Ma tgħoddhomx is-sewwieqa tat-trakkijiet tal-ġarr u s-sewwieqa tal-pulmen li tilfu ħajjithom fit-toroq madwar l-Ewropa jiew li kkaġunaw il-mewt ta' oħrajn li kienu qed jużaw l-istess toroq, imħabba li kienu ilhom isuqu għal ħinijiet twal. Bħal fil-biċċa l-kbira tas-setturi l-oħra tax-xogħol, li l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom ilhom irregolati mill-1996, is-sewwieqa daqt jibdew igawdu minn regolamenti għal kulħadd, ta' kwalità ta' ħajja aħjar u ta' aktar sigurtà. Il-Parlament Ewropew uża l-influwenza tiegħu matul din il-leġislatura biex jiġu llimitati l-eċċezzjonijiet li jeżistu għall-massimu tat-48 siegħa fil-ġimgħa u hekk jissarraf ukoll fl-aqwa kundizzjonijiet tal-ħajja għall-ħaddiema lkoll.
Fl-1993, meta ġie fis-seħħ is-suq wieħed, ġiet ukoll fis-seħħ direttiva biex tħejji l-Unjoni Ewropeja b'regolamenti ġenerali komuni fuq il-ħinjiet tax-xogħol. Skond din id-direttiva, ħaddiem Ewropew għandu dritt għal ħin ta' mistrieħ ta' kuljum ta' mill-anqas 11 -il siegħa u għal waqfiet. Il-ħin massimu ta' xogħol kuljum huwa ffissat għal 48 siegħa fil-ġimgħa, u l-vaganzi tas-sena għandhom jagħmlu b'kollox ta' l-anqas erba' ġimgħat. Għall-ħaddiema ta' bil-lejl, il-ħin massimu awtorizzat huwa ta' 8 sigħat kull 24 siegħa.
Ir-regolamenti ffissati minn din id-direttiva iridu jitqiegħdu fil-liġi ta' l-istat sa Novembru 1996, imma hemm xi eċċezzjonijiet. La kienu jkopru lill-ħaddiema maniġerjali, la lit-tobba apprendisti u lanqas is-settur tat-trasport (fuq it-triq, bl-ajru, bil-ferrovija, bil-baħar jew fuq is-xmajjar. Barra minn hekk, il-klawsola tad-deroga, li tippermetti lill-Istati Membri deroga mir-regolamenti ġenerali u li fil-bidu ntużat mir-Renju Unit, tat lok għal abbużi li jaħdmu bi-kontra ta' l-istess oġġettiv tad-direttiva u liema abbużi d-deputati kellhom f'moħħhom li jeqirdu.
Sewwieqa tat-trakkijiet tal-ġarr: ukoll dawk għal rashom
Is-sewwieqa tal-ġarr bil-ferrovija ilhom jagħmlu użu minn regolamenti komuni sa mill-2003. U, f'Marzu 2005, tkun f'posta l-aħħar biċċa ta' din l-enimma: se jkunu madwar 6.5 miljun ħaddiem tat-trakkijiet tal-ġarr li jgawdu, bis-saħħa ta' direttiva tas-settur adottata fl-2002. Fil-każ tagħhom, it-tul tax-xogħol fil-ġimgħa jista' jittawwal għal 60 siegħa, sakemm ma' tinqabiżx il-medja ta' 48 siegħa fil-ġimgħa fuq perijodu ta' referenza ta' 4 xhur. Fl-ebda każ is-sewwieqa tal-karozzi tal-linja jew tat-trakkijiet ma jistgħu jaħdmu aktar minn sitt sigħat konsekuttivi bla waqfien u x-xogħol ta' bil-lejl ma jistax jaqbeż 10 sigħat kull perijodu ta' 24 siegħa.
Il-Parlament Ewropew iġġieled ħafna, u b'suċċess, sabiex dawn ir-regolamenti japplikaw ukoll għas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom, li jagħmlu xi 40% tal-professjoni. Sa mill-bidu tat-taħdidiet il-PE sostna li s-sewwieqa li jaħdmu għal rashom għandhom jiġu ttrattati bħal dawk bil-kuntratt ta' impjieg, bil-konsegwenza li nfetħet it-triq għal trasferiment massiv ta' ħaddiema fil-kategorija tal-ħaddiema għal rashom. Din kienet ukoll kwistjoni kemm li tiġi ggarantita s-sigurtà tat-toroq kif ukoll biex tiġi evitata l-konkorrenza żleali. Is-sewwieqa li jaħdmu għal rashom huma għaldaqstant ukoll koperti bl-istess regolamenti bħal dawk b'salarju mill-2009 'l hemm. Fuq it-talba tad-deputati, it-tifsira ta' "sewwieqa li jaħdmu għal rashom" ġiet rinforzata b'mod li jiġi evitat il-ħolqien ta' forom ġodda ta' "ħaddiema għal rashom foloz" matul iż-żmien tranżitorju.
Biex jiġi evitat il-ħrib bl-opting out
Id-direttiva ġenerali ta' l-1993 kienet tippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu xi eċċezzjonijiet. Ir-Renju Unit għaldaqstant innegozjat u kisbet numru ta' derogi jew opting out li ppermetew li l-ġimgħa tax-xogħol ma tiġix illimitata għal 48 siegħa taħt ċerti kundizzjonijiet. Fost dawn il-kundizzjonijiet, hemm il-qbil minn qabel tal-ħaddiem ikkonċernat, il-ħarsien tiegħu minn kull riperkussjoni f'każ li wieħed jirrifjuta u r-reġistrar tas-sigħat vera ta' xogħol tal-persuni li aċċettaw din id-deroga.
Din l-iskema ta' eċċezzjonijiet kellha effetti perversi. Illum il-ġurnata, fir-Renju Unit, issib aktar ħaddiema li jaħdmu aktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa minn qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva ta' l-1993. Id-deroga, li fil-bidu nħolqot għal każijiet partikulari, allura kella tendenza li tiġġeneralizza ruħha. Barra minn hekk, din il-ħarba inkwetanti, li herriet id-direttiva, qed tinxtered fi Stati membri oħra. Franza u l-Ġermanja se jibdew bdew jużawha fis-settur tas-saħħa, u l-Lussemburgu fil-catering (lukandi u ristoranti).
Bħalissa, il-Kummissjoni Ewropea bi ħsiebha tirrevedi din id-direttiva u, f'Jannar 2004, il-Parlament iddikjara l-perspettiva tiegħu. Bi 370 vot kontra 116 u 21 astensjoni, id-deputati talbu r-revoka gradwali tal-klawsola ta' deroga individwali mill-aktar fis possibbli. Bosta deputati ddeploraw l-abbużi li wasslet għalihom din is-sistema ta' eċċezzjonijiet, sewwa sew permezz ta' l-iffirmar ta' sikwiet tal-qbil ta' deroga fl-istess nifs mal-kuntratt ta' l-impjieg, li ta' sikwiet iġib fix-xejn il-libertà ta' l-għażla ta' dawk fuq salarju. Id-deputati jitolbu lill-Istati membri biex ma jadottaw ebda miżura ġdida ta' eċċezzjoni qabel ir-reviżjoni tad-direttiva ta' l-1993.
Il-każ partikulari tat-tobba
Fl-istess vot, id-deputati huma inkwetati fuq il-każ partikulari tat-tobba. Ġurisprudenza riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tistieden biex il-ħinijiet li jpoġġu t-tobba jitqiesu bħala ħinijiet ta' xogħol. Imħabba tagħrif konkret u komparattiv, id-deputati talbu l-Kummissjoni tfassal proposti għat-tul biex tissolva l-kwistjoni tat-tifsira u l-kalkolu tas-sigħat li tabib ipoġġi fil-post fejn jaħdem. Il-perijodi ta' formazzjoni tat-tobba wkoll preżentaw problema speċifika fil-kuntest tad-direttiva ġenerali fuq it-48 siegħa. Hemm qrib il-270,000 tabib apprendist fl-Ewropa, li sikwiet jaħdmu ħafna aktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa. Kienet tkun biċċa iebsa biex wieħed jibdel l-affarijiet mill-lejl għan-nhar. Kien għalhekk li l-Kummissjoni ħasbet biex ir-regolamenti li jolqtu il-ħinijiet tax-xogħol ma japplikawx għal din il-kategorija partikulari ħlief wara perijodu twil tranżitorju. Il-Parlament xtaq tranżizzjoni iqsar imma l-Istati Membri, fi ħdan il-Kunsill, riedu jistennew sa l-2013. Il-Parlament irnexxielu jimbotta għal kompromess li jħejji limitazzjoni fi tliet fażijiet gradwali: il-ġimgħa tax-xogħol tat-tobba apprendisti se tkun limitata fil-bidu għal 58 siegħa minn Awissu 2004, imbagħad għal 56 siegħa li jibdew minn Awissu 2007, sakemm tinżel għal 48 siegħa fil-ġimgħa, bħal kulħadd, fl-2009. Jekk is-sistemi ta' formazzjoni u ta' ġestjoni tar-riżorsi umani tas-servizzi tas-saħħa jeħtieġu jiġu adattati biex jiġu rrispettati dawn il-kundizzjonijiet, Stat Membru jista jikseb deroga sa l-2011.
|