Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet ghall-PE
L-organizzazzjoni
u t-thaddim tal-PE
Id-decizjoni kongunta
u proceduri ohra
Is-setghat bagitarji
Il-kontroll bagitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politici Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stharrig
Istituzzjonijiet ohra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


L-Istituzzjonijiet ta' l-UE

L-Unjoni Ewropea m'hijiex federazzjoni bhall-Istati Uniti jew inkella entità ta' kooperazzjoni bhall-Gnus Maqghuda. Hija entità politika, legali u istituzzjonali unika. L-Istati Membri taghha jibqghu sovrani imma ddecidew li jmexxu politika komuni. Huma waqqfu istituzzjonijiet sabiex jiddefinixu u jimplimentaw din il-politika. F'din in-nota wiehed jista' jsib deskrizzjoni qasira ta' l-istituzzjonijiet ewlenin.

Il-magna istituzzjonali Ewropea hija bbazata fuq it-trijanglu tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament. Ir-rwol tal-Kummissjoni, li bla dubju kienet entità supranazzjonali fit-Trattat ECSC, tnaqqas minn meta dahal fis-sehh it-Trattat tal-KEE. Minkejja dan, hija ghadha l-forza ewlenija wara l-integrazzjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ghandha l-poter ta' l-inizjattiva legizlattiva u tal-budget u li tressaq il-proposti. Però huma l-Kunsill, li jirrapprezenta l-gvernijiet, u l-Parlament, li jirrapprezenta c-cittadini, li jiehdu d-decizjonijiet. Huma flimkien ghandhom il-poteri sabiex jiehdu decizjonijiet dwar il-legizlazzjoni u l-budget. It-trijanglu issa twessa' biex jinkludi l-Kunsill Ewropew, li jistabilixxi l-ghanijiet u d-direzzjoni tal-Komunità.

Il-Kunsill Ewropew

Il-kapijiet ta' stat u tal-gvernijiet tal-KEE bdew jiltaqghu b'mod informali fl-1961. Fl-1974 gie deciz li dawn il-laqghat jinghataw rwol aktar importanti u regolari, u b'hekk gie kkreat il-Kunsill Ewropew. Huwa jiltaqa' darbtejn fis-sena u jaghti l-impetu ghall-izvilupp ta' l-UE, u jiddefinixxi linji ta' gwida ta' politika generali. Il-Kunsill Ewropew ma jezercitax poteri legizlattivi huwa stess. Huwa jaddotta l-pozizzjonijiet tieghu b'sistema ta' kunsens. Il-konkluzjonijiet tieghu m'ghandhom l-ebda valur legali izda huwa jaghti direzzjoni lill-hidma ta' l-UE billi jezigi li l-istituzzjonijiet l-ohra jiehdu mizuri specifici.
Il-Kunsill Ewropew huwa kompost mill-kapijiet ta' stat u tal-gvernijiet u l-President tal-Kummissjoni. Skond tradizzjoni stabbilita, il-President tal-Parlament huwa mistieden regolari tal-Kunsill Ewropew u jindirizzah fil-bidu ta' kull laqgha. Il-presidenza tal-Kunsill Ewropew tmiss lill-pajjiz li jkollu l-presidenza ta' sitt xhur tal-Kunsill tal-Ministri, izda l-abbozz tal-kostituzzjoni mfassal mill-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa fl-2003 jiddisponi ghal presidenza itwal. Il-President tal-Kunsill Ewropew ikun elett mill-kapijiet ta' stat u tal-gvernijiet, b'vot ta' maggoranza, ghal sentejn u nofs (ara n-nota dwar il-Konvenzjoni).
Il-Kunsill Ewropew issa jiltaqa' erba' darbiet fis-sena. F'dawn l-ahhar sentejn iltaqa' b'mod alternat fi Brussel u fl-Istat Membru li jkollu l-presidenza ta' sitt xhur. Mill-1 ta' Mejju 2004 il-laqghat kollha se bdew isiru fi Brussel.

Il-Kunsill tal-Ministri

Il-Kunsill tal-Ministri huwa kompost mir-rapprezentanti ministerjali, wiehed minn kull Stat Membru. Huwa jigbor flimkien il-perspettivi nazzjonali dwar id-decizjonijiet. Flimkien mal-Parlament, il-Kunsill huwa wiehed miz-zewg ferghat ta' l-awtorità legizlattiva u tal-bagitt, izda ghandu wkoll poteri ta' implimentazzjoni. Sa l-2002 il-Kunsill kien jista' jiltaqa' f'16-il sura differenti, skond is-suggett. Gie deciz li dawn il-laqghat jigu organizzati f'9 gruppi: Affarijiet Generali u Relazzjonijiet Barranin, Affarijiet Finanzjarji u Ekonomici, Affarijiet Interni u Gustizzja, Impiegi, Politika Socjali, Affarijiet ta' Sahha u tal-Konsumatur, Kompetitività, Trasport, Telekomunikazzjoni u Energija, Biedja u Sajd, Ambjent, Edukazzjoni, u Zghazagh u Kultura..

Il-Kunsill jiltaqa' fi Brussel izda f'April, Gunju u Ottubru jiltaqa' fil-Lussemburgu. L-Istati Membri jkollhom il-presidenza ghal sitt xhur kull wiehed. Ir-rotazzjoni giet mahduma sa l-2006: l-Irlanda u l-Olanda fl-2004, il-Lussemburgu u r-Renju Unit fl-2005, l-Awstrija u l-Finlandja fl-2006. L-abbozz tal-kostituzzjoni jipprovdi ghal presidenzi itwal ta' sena f'ordni li ghandu jigi addottat unanimament mill-Kunsill Ewropew fuq il-principju ta' rotazzjoni ugwali bejn l-Istati Membri.

Sakemm ma jkunx stabbilit mod iehor (per ezempju ghat-tassazzjoni jew certi aspetti ta' politika socjali), il-Kunsill jiehu d-decizjonijiet tieghu b'maggoranza kwalifikata. Fil-prezent, il-voti ta' l-Istati Membri jinghataw pezatura skond il-popolazzjoni rispettiva izda fuq skala ta' proporzjonalità bi tnaqqis gradwali minn 10 voti ghall-pajjizi l-aktar popolati (Germanja, Renju Unit, Franza, Italja) ghal zewg voti ghall-inqas popolati (Cipru, Lussemburgu u Malta). Ghall-Kunsill ta' 25, mill-1 ta' Mejju 2004 (izda ghal ftit xhur biss), ser ikun hemm total ta' 124 vot, bi 88 mehtiega ghal maggoranza kwalifikata.
Skond it-Trattat ta' Nizza, il-pezatura se tinbidel sa mill-1 ta' Novembru 2004, skond arrangament aktar favorevoli ghall-Istati Membri l-iktar imdaqqsa, li sa dakinhar se jkollhom Kummissarju wiehed biss. Il-pezatura l-gdida se taghti 29 vot lill-pajjizi l-kbar, 27 lil Spanja u lill-Polonja, 13 lill-Olanda ... u 3 lil Malta. Dan jammonta ghal 321 vot mqassma bejn il-25 Stat Membru bi kwota ta' 232 ghal maggoranza kwalifikata.

L-abbozz ta' kostituzzjoni tipproponi li din il-maggoranza kumplessa tigi sostitwita b'sistema hafna iktar semplici ta' maggoranza doppja. Maggoranza kwalifikata tintlahaq meta nofs l-Istati Membri li jirrapprezentaw 60% tal-popolazzjoni jivvutaw favur decizjoni. Kien bazikament fuq din ir-riforma li fil-Kunsill Ewropew ma ntlahaqx ftehim fil-laqgha ta' Brussel f'Dicembru 2003.

Il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni hija entità kolleggjali politikament indipendenti li tirrapprezenta l-interessi generali Ewropej. Minkejja li l-poteri mizjuda tal-Kunsill Ewropew delluha, hija ghadha l-forza ewlenija wara s-sistema istituzzjonali Ewropea. Ghandha poter esklussiv ta' inizjattiva legizlattiva; ghandha xi poteri supranazzjonali, partikolarment fil-qasam tal-kompetizzjoni. Hija l-gwardjana tat-trattati u tista' ttella' lill-Istati Membri quddiem il-Qorti tal-Gustizzja jekk ma jzommux l-impenji taghhom. Hija wkoll responsabbli ghall-implimentazzjoni tad-decizjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill, kif ukoll ta' l-implimentazzjoni tal-budget. Il-Kummissjoni ghandha wkoll poteri indipendenti fl-oqsma tal-kompetizzjoni, kummerc barrani u politika agrikola. Per ezempju ghandha l-poter li timponi multa fuq l-intraprizi u li tinnegozja mal-WTO.

Il-kelma 'Kummissjoni' tinkludi kemm l-amministrazzjoni permanenti responsabbli ghat-twettiq ta' dawn il-hidmiet kollha kif ukoll il-korp politiku tal-Kullegg tal-Kummissarji li jiltaqa' fi Brussel. Iz-zmien tal-mandat taghhom gie mtawwal ghal hames snin, li huwa ekwivalenti ghat-tul tal-mandat parlamentari. Wiehed mill-ewwel atti tal-Parlament huwa li jaghti l-investitura lill-President tal-Kummissjoni u mbaghad lill-Kullegg tal-Kummissarji fis-shuhija tieghu. Il-Kummissarji huma nnominati mill-Istati Membri imma, fil-principju, huma indipendenti minnhom. Minkejja dan, il-Parlament Ewropew huwa risponsabli ghall-Kullegg, li ghandu l-poter li jnehhilu l-mandat permezz ta' mozzjoni ta' censura (dan ghadu qatt ma sehh).
In-numru tal-Kummissarji huwa spiss meqjus bhala fattur fl-effettività tal-Kullegg. Fil-prezent hemm zewg Kummissarji minn kull Stat Membru kbir u wiehed minn kull Stat Membru iehor, jigifieri 20 Kummissarju ghall-UE ta' 15. Bit-tkabbir, mill-1 ta' Mejju 2004 in-numru zdied ghal 30, b'Kummissarju minn kull wiehed mill-pajjizi l-godda. Il-Kummissjoni li se tibda l-mandat taghha f'Novembru 2004 se jkollha biss Kummissarju minn kull Stat Membru, jigifieri 25. Skond it-Trattat ta' Nizza, meta l-UE jkollha 27 Stat Membru n-numru tal-Kummissarji jrid ikun inqas minn 27. Skond l-abbozz tal-kostituzzjoni, in-numru ta' Kummissarji bid-dritt tal-vot ghandu jonqos ghal 15 fl-2009, inkluz il-President u (l-futur) Ministru ghall-Affarijiet Barranin, filwaqt li ghandu jibqa' numru mhux specifikat ta' Kummissarji minghajr dritt tal-vot. Iz-zewg kategoriji jinqasmu fuq bazi ta' rotazzjoni indaqs bejn l-Istati Membri.

Il-Parlament

Fl-istruttura istituzzjonali trijangulari, il-poteri tal-Parlament Ewropew minghajr dubju zdiedu fl-ahhar ghexieren ta' snin, specjalment wara l-ewwel elezzjoni b'suffragju universali fl-1979. Bl-uzu aktar generalizzat tal-procedura tal-kodecizjoni (li, minhabba l-abbozz tal-kostituzzjoni, ghandha tizdied), il-Parlament sar ko-legizlatur genwin flimkien mal-Kunsill. Jekk il-mudell tal-Komunità kellu jitqabbel mas-sistemi federali klassici, il-Parlament Ewropew ikun jirrapprezenta l-kamra tal-poplu u l-Kunsill speci ta' kamra ta' l-istati.

Il-Parlament li ghadu kif intemm kellu 626 Membru. Bit-tkabbir u l-allokazzjoni l-gdida tas-siggijiet se jkun hemm 732 Membru wara l-elezzjoni tat-13 ta' Gunju 2004. L-abbozz tal-kostituzzjoni jipprovdi ghal numru massimu ta' 736 Membru u minimu ta' 4 ghall-izghar Stati Membri.

Il-Parlament Ewropew ghandu s-sede tieghu fi Strasburgu, fejn kull sena jsiru 12-il sessjoni parzjali (maghrufa wkoll bhala sessjonijiet plenarji) ta' erbat ijiem kull wahda. Il-kumitati u l-gruppi politici tieghu jiltaqghu fi Brussel fejn isiru wkoll sessjonijiet parzjali ohra. L-amministrazzjoni tieghu hija maqsuma bejn Brussel u l-Lussemburgu.

(In-noti taghna gew imhejjija fil-perspettiva ta' l-elezzjonijiet Ewropej; tmienja minnhom jipprezentaw l-aspetti ewlenija tal-poteri u l-hidma tal-PE.)

Istituzzjonijiet u entitajiet ohra

Apparti mill-istituzzjonijiet politici, hemm bosta entitajiet ohra fil-panorama istituzzjonali ta' l-UE. Il-Qorti tal-Gustizzja, li ghandha s-sede taghha fil-Lussemburgu, tizgura li tigi osservata l-ligi tal-Komunità. Il-kazijiet jistghu jigu rreferuti lilha minn istituzzjonijiet ohra. M'ghandhiex tigi mfixkla mal-Qorti Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem li ghandha s-sede taghha fi Strasburgu u hi parti mill-Kunsill ta' l-Ewropa. Il-Qorti ta' l-Awdituri, li tinsab ukoll fil-Lussemburgu, tizgura amministrazzjoni finanzjarja tajba tal-Komunità. L-Ombudsman ghandu s-sede tieghu fi Strasburgu u jizgura amministrazzjoni tajba ta' l-interessi pubblici min-naha ta' l-istituzzjonijiet (ara n-nota dwar ic-cittadinanza Ewropea).
L-istituzzjonijiet finanzjarji jikkonsistu fil-Bank Centrali Ewropew, li huwa responsabbli ghall-politika monetarja fiz-zona ta' l-ewro u li jinsab fi Frankfurt (ara n-nota dwar il-kontroll demokratiku ta' l-ECB), u l-Bank ta' l-Investiment Ewropew, li jiffinanzja l-progetti ta' investiment Ewropej u li jinsab fil-Lussemburgu.

Fi Brussel jinsabu zewg entitajiet konsultattivi: il-Kumitat Ekonomiku u Socjali, li jirrapprezenta l-organizzazzjonijiet ekonomici, socjali u civili fl-UE, u l-Kumitat tar-Regjuni, li hu forum ghal awtoritajiet lokali u regjonali.

Fl-ahharnett, l-UE ghandha 15-il agenzija specjalizzata li s-sedi taghhom huma mqassma bejn il-maggoranza ta' l-Istati Membri u li jwettqu hidmiet amministrattivi teknici, xjentifici u specifici hafna, per ezempju fl-oqsma ta' l-ambjent, tal-medicina u tas-sigurtà ta' l-ikel.



  
Links ghall-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta' l-UE
  
Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Kummissjoni Ewropea
Parlament Ewropew
Qorti tal-Gustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
Qorti Ewropea ta' l-Awdituri
Ombudsman Ewropew
Bank Centrali Ewropew
Bank ta' l-Investiment Ewropew
Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew
Kumitat tar-Regjuni
Agenziji tal-Komunità Ewropea

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004