Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
L-Istrateġija ta’ l-Impjiegi
Il-protezzjoni tal-ħaddiema
L-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol
Is-saħħa u s-sigurtà
tal-ħaddiema
Is-saħħa tan-nisa
Is-sigħat ta’ xogħol
Is-sistemi tas-sigurtà soċjali
In-nisa u s-soċjetà
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


L-Istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi

Il-politika soċjali u ta’ l-impjiegi ilha żmien twil titqies bħala l-punt dgħajjef tal-kostruzzjoni Ewropea. Iżda d-differenza li hemm, meta mqabbla mal-prijoritajiet ekonomiċi kulma jmur qedgħa dejjem tonqos. Kien iżda permezz tat-Trattat t’Amsterdam, fl-1997, li l-impjiegi saru tabilħaqq politika "ta’ interess kommunitarja". Fl-1997 ġiet varata wkoll l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (SEI) li bis-saħħa tagħha l-Istati Membri qed jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom. Il-linji gwida li ffissaw huma stess iridu jitressqu kull sena quddiem il-Parlament li jieħu l-opportunità sabiex jisħaq fuq il-prjoritajiet tiegħu, fosthom il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u li ma ssirx diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-ħaddiema anzjani.

F’Novembru 2003, 14.3 il-miljun Ewropew kienu bla xogħol fl-Unjoni ta’ 15-il pajjiż, jiġifieri 8% tan-nies tajbin għax-xogħol. Fil-pajjiżi li ssieħbu dan l-aħħar, is-sitwazzjoni hija agħar: ir-rata medja ta’ qagħad tilħaq l-14.4%. Hemm bżonn li jsiru sforzi akbar sabiex tiġi promossa l-għaqda soċjali ta’ l-Unjoni partikolarment mill-1 ta’ Mejju 2004 'l hawn, għax l-Istati Membri l-ġodda riedu jintegraw irwieħhom b’mod sħiħ fl-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, li l-prinċipju ewlieni tagħha hija l-għaqda.

Aġġornament tal-mudell soċjali Ewropew

Anke jekk is-sitwazzjonijiet fil-verità ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, kull gvern għandu l-istess sfidi quddiemu: popolazzjoni li qed tixjieħ, disparità reġjonali u ħtieġa li s-servizzi soċjali jibqgħu sostenibbli f’ambjent ekonomiku li xi kultant jkun sfavorevoli. Il-mudell soċjali Ewropew m'huwiex adekwat biżżejjed biex jilqa' għal dawn l-isfidi, iżda jibqa’ punt ta’ referenza komuni, li reġa’ ġie kkonfermat fl-abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali mfassal mill-Konvenzjoni. Dan il-mudell soċjali Ewropew jiġbor fih diversi oqsma bħal ngħidu aħna l-edukazzjoni u t-taħriġ, it-tixjin tad-diskriminazzjoni, id-djalogu bejn l-għaqdiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem, is-sigurtà soċjali kif ukoll l-assistenza soċjali.

Kien biex jitħares u jiġi aġġornat dan il-mudell kif ukoll biex jingħataw spinta l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali li l-Istati Membri addottaw l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (SEI) dakinhar tal-laqgħa għolja speċjali Ewropea, li saret fil-Lussemburgu fl-1997. Il-miri ta' din l-istrateġija huma li titħeġġeġ konverġenza fil-qasam tal-politika dwar is-suq tax-xogħol u jsir titjib fl-istruttura ta’ dawn is-swieq, kif ukoll li jinħolqu aktar impjiegi u jkunu ta’ kwalità aħjar.

Fil-laqgħa għolja ta’ Lisbona, f’Marzu ta’ l-2000, ġiet definita strateġija aktar wiesgħa li ma timmirax biss biex tagħmel mill-Ewropa l-aktar ekonomija kompetittiva fid-dinja sa l-2010, iżda wkoll ekonomija li tkun "kapaċi tiġġenera tkabbir ekonomiku sostenibbli, b'aktar impjiegi u mpjiegi ta' kwalità aħjar, kif ukoll aktar għaqda soċjali". Il-għan dikjarat huwa li jinħoloq xogħol għal kullħadd.

Ir-riżultat huwa pożittiv iżda hemm bżonn ta' sforz akbar

L-ewwel evalwazzjoni tas-SEI, li ħareġ fl-2002, iqanqal fiduċja. Ir-rata ta’ impjieg fl-UE żdiedet minn 62.4% fl-1999 għal 64.2% fl-2002, iżda din xorta waħda għadha baxxa wisq. Fl-Istati Membri li ssieħbu dan l-aħħar, ir-rata ta’ impjieg fl-2002 kienet ta’ 56.1%. Il-mira li ġiet iffissata f’Lisbona hija li l-Unjoni kollha tilħaq ir-rata medja ta’ 70% sa l-2010. Fl-2003, kien hemm erba’ pajjiżi li laħqu din il-mira: id-Danimarka, l-Ollanda, l-Isvezja u r-Renju-Unit. L-ewwel evalwazzjoni ta’ l-2002 wasslet lill-UE sabiex tikkonċentra l-isforżi tagħha fuq tliet għanijiet ewlenin: mpjiegi għal kullħadd, il-kwalità u l-produttività fix-xogħol, l-għaqda u l-integrazzjoni soċjali.

Il-qgħad fit-tul jolqot lil ħafna Stati Membri u jwassal għall-esklużjoni. Fl-2002, 3% tan-nies tajbin għax-xogħol fl-UE kienu ilhom qegħda mill-anqas 12-il xahar. Minħabba f’hekk l-Istrateġija Ewropea tistieden lill-gvernijiet jieħdu passi effettivi sabiex jiżguraw li l-ħaddiema kollha bla xogħol ikollhom iċ-ċans li jibdew mill-ġdid (b’mod partikulari billi jingħataw taħriġ jew jiġu reallokati) qabel ma jagħlqu tnax-il xahar qegħda u, fil-każ taż-żgħażagħ, qabel ma jagħalqu sitt xhur.

Il-prijoritajiet tal-Parlament

Il-Parlament Ewropew kull sena jagħti l-opinjoni tiegħu fuq il-linji ta' gwida. Fl-aħħar rapport li ħareġ, id-deputati saħqu fost affarijiet oħra dwar il-ħtieġa li jiżdiedu il-postijiet fejn jintlaqgħu t-tfal ta’ età żgħira (sabiex jittaffa wieħed mill-ostakli li qed ixekklu l-impjieg tan-nisa), dwar l-iżvilupp ta’ strateġiji fuq livell lokali kif ukoll dak reġjonali, dwar it-tnaqqis tal-piż fiskali (speċjalment fil-każ ta’ l-intrapriżi ż-żgħar), dwar it-taħriġ fi ħdan l-intrapriżi, dwar it-taħriġ tal-ħaddiema anzjani u t-tnaqqis ta' xogħol mhux iddikjarat uffiċjalment.

Il-Parlament minn dejjem sostna li mhux biżżejjed li jinħolqu l-impjiegi iżda li aktar importanti li jinħolqu mpiegi ta' kwalità. Din l-esiġenza ġiet inkorporata fl-istrateġija u b'hekk l-Istati Membri impenjaw rwieħhom sabiex iżidu l-investiment fir-riżorsi umani, fit-taħriġ u fl-edukazzjoni kontinwa, kif kien intalab li jsir bosta drabi mill-PE. Wieħed mill-għanijiet preżenti huwa li sa l-2010, ta' l-inqas 85% ta’ dawk li jkunu għalqu t-22 sena jispiċċaw it-tagħlim post-sekondarju.

Il-PE saħaq ukoll li l-azzjonijiet favur l-integrazzjoni soċjali jkolhom baġit adekwat u li l-politika ta’ taħriġ tkun imfassla b'tali mod li tilħaq il-bżonnijiet tal-persuni l-aktar esposti għall-esklużjoni soċjali, bħall-anzjani, dawk b’diżabilità u l-emigranti. Skond l-Istrateġija ta’ Lisbona, ir-rata ta’ impjieg tal-ħaddiema anzjani (minn 55 sa 64 sena) trid tiżdied b’50% sa l-2010. Fl-2003, 4 pajjiżi (id-Danemark, il-Portugal, l-Isvezja u r-Renju Unit) laħqu din il-mira, iżda r-rata ta' ħamsa oħra (il-Belġju, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Awstrija), kienet għadha taħt it-33%. Fl-Istati Membri li ssieħbu dan l-aħħar, din ir-rata kienet ta’ 30.6% fl-2002.

Il-Parlament ilu s-snin jitlob li jittieħdu miżuri oħra kontra l-inugwaljanzi li għad hemm bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol. F’Novembru 2003, ir-rata ta’ qgħad fost in-nisa kienet ta’ 8.9% u dik fost l-irġiel ta’ 7.3%, fl-UE tal-15. Fl-2001, mara minn kull sitta, bejn l-età ta' 25 u l-54 sena kienet bla xogħol minħabba responsabbiltajiet familjari. L-Istrateġija Ewropea għandha fil-mira tagħha li tgħolli r-rata ta’ impjieg fost in-nisa għal aktar minn 60% minn issa sa l-2010. Iżda fl-2003, 4 pajjiżi biss, id-Danemarka, l-Ollanda, l-Awstrija u l-Portugal, laħqu dan il-għan (ara wkoll in-nota tagħna: "L-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol").

Il-koordinazzjoni tistà qatt tkun biżżejjed?

Il-politika dwar l-impiegi hija qasam fejn fil-biċċa l-kbira tiegħu għadu jaqà taħt il-kompetenza nazzjonali u reġjonali. Iżda l-Istati Membri jikkoordinaw minn rajhom uħud mill-oqsma tal-politika tagħhom bla ma jdaħħlu leġiżlazzjonijiet Ewropej, permezz ta proċess li jissejjaħ "metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni". Dan il-metodu jintużgħa wkoll fl-oqsma tal-politika ekonomika. F’rapport ta’ l-2003, il-Parlament Ewropew wera l-biżà tiegħu dwar in-nuqqas ta’ kontroll demokratiku f’din il-proċedura li ma tinvolvix, kif inhu xieraq, is-sehem tal-PE. Minħabba f’hekk, il-Parlament talab li l-liġi primarja tfisser bir-reqqa r-rwol li dan il-metodu għandu fost l-istrumenti kommunitarji u kif għandhom ikunu nvoluti l-atturi differenti li jkollhom x’jaqsmu miegħu.

B’danakollu, f’għajnejn il-PE, l-abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali ma tax tweġiba xierqa għal dan il-punt. Jekk id-deputati kienu sodisfatti minħabba l-fatt li l-abbozz jaċċena fuq l-impjieg, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-iżvilupp sostenibbli, huma esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li l-metodu ta’ koordinazzjoni nżamm kif inhu - jiġifieri mingħajr is-sehem tal-PE. Barra minn hekk, il-Parlament ser jibqa ikun biss "ikkonsultat" dwar il-linji ta' gwida għall-impiegi.



  
Rapporteurs:
  
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri: Herman Schmid (GUE/NGL, S)
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri ghas-sena 2002: Barbara Weiler (PES, D)
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri ghas-sena 2001: Luigi Cocilovo (EPP-ED, I)
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri ghas-sena 2000: Winfried Menrad (EPP-ED, D)
L-Impjiegi: linji ta' gwida ghall-2002 - Rapport kongunt 2001: Barbara Weiler (PES, D)
L-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi fl-2001 - Rapport kongunt dwar l-impjiegi 2000: Luigi Cocilovo (EPP-ED, I)
L-Inkluzjoni socjali: Ilda Figueiredo (GUE/NGL, P)
Metodu miftuh ta’ koordinazzjoni: Miet Smet (EPP-ED, B)
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri ghas-sena 2002
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri ghas-sena 2001
L-Implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri ghas-sena 2000
L-Impjiegi: linji ta' gwida ghall-2002 - Rapport kongunt 2001 – test addottat mill-Parlament
L-oqsma tal-politika dwar l-impjiegi fl-2001 - Rapport kongunt dwar l-impjiegi 2000 – test addottat mill-Parlament
L-Inkluzjoni socjali
Metodu miftuh ta’ koordinazzjoni – test addottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004