| Aktar minn nofs il-votanti fl-Ewropa huma nisa. Madanakollu, madwar l-Unjoni Ewropea, ir-rata tar-rapprezentazzjoni tan-nisa ghadha generalment baxxa f'karigi li jinvolvu t-tehid ta' decizjonijiet. Matul dawn l-ahhar legislaturi, il-Parlament Ewropew iggieled ghal partecipazzjoni ahjar tan-nisa fil-hajja politika u f'pozizzjonijiet ta' tehid tad-decizjonijiet. Fid-dawl ta' l-elezzjonijiet Ewropew ta' 2004, id-deputati ghamlu sejha lill-partiti sabiex jifthu aktar il-listi tal-kandidati taghhom ghan-nisa. Barra minn hekk huma sahhew l-istrategija komunitarja ghar-rapprezentazzjoni aktar ugwali tan-nisa fl-ekonomija u fil-hajja socjali u kulturali.
Fi hdan l-Unjoni Ewropea, il-proporzjon medju tan-nisa fil-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali jilhaq madwar 25%. Dan il-proporzjon hu l-oghla fil-pajjizi Nordici fejn il-politika ta' l-ugwaljanza tmur lura l-izjed fiz-zmien u fejn hi l-iktar volontarista : 43.5% tad-deputati fil-Parlament Zvediz kienu nisa f'2003, 38% fid-Danimarka u 37.5% fil-Finlandja. Fuq in-naha l-ohra ta' l-iskala, fl-Italja 11.5% biss tad-deputati huma nisa, b'8.7% fil-Grecja. Fuq livell ta' gvernijiet, nergghu nsibu li fl-iZvezja u l-Finlandja hemm prezenza qawwija ta' nisa, b'52.6% u 44.4% tal-hatriet ministerjali allokati rispettivament, imqabbla ma' medja ta' 23% fi hdan il-gvernijiet ta' l-iStati Membri.
Stedina lill-partiti sabiex izidu r-rapprezentazzjoni tan-nisa
Il-proporzjon tan-nisa fi hdan il-Parlament Ewropew huwa oghla minn dak fil-parlamenti nazzjonali. Wara l-ewwel elezzjoni b'votazzjoni universali diretta fl-1979, telghu 69 deputat mara minn total ta’ 410 siggijiet, jew 16.8 %. Dan il-proporzjon tela' ghal 29.8% fl-1999, u 31% f'2003, wara xi tibdiliet fil-kompozizzjoni tal-Parlament matul il-legislatura. Izda dan mhux biz-zejjed. F'2001 il-Parlament ippropona livell ta' rapprezentazzjoni ta' mhux inqas minn 40% kemm ghan-nisa u l-irgiel fl-oqsma kollha politici u fil-kummissjonijiet kollha fuq livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali.
Madanakollu, hemm ir-riskju li dan l-oggettiv ma jintlahaqx wara t-tkabbir minhabba l-fatt li r-rapprezentazzjoni tan-nisa fil-qasam politiku fl-ghaxar pajjizi li se jissiehbu terga' hi aktar baxxa. Per ezempju, meta l-ghaxar membri godda gew mistiedna jahtru osservaturi ghall-Parlament Ewropew f'Mejju 2003, 14% biss minn dawn kienu nisa, cifra indikattiva w allarmanti li taghti x'tifhem li l-proporzjon tan-nisa fl-assemblea eletta ta' l-Unjoni tal-25 membru se jonqos. Ta' min isemmi wkoll li f'rizoluzzjoni adottata f'Novembru 2003 il-Parlament jaghmel sejha lill-partiti fi hdan l-Unjoni ta' wara t-tkabbir sabiex jintroducu sistemi ta' kwoti bhas-sistema “zipper” fejn il-listi jalternaw b'mod sistematiku bejn in-nisa u l-irgiel u/jew jiehdu dawk il-mizuri li jheggu partecipazzjoni izjed ugwali. Ghall-Parlament, il-proporzjon tan-nisa fuq il-listi ta' l-elezzjonijiet Ewropew ghandu jkun mhux inqas minn 30% fil-25 membru. Il-partiti politici huma wkoll mistiedna jirrevedu s-strutturi interni li hafna drabi jostakolaw il-partecipazzjoni ugwali tan-nisa. L-iStati Membri huma mistiedna jniedu kampanji sabiex titqajjem kuxjenza dwar din il-kwistjoni.
F'rizoluzzjoni li giet adottata f'2001 dwar l-ugwaljanza tal-partecipazzjoni tan-nisa u l-irgiel fil-process tat-tehid tad-decizjonijiet, il-Parlament insista fuq il-htiega tal-promozzjoni tal-principju ta' l-ugwaljanza mhux biss fil-qasam politiku jew ekonomiku, izda wkoll fit-taghlim u t-tahrig bil-ghan li opportunitajiet indaqs jigu offruti kemm lill-irgiel u n-nisa. Ir-rizoluzzjoni sahqet fuq il-bzonn urgenti li jitjiebu l-facilitajiet fejn jinzammew it-tfal tan-nisa li jahdmu u persuni ohra dipendenti b'tali mod li restrizzjonijiet tal-familja ma jkunux ta' impediment sistematiku sabiex in-nisa jhossu sens ta’ sodisfazzjon professjonali.
F'rizoluzzjoni ohra li harget f'2002, il-Parlament wera wkoll it-thassib tieghu ghar-rapprezentazzjoni baxxa tan-nisa f'posizzjonijiet ta' tmexxija fi hdan l-imsiehba socjali. Filwaqt li jirrapprezentaw 42% tal-popolazzjoni li tahdem u 40% tal-membri fil-unions, il-proporzjon tan-nisa li huma rapprezentati f'dawn ta' l-ahhar huwa inqas minn dak fi hdan l-organi politici. L-imsiehba socjali wkoll gew mistiedna sabiex jiehdu mizuri pozittivi bil-ghan li jizdiedu r-rapprezentazzjoni u l-partecipazzjoni tan-nisa fil-hajja socjo-ekonomika.
L-ugwaljanza - valur fondamentali
Anke jekk il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa nvolviet iktar l-irgiel, b'17-il mara biss membru minn total ta' 107, l-ugwaljanza bejn is-sessi kienet fost l-ghanijiet fondamentali li giet inkarigata bihom l-Unjoni fl-abbozz tal-Kostituzzjoni. Madanakollu, ghal hafna deputati Ewropej dan kien pass zghir wisq. Ir-rapprezentanti tal-Parlament Ewropew ukoll baqghu ghaddejjin bil-hidma taghhom fi hdan il-Konferenza Intergovernamentali sabiex dan il-principju jkun inserit fost il-valuri fondamentali (artiklu 2 ta' l-abbozz tal-Kostituzzjoni) u mhux jidher bhala wiehed mill-oggettivi (artiklu 3). Dan il-ghan intlahaq matul il-presidenza Taljana meta l-ahhar verzjoni ta' l-imsemmi dokument isemmi, f'artiklu 2, uhud mill-valuri ta' l-Unjoni, "il-pluralizmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-gustizzja, is-solidarjeta' u l-principju ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel".
Strategija Komunitarja
F'2000 l-Unjoni Ewropea adottat programm ta' azzjoni komunitarja mifruxa fuq 5 snin (2001-2005) intiza li tahdem b'mod konkret ghall-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa. Kien fuq talba specifika tal-Parlament li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet dan il-programm u li ghalih gie allokat bagit ta' 50 miljun Euro fuq hames snin. Dan il-programm, li malli gie adottat kien ukoll miftuh ghall-pajjizi kandidati, hu intiz sabiex jippromwovi u jxerred il-valuri u l-prattici li fuqhom hi msejsa l-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa, u jwassal sabiex l-atturi jifhmu ahjar u jiggieldu kontra d-diskriminazzjoni diretta w indiretta, mhux biss fil-hajja ekonomika, socjali u politika, izda wkoll fis-setturi tal-mezzi tax-xandir, l-edukazzjoni, is-sahha u l-isport. Ghal dan il-ghan, il-programm jahseb ghall-finanzjar ta' mizuri li jqajmu kuxjenza, kampanji ta' informazzjoni, operazzjonijiet trans-nazzjonali u skambjar ta' esperjenzi.
Il-Parlament insista fuq il-fatt li jinzamm infurmat kull sena dwar il-progress u r-rizultati ta' dan il-programm filwaqt li jassumi funzjoni ta’ “ghassies” u jara li jitwettqu l-obbligazzjonijiet li jkunu saru. Filwaqt li laqa' b'sodisfazzjon il-prijoritajiet li nzammu fuq il-lista (salarji ndaqs f'2001, ir-rabta bejn il-hajja professjonali u dik privata f'2002, il-partecipazzjoni tan-nisa fit-tehid tad-decizjonijiet f'2003), il-Parlament sejjah lill-Kummissjoni sabiex jipproponi mizuri legislattivi komplementari, b'mod partikolari dawk intizi li jnaqqsu d-distakk fis-salarji, jigbru informazzjoni ta’ statistika ahjar jew li jintegraw il-principju ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem li jikkoncernaw il-mara fil-politika ta' kooperazzjoni bejn l-Unjoni u terzi pajjizi.
|