Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet ghall-PE
L-organizzazzjoni
u t-thaddim tal-PE
Id-decizjoni kongunta
u proceduri ohra
Is-setghat bagitarji
Il-kontroll bagitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politici Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stharrig
Istituzzjonijiet ohra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Ic-Cittadini jmorru jivvotaw!

Sa mill-1979, ic-cittadini Ewropej setghu jaghzlu r-rapprezentanti taghhom fil-Parlament Ewropew. Il-MPE huma eletti b'suffragju universali dirett ghal perjodu ta' hames snin, taht procedura, li ghalkemm mhix uniformi, madana kollu topera skond certu regoli komuni.

L-Elezzjonijiet Ewropej li jmiss ser jsiru bejn l-10 u it-13 ta' Gunju 2004.

Il-Hadd 13 ta' Gunju gie maghzul bhala d-data ta' l-elezzjoni mill-maggoranza tal-25 Stat Membru - l-Awstrija, l-Belgju, Cipru, d-Danimarka, l-Estonja, l-Finlandja, Franza, l-Germanja, l-Grecja, l-Ungerija, l-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Polonja, l-Portugal, r-Repubblika Ceka, s-Slovakkja, s-Slovenja u l-Isvezja.

L-Olanda u r-Renju Unit, li tradizzjonalment jivvotaw il-Hamis, ghazlu l-10 ta' Gunju. L-Irlanda sejra tivvota l-Gimgha, 11 ta' Gunju, waqt li l-Latvja u Malta ser jivvotaw is-Sibt, 12 ta' Gunju. Ir-Repubblika Ceka u l-Italja ser ikollhom sistema aktar differenti ghax il-postijiet tal-votazzjoni ser jibqghu miftuhin jumejn - jigifieri mill-11 sat-12 ta' Gunju u mit-12 sat-13 ta' Gunju, rispettivament.

Ghalkemm hafna mill-Istati Membri ghazlu li t-territorju nazzjonali kollu jkun kostitwenza wahdanija, seba' pajjizi ghandhom numru ta' kostitwenzi - erbgha fl-Irlanda, hamsa fl-Italja, tmienja fi Franza (li recentament bidlet il-ligi elettorali taghha), hdax fir-Renju Unit, tlettax fil-Polonja u sittax fil-Germanja (fejn il-listi tal-votazzjoni jistghu jkunu fuq livell regjonali (Lander) jew inkella fuq livell nazzjonali (ta' l-Istat Federali), waqt li l-Belgju ghandu tlett kulleggi elettorali - kullegg ghal dawk li jitkellmu bil-Franciz, kullegg ghal dawk li jitkellmu bl-Olandiz u iehor ghal dawk li jitkellmu bil-Germaniz.

Is-sistema ta' lista u r-rapprezentanza proporzjonali - principji komuni

Il-maggoranza ta' l-Istati Membri ma ghandhomx limitu stabbilit ta' percentagg ta' voti li lista irregistrata ufficjalment ta' partit ghandha jgib biex tigi allokata s-siggijiet. Izda, l-ebda lista ma tista' tigi allokata siggijiet fil-Germanja, fid-Danimark, fi Franza (fil-livell ta' kull kostitwenza), fl-Ungerija, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fir-Repubblika Ceka u fis-Slovakkja, jekk ma jgibx 5% tal-voti. Dan il-limitu huwa 4% fl-Awstrija u fl-Isvezja, u 3% fil-Grecja.

Ftit mill-Istati Membri (l-Awstrija, l-Belgju, d-Danimarka, l-Estonja, l-Finlandja, l-Italja, l-Latvja, l-Litwanja, l-Lussemburgu, l-Olanda, s-Slovakkja, s-Slovenja u s-Isvezja) jippermettu wkoll li c-cittadini jivvotaw ghall-kandidati mill-listi ta' partiti differenti - minflok jivvotaw ghall-lista ta' partit wiehed - jew li jivvotaw b'sistema preferenzjali ghal wiehed jew aktar kandidati. Stati Membri ohra jhaddnu sistema ta' listi maghluqa tal-partiti. Fl-Irlanda, f'Malta u fl-Irlanda ta' Fuq (li ghandha 3 mit-78 siggu allokati ghar-Renju Unit), is-siggijiet huma allokati skond sistema ta' vot wiehed trasferibbli.

Il-mandat doppju abolit

Issa, huwa projbit li wiehed ikun membru tal-Parlament Ewropew u fil-istess hin ikun membru tal-Parlament Nazzjonali. L-Irlanda u r-Renju Unit huma l-unici zewg Stati Membri li kisbu ezenzjoni minn din ir-regola.

Forom ohra ta' mandat doppju huma wkoll projbiti - bhal per ezempju, xi hadd li huwa membru ta' gvern nazzjonali, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Gustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Qorti ta' Prim' Istanza ma jistax isservi bhala membru tal-Parlament Ewropew.

Id-dritt tal-vot u d-dritt li tikkontesta l-elezzjonijiet Ewropej

Kwalunkwe cittadin tal-Unjoni Ewropea residenti fi Stat Membru li ma huwiex pajjizu huwa intitolat li jivvota fl-Istat Membru fejn ikun qed jghix, taht l-istess kundizzjonijiet bhal persuni nazzjonali ta' dak il-pajjiz. L-età minima biex wiehed ikun jista' jivvota fil-25 Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea huwa ta' 18-il-sena. Izda, l-kuncett ta' "residenza" ma huwiex suggett ghall-definizjoni uniformi.

Biex kandidat ikun jista' jikkontesta l-elezzjonijiet irrid ikun ta' nazzjonalita' ta' wiehed mill-Istati Membri u jrid jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' residenza stipulati fil-legislazzjoni elettorali ta' l-Istat Membru fejn hu ikun ser jikkontesta. Il-kandidati jridu jkunu ghalqu ta' mill-inqas 18-il-sena fid-Danimarka, fil-Finlandja, fil-Germanja, fl-Ungerija, fil-Lussemburgu, f'Malta, fl-Olanda, fil-Portugal, fis-Slovenja, fi Spanja u fl-Isvezja. L-eta' minima biex kandidat jikkontesta l-elezzjonijiet fl-Awstrija huwa ta' 19-il-sena, waqt li fil-Belgju, fir-Repubblika Ceka, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fis-Slovakkja u fir-Renju Unit hija ta' 21 sena. Il-ligi elettorali fi Franza tistipula età minima ta' 23 sena waqt li f'Cipru, fil-Grecja u fl-Italja, l-kandidati jrid ikollhom ta' l-inqas 25 sena.

Promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel

Xi Stati Membri llegislaw sabiex jippromovu l-access ugwali ghan-nisa u l-irgiel ghall-postijiet elettivi. Fi Stati Membri ohra, l-partiti politici baqghu juzaw ir-regoli tal-partit taghhom stess.

Waqt li kienet qed tinkiteb din in-nota (jigifieri qabel l-elezzjonijiet ta' Gunju 2004), il-Membri tal-Parlament Ewropew jikkonsistu f'220 mara u 568 ragel. Dan jammonta ghall-proprozjon aktar gholi ta' nisa (28%) minn dak ta' hafna parlamenti nazzjonali: barra mill-Isvezja, li hija qrib hafna sabiex ikollha rapprezentanza ugwali tas-sessi (45% tal-Membri Parlamentari huma nisa), l-Parlamenti fl-Awstrija, fil-Belgju, fid-Danimarka, fil-Finlandja, fil-Germanja, fl-Olanda u fi Spanja biss ghandhom aktar minn 30% tal-Membri Parlamentari li huma nisa.



  
Id-dritt tal-vot u d-dritt li tikkontesta l-elezzjonijiet Ewropej
  
  
Kwalunkwe cittadin tal-Unjoni Ewropea residenti fi Stat Membru li ma huwiex pajjizu huwa intitolat li jivvota fl-Istat Membru fejn ikun qed jghix, taht l-istess kundizzjonijiet bhal persuni nazzjonali
  
  
Biex kandidat ikun jista' jikkontesta l-elezzjonijiet irrid ikun ta' nazzjonalita' ta' wiehed mill-Istati Membri u jrid jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' residenza stipulati fil-legislazzjoni elettoral
  
  
Xi Stati Membri llegislaw sabiex jippromovu l-access ugwali ghan-nisa u l-irgiel ghall-postijiet elettivi. Fi Stati Membri ohra, l-partiti politici baqghu juzaw ir-regoli tal-partit taghhom stess.
  
  
Waqt li kienet qed tinkiteb din in-nota (jigifieri qabel l-elezzjonijiet ta' Gunju 2004), il-Membri tal-Parlament Ewropew jikkonsistu f'220 mara u 568 ragel. Dan jammonta ghall-proprozjon aktar gholi
  
  
  
  
  
  
  
  
  
  
  

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004