sema Uniku Ewropew: Giovanni Claudio Fava (PES, I)
>  Sema Uniku Ewropew: l-interoperabilità tan-network ta' tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru: Maria Johanna Sanders-Ten Holte (ELDR, NL)
>  Sema Uniku Ewropew: organizzazzjoni u uzu ta' l-ispazju ta' l-ajru: Maria Johanna Sanders-Ten Holte (ELDR, NL)
>  Sema Uniku Ewropew: provvediment ta' servizzi ta' navigazzjoni: Maria Johanna Sanders-Ten Holte (ELDR, NL)
>  Is-sigurtà fl-ajru: l-ajruplani ta' pajjizi terzi li juzaw ajruporti tal-Komunità: Nelly Maes (Greens/EFA, B)
  
Dehra generali tal-procedura legizlattiva
  
>  Il-kreazzjoni ta' Sema Uniku Ewropew:
>  Sema Uniku Ewropew: l-interoperabilità tan-network ta' tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru
>  Sema Uniku Ewropew: organizzazzjoni u uzu ta' l-ispazju ta' l-ajru
>  Sema Uniku Ewropew: provvediment ta' servizzi ta' navigazzjoni
>  Is-sigurtà fl-ajru: l-ajruplani ta' pajjizi terzi li juzaw ajruporti tal-Komunità
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali
  
>  Il-kreazzjoni ta' Sema Uniku Ewropew:
>  Sema Uniku Ewropew: l-interoperabilità tan-network ta' tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru
>  Sema Uniku Ewropew: organizzazzjoni u uzu ta' l-ispazju ta' l-ajru
>  Sema Uniku Ewropew: provvediment ta' servizzi ta' navigazzjoni
>  Is-sigurtà fl-ajru: l-ajruplani ta' pajjizi terzi li juzaw ajruporti tal-Komunità - it-test addottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004