Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet għall-PE
L-organizzazzjoni
u t-tħaddim tal-PE
Id-deċizjoni konġunta
u proċeduri oħra
Is-setgħat baġitarji
Il-kontroll baġitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politiċi Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stħarriġ
Istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Kontroll li l-flus ta’ min iħallas it-taxxi jintnefqu tajjeb

Meta l-Kummissjoni Santer ġiet sfurzata tirriżenja fl-1999, it-theżżiża nħasset madwar l-Ewropa kollha. Ir-riżenja ta’ l-20 Kummissarju ġiet wara li l-Kumitat Parlamentari Ewropew dwar il-Kontroll Baġitarju indika irregolaritajiet fl-għoti ta’ kuntratti lil ditti barranin u l-Kummissjoni naqset li tirrispondi fil-ħin għal dan it-tisjib b’mod adekwat. Erba’ snin wara, meta huwa akkuża lill-Kummissjoni għal ksur serju fl-uffiċċju ta’ l-istatistika Eurostat, il-Kumitat tal-Kontroll Baġitarju wera mill-ġdid l-importanza li jkun hemm għassies finanzjarju ta’ l-UE.

Kull sena, il-Parlament Ewropew għandu jistma kif il-Kummissjoni tkun amministrat il-baġit ta’ l-UE. Kull April, il-Parlament jivvota dwar risoluzzjoni sabiex jiddeċiedi jekk għandux ma japprovax il-baġit, proċedura magħrufa "għoti ta’ l-approvazzjoni". B’dan il-mod, il-MPE jistgħu juru l-approvazzjoni jew id-disapprovazzjoni tagħhom tal-mod kif ikunu ntefqu l-flus ta’ l-UE. Il-Kummissjoni għandha taġixxi fuq kwalunkwe kummenti jew rakkommandazzjonijiet fir-risoluzzjoni tal-Parlament. Jekk il-Parlament jikkonkludi li jridu jiġu indirizzati kwistjonijiet serji, huwa għandu jipposponi l-għoti ta’ l-approvazzjoni. Imbagħad il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni malajr sabiex tirrimedja għall-problemi.

Riżultati tar-rakkommandazzjonijiet tal-Parlament

Permezz tar-rakkommandazzjonijiet tiegħu fir-risoluzzjonijiet tas-sensja, il-Parlament kien kapaċi jġib titjib kbir fl-amministrazzjoni tal-flus ta’ min iħalles it-taxxi Ewropew. Wara l-waqa’ tal-Kummissjoni Santer, ir-regoli dwar għemil ta’ kuntratti ma’ barra ġew magħmula aktar stretti. Aktar kmieni dik is-sena, ġie mwaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) bħala korp indipendenti fuq l-insistenza tal-Parlament. Għalkemm il-Kummissjoni diġà kellha taqsima sabiex tiġġieled il-frodi li jinvolvu l-fondi ta’ l-UE, fl-1997, beda jidher ċar li irregolaritajiet fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej infushom kienu tali li kien hemm bżonn ta’ korp ġdid li seta’ jwettaq huwa wkoll, investigazzjonijiet indipendenti fl-istituzzjonijiet.

Barra minn hekk, il-Parlament dejjem ħass li kien hemm bżonn ta’ uffiċċju Ewropew tal-prosekutur pubbliku minbarra l-uffiċċju ta’ kontra l-frodi, minħabba li l-OLAF għandu l-poter li jinvestiga biss; għandu jħalli kwalunkwe prosekuzzjonijiet f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali u mbagħad jistenna u jara x’jiġri. Il-proposta għal prosekutur pubbliku Ewropew issa ġiet inkluża fl-abbozz tal-Kostituzzjoni mwaqqaf mill-Konvenzjoni.

Ir-rakkommandazzjonijiet tal-Parlament dwar is-sensja wasslu wkoll sabiex itejjbu l-monitoraġġ ta’ l-infiq agrikolu, inkluż l-espansjoni tal-persunal tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. U fil-preżent, il-Kummissjoni qegħda tinstalla sistema ta’ żamma ta’ kontijiet ġdida wara li l-Parlament indika dgħjufijiet fis-sistema l-antika.

Darba biss, fl-1998, il-Parlament irrifjuta li jagħti l-approvazzjoni u kien dan li wassal għar-riżenja tal-Kummissjoni. Ir-rifjut li jagħti l-approvazzjoni ma kellu l-ebda effett legali iżda jista’ jitqies bħala sparatura ta’ twissija politika. Fl-1998, wara li l-plenarju tal-Parlament irrifjuta l-approvazzjoni, grupp ta’ esperti indipendenti ġie mitlub jinvestiga u kkonferma s-suspetti ta’ frodi u amministrazzjoni ħażina. Il-konklużjonijiet kienu daqshekk ta’ ħsara, li l-Kummissjoni kollha ddeċidiet li tirriżenja.

Is-suċċessur tas-Sur Santer bħala l-President tal-Kummissjoni, Romano Prodi, u l-Viċi-President tiegħu, Neil Kinnock, wegħdu li jeżaminaw bir-reqqa l-apparat tal-Kummissjoni. Minkejja dan, fl-2003, wara investigazzjonijiet u seduti mill-Kumitat ta’ Kontroll Baġitarju tal-Parlament, il-Kummissjoni ġiet sfurzata tammetti li seħħew irregolaritajiet serji fl-uffiċċju ta’ l-istatistiċi tagħha Eurostat u sabiex tieħu miżuri drastiċi sabiex tagħmel l-affarijiet sewwa.

Rapporti annwali mill-Qorti ta’ l-Awdituri

Strument importanti għall-kontroll finanzjarju effettiv huwa x-xogħol tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Din l-istituzzjoni bbażata fil-Lussemburgu twettaq kontrolli indipendenti fuq il-ġbir u l-infiq tal-fondi ta’ l-UE. Hija tistma l-mod kif l-istituzzjonijiet u l-aġenziji ta’ l-UE jwettqu x-xogħlijiet tagħhom u teżamina jekk operazzjonijiet finanzjarji jkunux ġew irreġistrati b’mod xieraq, u jkunux ġew imwettqa u amministrati b’mod legali u regolari.

Għal bosta snin issa, il-Qorti kkonkludiet fir-rapporti komprensivi annwali tagħha li l-irregolaritajiet jaffettwaw bejn wieħed u ieħor 5 % ta’ l-infiq. Il-frodi huma biss aspett minuri ta’ dawn l-irregolaritajiet, li huma dovuti b’mod prinċipali bħall-iffilzar korrett ta’ formoli ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnifsha tista’ tinżamm direttament responsabbli għal ftit affarijiet, minħabba li 80-85% tal-fondi ta’ l-UE huma amministrati u mmonitorjati minn amministrazzjonijiet nazzjonali u lokali fl-Istati Membri.

Diviżjoni tax-xogħol

Minħabba l-kumplessità tal-baġit ta’ l-UE, il-MPE individwali dwar il-Kumitat tal-Kontroll Baġitarju jispeċjalizzaw f’politika ta’ l-UE u jippreparaw ir-rispons tal-Parlament għal rapporti speċjali mill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-qasam tagħhom, spiss fil-forma ta’ rapporti ta’ ħidma għall-gwida tal-MPE bir-responsabilità totali għa-sensja.

Minbarra li jifli l-mod kif il-Kummissjoni tkun ittratat il-baġit ġenerali ta’ l-UE, il-Kumitat tal-Kontroll Baġitarju jagħmel stima ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE, bħalma huma l-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u, ovvjament, il-Parlament Ewropew nnifsu. Jeżamina wkoll il-baġit tal-korpi ta’ l-UE bħalma huma l-Aġenzija għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, l-Aġenzija ta’ l-Ambjent, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ għad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi, iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobia, l-Aġenzija tar-Rikostruzzjoni għall-Kosovo u l-Ombudsman Ewropew.



  
Relaturi:
  
1997 permess moghti: Lousewies van der Laan (ELDR, NL) - m’ghadhiex aktar Membru tal-Parlament Ewropew
1998 permess moghti: Gabriele Stauner (EPP-ED, D)
1999 permess moghti: Freddy Blak (GUE/NGL, DK)
2000 permess moghti: John Joseph McCartin (EPP-ED, IRL)
2001 permess moghti: Paulo Casaca (PES, P)
2002 permess moghti: Juan José Bayona de Perogordo (EPP-ED, E)
1996 permess (Il-MPE naqqsu li jaghtu permess): James E.M. Elles (EPP-ED, UK)
Glieda kontra l-frodi fil-Komunità: protezzjoni tal-ligi kriminali ta’ l-interessi finanzjarji, il-Prosekutur Ewropew: Diemut R. Theato (EPP-ED, D)
Fight against fraud: investigations by OLAF: Herbert Bösch (PES, A)
Tkomplija tax-xoghol li ghandu jinghata ghat-tieni rapport tal-Kumitat ta’ esperti Indipendenti: Michiel van Hulten (PES, NL)
Ufficcju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
Qorti Ewropea tal-Verifika
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
1997 permess moghti
1998 permess moghti
1999 permess moghti
2000 permess moghti
2001 permess moghti
2002 permess moghti - procedura ghadha mhux mitmuma
1996 permess (Il-MPE naqqsu li jaghtu permess)
Glieda kontra l-frodi fil-Komunità: protezzjoni tal-ligi kriminali ta’ l-interessi finanzjarji, il-Prosekutur Ewropew
Glieda kontra l-frodi: investigazzjonijiet minn OLAF
Tkomplija tax-xoghol li ghandu jinghata ghat-tieni rapport tal-Kumitat ta’ esperti Indipendenti

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004