Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet għall-PE
L-organizzazzjoni
u t-tħaddim tal-PE
Id-deċizjoni konġunta
u proċeduri oħra
Is-setgħat baġitarji
Il-kontroll baġitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politiċi Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stħarriġ
Istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Leġislatur b’sehem sħiħ

Għal x’hiex iservi l-Parlament Ewropew? Bħal fid-demokraziji kollha, il-Parlament jikkontrolla s-setgħa eżekuttiva, l-użu tal-fondi pubbliċi, u huwa jivvota l-liġijiet. Madankollu, fil-bidu, ma kienx jiġri hekk fil-Komunità. Fuq il-livell leġislattiv, il-Parlament Ewropew, li dak iż-żmien kien jissejjaħ sempliċiment Assemblea, kien jiġi kkonsultat biss u l-opinjoni tiegħu ma kellha ebda saħħa ta’ trażżin. Il-gvernijiet, miġburin flimkien f’Kunsill, kienu jilleġislaw. Iżda matul iż-żmien u fit-trattati suċċessivi, is-saħħa leġislattiva tad-deputati ġiet rinforzata: f’bosta materji, il-Parlament, illum, huwa ko-leġislatur, fl-istess livell tal-Kunsill, bil-virtu tad-deċiżjoni konġunta.

Il-filosofija leġislattiva tat-Trattat ta’ Ruma, fl-1957, kellha formula binarja: il-Kummissjoni tipproponi, il-Kunsill jiddisponi. Kien hemm bosta uffiċjali eletti indirettament, miġburin f’assemblea, iżda l-influwenza tagħhom fuq il-leġislazzjoni tal-Komunità kienet kważi xejn. Illum, l-inizjattiva leġislattiva tibqa’ dejjem kwistjoni esklussiva tal-Kummissjoni Ewropea, iżda l-Kunsill u l-Parlament jistgħu jitolbuha formalment sabiex tippreżenta proposta leġislattiva. U fuq kollox, il-Parlament jista’, mil-lum ‘il quddiem jimmodifika b’saħħa il-kontenut tal-leġislazzjonijijiet Ewropej proposti. Id-deċiżjoni konġunta li tagħmel lill-Kunsill u lill-Parlament fuq l-istess livell, ġiet introdotta bit-Trattat ta’ Maastricht fl-1992, f’madwar ħmistax-il materja (is-suq domestiku, riċerka, ambjent, konsumaturi, edukazzjoni, saħħa …).

It-Trattati ta’ Amsterdam u ta’ Nizza żiedu n-numru ta’ oqsma soġġetti għal proċedura ta’ deċiżjoni konġunta. Illum, dawn ikopru erbgħin qasam ta’ azzjoni ta’ l-Unjoni. Mis-sistema binarja ta’ qabel, issa saret tassew triangolu: il-Kummissjoni dejjem tipproponi, iżda huma l-Kunsill u l-Parlament li jiddisponu, u dan fl-oqsma li jmissu direttament il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej.

Din l-evoluzzjoni lejn demokrazija parlamentari sejra tibqa’ sejra. Skond ix-xewqa tal-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa, id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi applikata f’mhux inqas minn 80 qasam fejn il-Kunsill, min-naħa tiegħu, għandu jiddeċiedi b’maġġoranza: l-asil, l-immigrazzjoni, il-kontroll tal-fruntjieri, kooperazzjoni fil-penali legali, kooperazzjoni mal-pulizija, kultura, protezzjoni ċivili… Dawk il-kwistjonijiet biss li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ordni kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri jew kwistjonijiet sensittivi, bħalma huma t-tassazzjoni jew ċerti aspetti tal-politika soċjali, jew tal-politika barranija u tad-difiża, jaħarbu min din ir-regola.

Id-deċiżjoni konġunta, kif inhi mħaddma

Responsabbli għall-implimentazzjoni tat-trattati, mit-tmexxija tajba tal-politika komuni u tas-suq domestiku, il-Kummissjoni Ewropea hija fl-oriġini ta’ kull proposta leġislattiva, li hija, tindirizza b’mod simultanju lill-Parlament u lill-Kunsill.

Wara eżaminazzjoni fil-Kummissjoni Parlamentari, il-Parlament l-ewwel nett jagħti opinjoni fl-ewwel seduta, bil-maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħin fil-plenarju. F’ħafna mill-każijiet, iwassal emendi għall-proposta tal-Kummissjoni. Imbagħad huwa jiddeċiedi li japprovhom, kollha kemm huma jew parti minnhom, u jippreżenta proposta modifikata lill-Kunsill.

Jekk il-Kunsill japprova dawn l-emendi b’maġġornaza kwalifikata (għajr għall-oqsma soġġetti għall-unanimità: il-kultura, il-libertà tal-moviment taċ-ċittadini, is-sigurtà soċjali …), il-proposta tiġi adottata. Fil-każ kontrarju, il-Kunsill jadotta, fl-ewwel dibattitu, “pożizzjoni komuni”. Ladarba din il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tiġi trasmessa lill-Parlament, id-deputati, għandhom tlett xhur għad-disposizzjoni tagħhom sabiex jiddeċiedu mill-ġdid.

Fit-tieni seduta, hemm bżonn tal-maġġoranza assoluta tad-deputati rreġistrati sabiex it-test jiġi adottat, bi jew mingħajr l-emendi l-ġodda, iġifieri 314-il vot minn 626 uffiċjal elett tal-Parlament li jkun intemm.

Fil-każ li l-Parlament japprova espressament il-pożizzjoni komuni (jew jew ma jieħux deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta’ tlett xhur), l-att jiġi adottat immedjatament. Min-naħa l-oħra, jekk il-pożizzjoni komuni tiġi rifjutata mill-Parlament, il-proċedura tieqaf minnufih u l-att ma jiġix adottat.

Iżda, b’mod ġenerali, il-Parlament jadotta emendi għall-pożizzjoni komuni li jkunu soġġetti għal opinjoni tal-Kummissjoni, u l-Kunsill jiġi mgħarraf mill-ġdid permezz ta’ propożizzjoni emendata tal-Kummissjoni. Il-Kunsill, f’din il-fażi, jieħu deċiżjoni bil-maġġoranza kwalifikata fuq l-emendi tal-Parlament, iżda b’mod unanimu fuq dawk is-suġġetti ta’ opinjoni kontrarja tal-Kummissjoni. L-att jiġi adottat jekk il-Kunsill, l-aktar tard, tlett xhur wara l-irċevuta, japprova l-emendi kollha tal-Parlament.

Min-naħa l-oħra, jekk il-Kunsill ma japprovax l-emendi tal-PE, ikun hemm il-ħtieġa li jirrikorri għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni. Kumitat ta’ konċiljazzjoni speċifiku għal kull proposta leġislattiva jiġi kostitwit fuq bażi ugwali: 15-il rappreżentant jew membru tal-Kunsill u 15-il membru tal-PE li fosthom ikun hemm, il-Viċi-president tal-PE, ir-relatur u l-president tal-kummissjoni parlamentari konċernata. Il-Kummissjoni Ewropea tattendi d-dibattiti sabiex tqarreb il-pożizzjonijiet. B’mod ġenerali, il-kumitat ta’ konċiljazzjoni jirnexxielu li jħaddem proġett konġunt li jerġa’ jiġi sottomess lill-Kunsill u lill-Parlament għal approvazzjoni. Għal din it-tielet opinjoni, il-Kunsill jieħu deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata u l-Parlament jirregola bil-maġġoranza tal-voti mitfugħin. L-att jiġi adottat jekk il-Kunsill u l-Parlament japprovaw il-proġett tat-test komuni. Min-naħa l-oħra, meta jiskadi l-perjodu, u l-approvazzjoni ta’ wieħed miż-żewġ istituzzjonijiet tkun nieqsa, il-proċedura tintemm u l-att jiġi dikjarat “mhux adottat".

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, f’Mejju 1999, iġifieri ftit ġimgħat qabel il-leġislatura kurrenti, bejn wieħed u ieħor 300 dossier leġislattiv ġew trattati b’deċiżjoni konġunta. Kwart minnhom ġew magħluqin fl-ewwel seduta u aktar min-nofs fit-tieni seduta. Ftit inqas minn kwart is-suġġetti jingħalqu f’konċiljazzjoni, proporzjon li għandha t-tendenza li tonqos maż-żmien u flimkien mal-prattika ta’ kuntratti informali u ta’ “trilogi” bejn it-tlett istituzzjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim f’fażi qabel il-konċiljazzjoni. Fit-tlett okkażjonijiet sal-lum, il-ftehim li ntlaħqu f’konċiljazzjoni, ġew rifjutati mill-plenarju tal-Parlament: dawk dwar il-patentabilità ta’ l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (Marzu 1995), offerti ta’ teħid (Lulju 2001) u l-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-port (Novembru 2003). Sussegwentament, il-Kummissjoni abbozzat direttiva ġdida dwar offerti ta’ teħid li rriflettu aħjar ix-xewqat tal-Parlament (ara n-nota tagħna dwar Servizzi Finanzjarji).”

Il-proċeduri l-oħra

Il-proċedura ta’ konsultazzjoni, wżata spiss ħafna fl-oriġini tal-Komunità, ma tapplikax iżjed għajr għal oqsma “sensittivi” li għandhom x’jaqsmu ma’ l-unanimità fi ħdan il-Kunsill (eżempju: kwistjonijiet ta’ taxxi, politika industrijali, ippjanar reġjonali), bħal żewġ materji li jeħtieġu l-maġġoranza kwalifikata (il-politika agrikola u l-kompetizzjoni). Il-Parlament ma jistax jipprevjeni l-adozzjoni mill-Kunsill tal-leġislazzjoni ippjanata lanqas jimponi modifiki. Iżda l-Kummissjoni tista’ żżomm amment ta’ l-opinjoni tad-deputati u timmodifika dik il-proposizzjoni. Din imbagħad ma tistax tiġi modifikata għajr bl-unanimità fil-Kunsill.

Il-proċedura ta’ kooperazzjoni, introdotta fl-1987 bl-Att waħdieni sabiex tagħti aktar piż għall-opinjonijiet tal-Parlament, ħalliet iżda l-aħħar kelma f’idejn il-Kunsill. Jekk il-Parlament jirrifjuta l-pożizzjoni komuni, dan ma jistax jadotta l-leġislazzjoni għajr bl-unanimità. Jekk il-Parlament jemenda l-proposta, il-Kummissjoni għandha tifformola mill-ġdid u l-Kunsill ma jistax jimmodifikha għajr bl-unanimità. Din il-proċedura kważi sparixxiet bil-ġeneralizzazzjoni tal-proċedura ta’ deċiżjoni konġunta. Minn issa ‘l quddiem għandha x’taqsam biss ma' numru limitat ta’ deċiżjonijiet fil-qasam ta’ l-Unjoni ekonomika u monetarja.

Il-proċedura tal-kunsens ġiet istitwita mill-Att waħdieni Ewropew. Hija timponi lill-Kunsill il-qbil tal-PE għall-adeżjonijiet il-ġodda u l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni. Il-Parlament jista’ jaċċetta jew jirrifjuta proposta iżda ma jistax jemendha. Huwa jiddeċiedi b’maġġoranza assoluta tal-membri li jagħmlu parti minnu. Dan “il-kunsens” ġie estiż bit-Trattat ta’ Maastricht għal liġi elettorali uniformi u d-dritt taċ-ċirkolazzjoni u tas-soġġorn kif ukoll għar-regolamenti dwar il-fondi strutturali u l-fondi ta’ koeżjoni. It-trattat ta’ Amsterdam jipprovdi wkoll għall-applikazzjoni tiegħu għal għoti ta’ sanzjoni fil-każ ta’ ksur gravi u persistenti tad-drittijiet fundamentali minn Stat Membru.



Kumitat ta’ konciljazzjoni

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004