Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
L-Istrateġija ta’ l-Impjiegi
Il-protezzjoni tal-ħaddiema
L-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol
Is-saħħa u s-sigurtà
tal-ħaddiema
Is-saħħa tan-nisa
Is-sigħat ta’ xogħol
Is-sistemi tas-sigurtà soċjali
In-nisa u s-soċjetà
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Is-Saħħa: Il- Parlament Ewropew ma jpoġġix lin-nisa u l- irġiel fl- istess keffa

Is-saħħa tan-nisa – din teżisti? Mela s-saħħa mhix l-istess għal kulħadd? Xejn minn dan. Minħabba l-ġeneru bijoloġiku u r-rwol soċjali tagħhom, l-irġiel u n-nisa huma differenti minn xulxin u din id-differenza tħalli effett ukoll fuq saħħithom: per eżempju, il-kanċer tas-sider kważi jolqot biss lin-nisa. Fejn tidħol vjolenza f'relazzjoni huma ħafna drabi n-nisa li huma l-vittmi. Fejn jidħol l-ippjanar tal-familja, ġisimhom jinsab fil- qofol ta' l-istess ippjanar. Il- Politika soċjali u tas-saħħa tal- UE għandha tieħu in konsiderazzjoni dawn id-differenzi abbażi ta' sess u l-membri parlamentari qed isostnu dan bis-sħih.
 
Ta' kuljum miljuni ta' nisa madwar id-dinja jsofru xi vjolenza u din il- vjolenza għandha bosta wċuh. Din tista' tieħu  l-forma ta' brutalità f'relazzjoni u fil-familja, jew koerċizzjoni fuq il-post tax-xogħol, moħqrija psikoloġika, abbużż sesswali jew prostituzzjoni sforzata. Għalhekk proġett importanti għal-leġislaturi tal- UE kien il-kontinwazzjoni tal-programm DAPHNE kontra l-vjolenza fuq nisa, żgħażagħ u tfal: Mill-2004 'il quddiem sal-aħħar tal- 2008 ser ikun fis-seħħ DAPHNE II, sabiex joffri ko-finanzjament ta' inizzjattivi mal- Ewropa kollha minn għaqdiet non-governattivi għal protezzjoni ta' nisa u żgħażagħ minn vjolenza.

Diġa fit-tmiem l-2003, il- Programm preċedenti DAPHNE I li kien ġie fi tmiemu kien fuq l-aġenda kemm tal- Membri tal- Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill u kien suċċess: Ir-rispons tant kien kbir li daħlu aktar talbiet għal għajnuna milli kien mistenni. Ġew ko-finanzjati per eżempju kampanja ta' informazzjoni kontra l- mutilazzjoni ġenitali ta' immigranti nisa minn pajjiżi Għarab u Afrikani, għajnuna sabiex nisa abbużżati u li jabbużżaw mid-droga jgħinu lilhom infushom u linja telefonika ta' emerġenza għal prostituti fil-bżonn. Pero' b'baġit ta' 20 miljun Euro setgħu jiġu finanzjati biss 140 proġett permezz ta' Daphne I, anke jekk kien hemm mill-anqas id-doppju li kienu intitolati għall-għajnuna. Kien għalhekk li l-Membri tal- Parlament Ewropew sostnew li dan il-programm ta' suċċess jitkompla u jissaħħaħ.

DAPHNE II issa għandu jiġi mniedi b'baġit ta' 50 Miljun Ewro ukoll minħabba l-fatt li bid-dħul tal- Istati Membri ġodda l-bżonnijiet finanzjarji ser jiżdiedu b' mod qawwi: Din is-somma ġiet mitluba mill- parlamentari, waqt li l- Kummissjoni għalissa allokat biss 41 Miljun. DAPHNE II ser idum sena aktar mill- programm preċedenti. Din id-darba l- leġislaturi tal- UE jridu jgħinu proġetti kbar partikolari: Dawn għandhom jiġu finanzjati sa 250,000 Ewro minflok il-massimu ta' 125,000 li kien hemm qabel.

Il-proċess leġislattiv għadu ma ntemmx. Il-Membri tal- Parlament Ewropew ressqu serje ta' emendi għall- proposta tal-Kummissjoni, imma għalissa ma jistgħux jipproċedu f'kull każ . Għalhekk il-Membri tal- Parlament Ewropew jridu jistabilixxu protezzjoni, speċjalment għal ċertu gruppi bħal tfajliet żgħar jew tfal tat-triq. Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dan għar-raġuni li DAPHNE II għandu jkun ta' benefiċċju għan-nisa u ż-żgħażagħ kollha.
 
Il- Membri tal-Parlament Ewropew favur Ippjanar tal-Familja responsabbli.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew esprimew ruħhom b'mod determinat anke dwar it-temi ta' saħħa sesswali u l- ippjanar tal- familja. Huma talbu lill-Istati Membri tal- UE sabiex ikunu ta' sostenn akbar minn qabel għaċ-ċittadini bit-tfassil ta' sesswalità u ppjanar tal-familja responsabbli : Peress illi aktar iva milli le huma n-nisa li huma responsabbli għall-kontraċezzjoni u peress li t-tqala u possibilment l-abort jaffetwawhom b'mod dirett huma qegħdin ukoll fil-qofol tar-riżoluzzjoni tal-Parlament.
 
Il-membri parlamentari jitolbu li jintlaħaq standard għoli ta' informazzjoni u għajnuna prattika madwar l- Ewropa kollha. Għanijiet konkreti sabiex jiġu evitati aktar każi ta' tqala mhux ippjanata u jiġi mnaqqas b'mod drastiku it-tixrid tal-mard permezz ta' kuntatt sesswali: Għalhekk il-Membri tal- Parlament Ewropew qed jirrikmandaw fuq kollox li jiġu aboliti d-differenzi kbar bejn il- pajjiżi tal- UE bħal per eżempju fejn jirrigwarda l-aċċess għal kontraċettivi. Dawn skond ix-xewqa tal- parlamentari għandhom ikunu b'xejn jew ta' l-inqas faċilment akkwistabbli – anke għaż-żgħażagħ. Fejn jidħol l-argument kontroversjali tal-abort, il-Membri tal- Parlament Ewropew fil- maġġoranza tagħhom jisħqu li t-terminazzjoni tat-tqala m'għandhiex tiġi sostenuta bħala metodu tal- ippjanar tal-familja. In- numru ta' abort għandu jitnaqqas permezz ta' aktar konsultazzjoni  u permezz ta' għajnuna materjali u finanzjarja. Min imbgħad xorta jgħażel li jagħmel abort għandu jkun infurmat b'mod preċiz dwar ir-riskji fiżiċi u psikoloġiċi. B'mod ġenerali pero' l-abort għandu jkun " legali, mingħajr perikli u aċċessibli għal kulħadd" fl-Ewropa kollha.
 
Il- Kanċer tas-Sider: Rati tal-mewt iridu jonqsu bi kwart sal-2008

Il- Kanċer tas-sider: Għan-nisa fl-UE ta' età bejn il- 35 u l-55 sena hija l-iżjed kawża ta' mewt komuni.Skond l-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa fis-sena 2000 biss,  fl-UE aktar minn 216, 000 mara mardu bil-kanċer tas-sider u aktar minn 79,000 mietu kawża ta' dan. Għalhekk il-marda hija kurabbli f'90 fil-mija tal-każi jekk tiġi djanjostikata fil-ħin. Il-Membri tal- Parlament Ewropew iridu li l-ġlieda kontra l- kanċer tas-sider issir prijorità fil-politika dwar is-saħħa tal- UE. Huma għandhom l-għan li sa l-2008 ir-rata tal-mewt kawża tal-kanċer tas-sider tinżel bi kwart ma' l-Ewropa kollha, u għaldaqstant huma qed jitolbu li jittieħdu numru ta' miżuri. Dawn jinkludu djanjostikar bikri aħjar tal-marda sa wara l-kura fejn jittieħdu in konsiderazzjoni l-bżonnijiet psikoloġiċi tan-nisa.

B'mod konkret f'rapport ta' inizjattiva, l-Membri tal-Parlament Ewropew qed jitolbu li n-nisa bejn il- 50 u tal- inqas 69 sena jiġu offruti mammografiji b'xejn kull sentejn, ċioe eżaminazzjoni radjografika tas-sider. Fil- preżent dan l-eżami tal-massa għadu mhux mifrux mal-UE kollha iżda mifrux biss fit-territorju kollu ta' tmien stati membri u anke hawn b'differenzi fejn tidħol kwalità. Sabiex jiġi eliminat is-suspett tal- kanċer hemm bżonn ta' azzjoni malajr: Fil-futur il-pazjenti nisa ser jirċievu d-djanjożi tagħhom bejn wieħed u ieħor f' ħamest' ijiem tax-xogħol. Skond ir-riżultati ta' "Il-Kanċer tas-Sider" it-trattament irid jibda mill-anqas wara erba' ġimgħat u dan f'ċentri speċjalizzati fis-sider minn tim ta' esperti.

Barra minn hekk il-Membri tal-Parlament Ewropew qed jitolbu li l-UE u l-Istati Membri jinvestu b'aktar qawwa fir-riċerka ta' kawżi tal-marda u ta' terapiji ġodda. Skond ix-xewqa tal-Membri tal-Parlament Ewropew fil-futur għandhom jibdew jinżammu reġistri nazzjonali tal- kanċer mal-Ewropa kollha, peress li mhux l-Istati Membri kollha għandhom, u jiġu mgħejjuna r-riċerkaturi fil- ġabra ta' data. Barra minn hekk il-Membri tal- Parlament Ewropew iridu aktar drittijiet għall-pazjenti: Dawn għandhom jiġu infurmati b'mod aktar sħiħ, jkollhom sehem fl-għażla tat-terapija tagħhom u jkunu jistgħu jitolbu konsulta ma' speċjalista ieħor.


  
Relaturi:
  
Il-Programm DAPHNE II 2004-2008: niggieldu l-vjolenza fuq it-tfal, zghazagh u nisa: Lissy Gröner ( PES, D)
Is-Sahha u d-drittijiet sesswali u riproduttivi: Anne Van Lancker ( PES, B)
Il-Kancer tas- Sider fl- Unjoni Ewropea: Karin Jöns ( PES, D)
L-Organizzazjoni Dinija Tas-Sahha( Sahhet in- nisa)
Il-Programm DAPHNE
  
Gazzetta Ufficjali – atti finali:
  
Il-Programm Daphne II 2004-2008 : niggieldu l-vjolenza fuq it-tfal, zghazagh u nisa - procedura ghadha ma ntemmitx
Is-Sahha u d-drittijiet sesswali u riproduttivi – test adottat mill-Parlament.
Il-Kancer tas- Sider fl- Unjoni Ewropea – test adottat mill- Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004