Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet għall-PE
L-organizzazzjoni
u t-tħaddim tal-PE
Id-deċizjoni konġunta
u proċeduri oħra
Is-setgħat baġitarji
Il-kontroll baġitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politiċi Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stħarriġ
Istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Kontrolli mill-Parlament Ewropew - Neċessità Demokratika

Ir-Riżenja tal-Kummisjoni Ewropea taħt Jacques Santer fl-1999 u l-affari tal- Eurostat fl-2003 reġgħu ġibdu l-attenzjoni fuq l-importanza tar-rwol ta' kontroll tal-Parlament Ewropew. Dawn iż-żewġ każi wrew kif il-membri parlamentari isegwu b'mod kritiku x-xogħol tal-Unjoni Ewropea u fuq kollox jissorveljaw il- Kummissjoni.

Il-funzjoni ta' "kontroll tal-baġit" li l-membri parlamentari eżercitaw fil-kas ta' suspett ta' mmaniġjar ħażin fl-Awtorità ta' l-Istatistika, l-Eurostat, huwa dritt klassiku tal-parlamentari. Mill-bidu ta' l-unifikazzjoni Ewropea, il-parlamentari ta' l-Ewropa akkwistaw dejjem aktar drittijiet ta' kontroll.

Mistoqsijiet bil-miktub u bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu ħafna mill-ħin tal-ġurnata ta' xogħol parlamentari. Barra min hekk, kull xahar ikun hemm siegħa għal mistoqsijiet sew lill-Kunsill u sew lill-Kummissjoni. B'hekk il-membri parlamentari jkunu jistgħu jaraw kif jaħsbuha l-mexxeja tal-Unjoni Ewropea. Mis-sena 2000 sa l-aħħar tal-2003 il-membri parlamentari għamlu aktar minn 20,000 mistoqsija, l-biċċa l-kibra minhom kienu bil-miktub.

Il-membri parlamentari jistgħu jwaqqfu kumitati investigattivi sabiex jeżaminaw ksur tal-liġi komunitarja. Kien b'risultat ta'dawn il-kumitati li twaqqfet l-Aġenċija Veterinarja ta' l-UE wara l-kriżi tal-"Mad Cow Disease" u b'rabta mal-kontroll tal-baġit li twaqqfet l-Awtorita' kontra l-Frodi, l-OLAF.

Il-Vot ta' Sfiduċja: L-Arma l-aktar b'saħħitha tal-Membri Tal-Parlament Ewropew

"Il-possibilità tad-deputati biex jeżerċitaw l-kontroll fuq il-politika ordinarja hija sostenuta bl-arma l-aktar b'saħħitha li għandhom il-membri parlamentari: Jekk is-sitwazzjoni tkun gravi ħafna, huma jistgħu bil-vot ta' sfiduċja tagħhom jġiegħlu lill-kulleġġ kollu tal-Kummissjoni Ewropea jirriżenja. S'issa tressqu sebgħa mozzjonijiet ta' sfiduċja għalkemm l-ebda waħda ma ġiet approvata. Biex tkun approvata tali mozzjoni li twassal għat-tmiem tal-Kummissjoni hemm bżonn ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa u l-maġġoranza tal-Kamra. Il-membri parlamentari m'għandhomx il-possibiltà, għalkemm din il-possibiltà qed tkun aktar rikjesta, li jġiegħlu jirriżenja kummissarju wieħed biss jew il-President tal-Kummissjoni. Però l-President tal-Kummissjoni Romano Prodi waqt il-ħatra tiegħu fl-1999, wiegħed lill-Parlament li f'każ li dan jitlef il-fiduċja f'membru tal-kummisjoni, huwa jikkonsidra t-tkeċċija tiegħu."

L-Ebda Kummissjoni mingħajr l-approvazzjoni tal-Parlament

Pass wara pass, trattat wara trattat, il-Parlament Ewropew wessa' u saħħaħ il-funzjoni ta' kontroll tiegħu. Diġà mill-1981, il-Kummisjoni kienet kważi tingħata l-ħatra mill-Parlament. Għall-ewwel dan kien issir b'mod informali, fis-sens li l-membri parlamentari kienu jesprimu ruħhom fuq il-programm tal-Kummissjoni. Imbgħad, mill-1993 meta ġie fis-seħħ it-Trattat ta' Maastricht, il-President tal-Kummissjoni u l-kummissarji sar għandhom bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament. Finalment, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam fl-1999, il-membri parlamentari japprovaw il-ħatra tal-President tal-Kummissjoni b'mod separat qabel ma tkun approvata l-bqija tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-membri tal-Kummissjoni, inkluż il-President tagħhom, jridu jissotomettu ruħhom għall-smiegħ li jdum is-siegħat quddiem il-Kumitati rispettivi tal-Parlament, b'mod simili għall-mudell tal-Kungress Amerikan. Wara, d-deputati jiddiskutu fil-magħluq il-kapacita' u l-kontenut tal-programm ta' ħidma tal-kummissarji futuri u mbagħad jagħmlu r-rakkomandazzjoni tagħhom lill-Kamra.

Battibek politiku bejn il-Parlament u l-Kunsill u l-Kummissjoni

Il-Parlament jikkontrolla wkoll dawk is-setturi li fihom ma għandux setgħa tad-deċiżjoni. Fil-Politika Barranija u ta' Sigurta' Komuni u f'affarijiet li jirrigwardaw il-Koperazzjoni fil-qasam tal- Ġustizzja u tal-Intern, hemm l-obbligu tal-Kunsill u l-Kummissjoni ta' informazzjoni lejn il-Parlament. Ir-rappreżentanti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet u jagħmlu rakkomandazzjonijiet u l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur, hija fid-dmir li tikkunsidrahom b'mod xieraq. Barra min hekk, il-Parlament jista' jagħmel enfasi akbar fuq il-prijoritajiet politiċi tiegħu billi jalloka aktar flus fil-baġit anwali għalihom.

Opportunitajiet oħra ta' kontroll li għandu l-Parlament fir-rigward tal-Kunsill u l-Kummissjoni jqumu waqt id-dibattiti li fihom il-Presidenza tal-Kunsill kurrenti tippreżenta l-programm tagħha għas-sitt xhur li jkunu ġejjin, fit-tmiem tippreżenta l-Bilanċ u fil-frattemp, tippreżenta rapport fuq il-Laqgħat Għolja. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jiffaċjaw flimkien lill-Parlament fl-okkażżjoni tat-tnedija tar-rapport annwali fuq l-ħidma tal-Unjoni Ewropea. Minn naħa tagħha l-Kummissjoni terga' tidher quddiem il-Parlament meta tressaq ir-rapport ġenerali annwali tagħha u l-programm leġislattiv għas-sena ta' wara. Dawn kollha huma opportunitajiet għar-rappreżentanti biex jevalwaw politkament u janalizzaw b'mod kritiku l-intenzjonijiet, il-kontenut u r-riżultati tax-xogħol tal-Kunsill u l-Kummissjoni.

Ir-Responsabilità Tal-Bank Ċentrali Ewropew lejn il-Parlament.

Anke il-Bank Ċentrali Ewropew li huwa istituzzjoni indipendenti huwa responsabbli lejn il-Parlament. Ir-responsabilità ewlenija tal-Bank hija l-istabilità tal-Euro. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew jippreżenta rapport darba f'sena lir-rappreżentanti f'sessjoni plenarja. Hu jidher b'mod regolari quddiem il-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament sabiex jgħati rendikont lir-rappreżentanti.

Il-Membri tal-Parlament bħala punt ta' koordinament bejn iċ-ċittadini u l-organi tal-UE.

Bil-kontroll tiegħu tal-ħidma ta' l-UE, il-Parlament mhux biss jirappreżenta liċ-ċittadini Ewropej iżda isservi wkoll bħala kuntatt għall-pubbliku. Infatti il-pubbliku jista' jagħmel petizzjonijiet li imbgħad il-parlamentari jeżaminaw u jiddiskutu. Barra min hekk, il-Parlament jaħtar Ombudsman Ewropew, li jinvestiga b'mod indipendenti l-ilmenti taċ-ċittadini dwar abbuż fl-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Ilmenti miċ-ċittadini lir-rappreżentanti jistgħu wkoll iwasslu għall-kontroll mill-Parlament fuq l-Istati Membri tal-UE. F'numru ta' każi li dejjem jiżdied, r-rappreżentanti qed jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-gwardjan tat-trattati, meta xi uħud mill-pajjiżi membri ma jimplimentawx il-liġijiet Ewropej. Dan jista' jwassal għal azzjoni mill-Kummissjoni li tvarja minn twissijiet sa proċedura leġali kontra l-Istati Membri sabiex jiġu mġiegħla jsegwu l-liġijiet tal-UE.



  
Rapporti
  
It-Trattati
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kunsill tal-UE
L-Ombudsman Ewropew
Il-Portal tal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004