Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-energija
L-energija li tiggedded
Ir-ricerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Single Market


Telekomunikazzjoni -regoli godda ghall-era digitali

Prezzijiet izjed baxxi u ghazla akbar ghall-konsumatur fis-suq tat-telekomunikazzjoni ghandhom ikunu ir-rizultat ta' ligijiet godda ta' l-UE mahsuba biex ikattru l-kompetizzjoni fl-industrija. Dawn il-ligijiet sejrin joholqu livell ta' kompetizzjoni wiehed ma' l-Ewropa kollha billi jissemplifikaw ir-regolamenti biex jaghmluha ehfef ghal kumpaniji godda li jidhlu fis-suq biex il-monopolji ta' l-istat li kien hemm qabel ma jibqghux igawdu minn zvantagg zlejali. Bis-sahha tal-Parlament Ewropew, fost dawn il-ligijiet hemm provedimenti biex iharsu d-diversitá kulturali, biex jitqiesu l-htigiet ta' utenti b'dizabilitá u biex icekknu kemm jista' jkun l-impatt ambjentali ta' l-infrastruttura ta' telekomunikazzjoni l-gdida.

Il-qafas gdid ta' ligijiet Ewropej ghan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jkopri in-netwerks ta' komunikazzjoni satellitarji u terrestri kollha: telefonija pubblika, l-internet, telvizjoni bil-kejbil, mowbajls u xandir terrestri. Hu immirat biex igib il-ligijiet UE kurrenti in linja ma' avvanzi teknologici b'firxa wiesgha li sehhew f'dawn l-industriji f'dawn l-ahhar snin. Dawn il-ligijiet huma newtrali fir-rigward tat-teknologija u jqeghdu fl-istess qaghda in-netwerks ta' trazmissjoni kollha u jaghtu lill-UE struttura regolatorja li theggeg il-kompetizzjoni u tqieghed lill-Ewropa 'l quddiem sew qabel il-kontropartijiet principali fin-negozju taghha. Mahsuba biex jaqtghu l-burokrazija zejda li tostakoli d-dhul fis-swieq nazzjonali, dawn il-ligijiet, jillixxaw ir-regolamenti ghall-plejers fis-suq u jgibuhom l-istess fl-UE kollha. Il-pakkett kollu (hames direttivi u regolament wiehed) huma deskritti hawn isfel, hlief id-direttiva dwar il-privatezza tad-data li hi koperta fil-factsheet taghna dwar l-internet

Qafas regolatorju uniformi

L-ewwel direttiva tohloq qafas regulatorju vast ghall-netwerks ta' komunikazzjonijiet elettronici u servizzi. Din tissotolinja principji u ghanijiet ghar-regulaturi, kif ukoll linji gwida ghall-immanigjar ta' rizorsi skarsi bhal ma huma, per ezempju, radio spectrum. Ghalkemm il-Parlament approva din id-direttiva, hu insista li l-awtoritajiet regulauri nazzjonali kellhom jippromwovu politika favur id-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll il-pluralizmu fil-media. Barra minn hekk, minhabba l-Parlament l-oggettivi tal-politika ta' dan il-qafas il-gdid issa jinkludi wkoll l-ghan specifiku li l-klijenti kollha, inkluzi dawk b'disabilità, ikunu jistghu jgawdu minn beneficji fejn tidhol ghazla u prezz.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ghafsu wkoll ghal kompatibilitá akbar (jew interoperabilitá) bejn is-servizzi interattivi fit-televizjoni digitali billi talbu lill-kull min jidhol fis-suq biex juza teknologija wahda standard (il-Pjattaforma Multimedjali Domestika). Madankollu il-Ministri ta' l-Industrija fil-Kunsill sahqu li l-istandardizzazzjoni ghandha titmexxa mill-industrija u tkun volontarja. Intlahaq kompromess bejn iz-zewg fehmiet: l-Istati Membri jkollhom biss "ihajjru" lill-operaturi tal-pjattaforma ta' televizjoni digitali li juzaw dawn l-istandards izda l-Kummissjoni ghandha tirrevedi s-sitwazzjoni wara sena bil-hsieb li tista' ddahhal standard mandatorju wara konsultazzjoni pubblika.

Hrug ta' permessi

Biex jigi stimulat l-izvilupp ta' servizzi ta' komunikazzjoni godda u biex il-provvedituri ta' servizzi u l-konsumaturi jithallew jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' l-iskala fis-suq uniku Ewropew, l-ixkiel regolatorju ghad-dhul fis-suq ghandu jitnaqqas kemm jista' jkun. Ghalhekk it-tieni direttiva tfittex li tistandardizza l-proceduri ghall-hrug ta' permessi lill-provvedituri ta' servizzi u netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, b'hekk tissostitwixxi t-tahlita ezistenti ta' regolamenti nazzjonali differenti madwar l-UE.

Fil-waqt li wera li kien akkanit biex ihajjar lil ditti godda li jidhlu fis-suq, il-Parlament insista li l-gvernijiet ghandhom joffru kumpens lill-operaturi ezistenti jekk jirrestringu jew iwarrbu d-drittijiet ta' dawn l-operaturi biex iwaqqfu facilitajiet teknici godda. L-Membri tal-Parlament Ewropew talbu wkoll li l-informazzjoni dwar drittijiet, kundizzjonijiet, proceduri, hlasijiet u drittijiet ghall-hlas tigi ippubblikata f'kull livell governattiv.

Access ghan-netwerk

Il-mod kif l-Istati Membri jirregolaw l-access u l-interkonnessjoni tan-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika hu krucjali wkoll. Ghalhekk direttiva ohra hi mmirata li tohloq standard ta' l-indirizzi nazzjonali differnti lejn ir-regolamentazzjoni. Il-mira hi li theggeg il-kompetizzjoni sostenibbli bejn is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Il-Parlament kien attent biex jizgura aktar trasparenza fil-prezzijiet biex is-suq ikun aktar efficjenti, ghalhekk insista li l-Kummissjoni ghandha timmonitorizza u tippubblika taghrif dwar hlasijiet li jzidu fil-prezzijiet li jhalsu l-konsumaturi. Il-Membri tal-Parlament Ewropew wrew thassib li l-infrastruttura gdida bhalma huma arbli tal-mowbajl telefon, setghu jaghmlu hsara fl-ambjent jew itellfu l-isbuhija tal-pajesagg. Bis-sahha tal-Parlament, il-gvernijiet nazzjonali issa jkollhom jiehdu passi biex inaqqsu kemm jista' jkun minn dawn il-problemi.

Garanzija ta' servizz universali

Direttiva ohra tfittex li tizgura li jkun hemm servizzi ta' kwalitá tajba ghall pubbliku fl-UE kollha f'kazi fejn is-suq ma' jasalx li jilqa' l-htiegiet ta' l-utenti b'mod sodisfacenti. F'dal-kaz il-Parlament insista li l-gvernijiet jiehdu passi biex jiggarantixxu access b'prezz ragonevoli ghal servizzi ta' linji tat-telefon terrestri pubblici ghal utenti b'dizabilitá u ghal dawk b'htigiet socajli partikolari. Il-Membri tal-Parlament Ewropew issottolinjaw ukoll il-htiega ghat-trasparenza fil-prezzijiet u hadmu b'success biex il-konsumaturi jinghataw it-taghrif mehtieg biex jaghmlu ghazla infurmata dwar il-modi differenti ta' uzu.

Access ghall-internet irhas

Fl-ahhar il-Membri tal-Parlament Ewropew taw kontribut tal-qofol f'regolament li naqqas l-ispejjez ghal min juza l-internet billi fetah ghall-kompetizzjoni akbar u innovazzjoni teknologika s-swieq ta' access lokali. Din il-ligi nghatat it-tilolu ineleganti ta' "ftuh tal-holqa lokali".

Tradizzjonalment din tkun proprjetá tal-kumpanija ta' telekomunikazzjoni lokali, is-soltu monopolju jew eksmonopolju. Jekk l-access ghall-holqa lokali ma jkunx miftuh ghal dawk li jidhlu fis-suq, jintilfu opportunitajiet ghal kompetizzjoni u innovazzjoni akbar. Il-holqa lokali kienet qasam mill-anqas kompetittiv fis-suq ta' telekomunikazzjoni liberalizzat izda issa il-"ftuh" jew l-access liberalizzat, stimola l-kompetizzjoni u qieghed jimbotta t-tkattir ta' l-e-commerce u ta' l-e-business fl-Ewropa.

Il-Parlament insista li r-regolamenti ghandu jkun fihom lista tat-taghrif minimu li ghandu jinghata minn operaturi ezistenti lil dawk li jidhlu fis-suq. U biex l-eksmonopolji ma jkaxkrux saqajhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew talbu li jkun hemm kumpens fil-kaz li l-operaturi ezistenti ma jikkonformawx ruhhom. Ir-regolament tghadda mill-process legizlattiv b'heffa u dahal fis-sehh fl-1 ta' Jannar 2001 b'hekk ippermetta lill-konsumaturi li jgawdu izjed malajr minn kompetizzjoni akbar u prezzijiet izjed baxxi. Il-bqija tal-pakkett legizlattiv dahal fis-sehh fl-24 ta' Lulju 2003.

Teknologija ta' mowbajl telefon 3G

Barra mill-pakkett legizlattiv, il-Membri tal-Parlament Ewropew approvaw rezoluzzjoni fi Frar 2003 li tirrakkomanda li jkun hemm tqassim ta' l-infrastruttura ta' netwerks fl-UE kollha biex jizdied fil-heffa l-hrug ta' netwerks 3G u servizzi.

L-UE qeghda tiftah it-triq fit-teknologija tal-mowbajl telefon. L-ahhar teknologija, ighidulha "tat-tielet generazzjoni" (jew 3G) hi espressjoni ta' l-industrija ta' l-industrija ta' bla fili ghal gabra ta' standards u teknologiji internazzjonali mahsuba biex itejbu t-thaddim tan-netwerks tal-mowbajl bla fili. Din toffri titjib fl-applikazzjonijiet prezenti, fosthom heffa akbar fid-data u kapacitá akbar ghat-trazmissjoni ta' lehen u data.

Il-Parlament jaghraf bhala l-prijoritá principali il-bini ta' infrastruttura ghall-uzu flimkien tan-netwerks fl-UE kollha, biex in-netwerks u s-servizzi 3G ikunu jistghu jinhargu izjed malajr u irhas. Il-Membri tal-Parlament Ewropew iridu li l-Kummissjoni tohrog linjigwida dwar dan izda sahqu li mhemmx bzonn ligijiet peress li hu krucjali li s-suq jithalla jopera liberament. Il-Parlament hu wkoll tal-fehma li mhemmx lok ghal thassib dwar riskji ghas-sahha peress li l-livelli ta' espozizzjoni ghal kampi elettromajetici ta' l-apparat ta' komunikazzjoni tal-mowbajl fl-Istati Membri huma digá 'l isfel sew mill-limiti skond il-parir ta' l-Organizzazzjoni Mondjali tas-Sahha.



  
Relaturi:
  
>  Qafas regolatorju komuni ghan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika: Reino Paasilinna (PES, FIN)
>  Awtorizzazzjoni ghan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika: Angelika Niebler (EPP-ED, D)
>  Access ghal u interkonnessjoni ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika u facilitajiet marbuta maghhom: Renato Brunetta (EPP-ED, I)
>  Servizz universali u drittijiet ta' l-utenti dwar in-netwerks u servizzi ta; komunikazzjoni elettronika: Malcolm Harbour (EPP-ED, UK)
>  Access miftuh ghall-holqa lokali: Nicholas Clegg (ELDR, UK)
>  Teknologija 3G: Danielle Auroi (Greens/EFA, F)
  
Gazzetta ufficjali - atti finali:
  
>  Qafas regolatorju komuni tan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika
>  Awtorizzazzjoni ghan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika
>  Access to, and interconnection of, electronic communications networks and associated facilities
>  Servizz universali u drittijiet ta' l-utenti dwar in-netwerks u servizzi ta; komunikazzjoni elettronika
>  Access miftuh ghall-holqa lokali
>  Teknologija 3G - test approvat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004