Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-enerġija
L-enerġija li tiġġedded
Ir-riċerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Plenary Speech - 06/09/2000 - Helmuth Markov - Telecommunications mergers
> Plenary Speech - 17/05/2000 - Alyssandrakis - Telecommunications/Radio spectrum policy


Telekomunikazzjoni -regoli ġodda għall-era diġitali

Prezzijiet iżjed baxxi u għażla akbar għall-konsumatur fis-suq tat-telekomunikazzjoni għandhom ikunu ir-riżultat ta' liġijiet ġodda ta' l-UE maħsuba biex ikattru l-kompetizzjoni fl-industrija. Dawn il-liġijiet sejrin joħolqu livell ta' kompetizzjoni wieħed ma' l-Ewropa kollha billi jissemplifikaw ir-regolamenti biex jagħmluha eħfef għal kumpaniji ġodda li jidħlu fis-suq biex il-monopolji ta' l-istat li kien hemm qabel ma jibqgħux igawdu minn żvantaġġ żlejali. Bis-saħħa tal-Parlament Ewropew, fost dawn il-liġijiet hemm provedimenti biex iħarsu d-diversitá kulturali, biex jitqiesu l-ħtiġiet ta' utenti b'diżabilitá u biex iċekknu kemm jista' jkun l-impatt ambjentali ta' l-infrastruttura ta' telekomunikazzjoni l-ġdida.

Il-qafas ġdid ta' liġijiet Ewropej għan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jkopri in-netwerks ta' komunikazzjoni satellitarji u terrestri kollha: telefonija pubblika, l-internet, telviżjoni bil-kejbil, mowbajls u xandir terrestri. Hu immirat biex iġib il-liġijiet UE kurrenti in linja ma' avvanzi teknoloġiċi b'firxa wiesgħa li seħħew f'dawn l-industriji f'dawn l-aħħar snin. Dawn il-liġijiet huma newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u jqegħdu fl-istess qagħda in-netwerks ta' trażmissjoni kollha u jagħtu lill-UE struttura regolatorja li tħeġġeġ il-kompetizzjoni u tqiegħed lill-Ewropa 'l quddiem sew qabel il-kontropartijiet prinċipali fin-negozju tagħha. Maħsuba biex jaqtgħu l-burokrazija żejda li tostakoli d-dħul fis-swieq nazzjonali, dawn il-liġijiet, jillixxaw ir-regolamenti għall-plejers fis-suq u jġibuhom l-istess fl-UE kollha. Il-pakkett kollu (ħames direttivi u regolament wieħed) huma deskritti hawn isfel, ħlief id-direttiva dwar il-privatezza tad-data li hi koperta fil-factsheet tagħna dwar l-internet

Qafas regolatorju uniformi

L-ewwel direttiva toħloq qafas regulatorju vast għall-netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi. Din tissotolinja prinċipji u għanijiet għar-regulaturi, kif ukoll linji gwida għall-immaniġjar ta' riżorsi skarsi bħal ma huma, per eżempju, radio spectrum. Għalkemm il-Parlament approva din id-direttiva, hu insista li l-awtoritajiet regulauri nazzjonali kellhom jippromwovu politika favur id-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll il-pluraliżmu fil-media. Barra minn hekk, minħabba l-Parlament l-oġġettivi tal-politika ta' dan il-qafas il-ġdid issa jinkludi wkoll l-għan speċifiku li l-klijenti kollha, inklużi dawk b'disabilità, ikunu jistgħu jgawdu minn benefiċji fejn tidħol għażla u prezz.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għafsu wkoll għal kompatibilitá akbar (jew interoperabilitá) bejn is-servizzi interattivi fit-televiżjoni diġitali billi talbu lill-kull min jidħol fis-suq biex juża teknoloġija waħda standard (il-Pjattaforma Multimedjali Domestika). Madankollu il-Ministri ta' l-Industrija fil-Kunsill saħqu li l-istandardiżżazzjoni għandha titmexxa mill-industrija u tkun volontarja. Intlaħaq kompromess bejn iż-żewġ fehmiet: l-Istati Membri jkollhom biss "iħajjru" lill-operaturi tal-pjattaforma ta' televiżjoni diġitali li jużaw dawn l-istandards iżda l-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni wara sena bil-ħsieb li tista' ddaħħal standard mandatorju wara konsultazzjoni pubblika.

Ħruġ ta' permessi

Biex jiġi stimulat l-iżvilupp ta' servizzi ta' komunikazzjoni ġodda u biex il-provvedituri ta' servizzi u l-konsumaturi jitħallew jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' l-iskala fis-suq uniku Ewropew, l-ixkiel regolatorju għad-dħul fis-suq għandu jitnaqqas kemm jista' jkun. Għalhekk it-tieni direttiva tfittex li tistandardizza l-proċeduri għall-ħruġ ta' permessi lill-provvedituri ta' servizzi u netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, b'hekk tissostitwixxi t-taħlita eżistenti ta' regolamenti nazzjonali differenti madwar l-UE.

Fil-waqt li wera li kien akkanit biex iħajjar lil ditti ġodda li jidħlu fis-suq, il-Parlament insista li l-gvernijiet għandhom joffru kumpens lill-operaturi eżistenti jekk jirrestrinġu jew iwarrbu d-drittijiet ta' dawn l-operaturi biex iwaqqfu faċilitajiet tekniċi ġodda. L-Membri tal-Parlament Ewropew talbu wkoll li l-informazzjoni dwar drittijiet, kundizzjonijiet, proċeduri, ħlasijiet u drittijiet għall-ħlas tiġi ippubblikata f'kull livell governattiv.

Aċċess għan-netwerk

Il-mod kif l-Istati Membri jirregolaw l-aċċess u l-interkonnessjoni tan-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika hu kruċjali wkoll. Għalhekk direttiva oħra hi mmirata li toħloq standard ta' l-indirizzi nazzjonali differnti lejn ir-regolamentazzjoni. Il-mira hi li tħeġġeġ il-kompetizzjoni sostenibbli bejn is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Il-Parlament kien attent biex jiżgura aktar trasparenza fil-prezzijiet biex is-suq ikun aktar effiċjenti, għalhekk insista li l-Kummissjoni għandha timmonitorizza u tippubblika tagħrif dwar ħlasijiet li jżidu fil-prezzijiet li jħalsu l-konsumaturi. Il-Membri tal-Parlament Ewropew wrew tħassib li l-infrastruttura ġdida bħalma huma arbli tal-mowbajl telefon, setgħu jagħmlu ħsara fl-ambjent jew itellfu l-isbuħija tal-pajesaġġ. Bis-saħħa tal-Parlament, il-gvernijiet nazzjonali issa jkollhom jieħdu passi biex inaqqsu kemm jista' jkun minn dawn il-problemi.

Garanzija ta' servizz universali

Direttiva oħra tfittex li tiżgura li jkun hemm servizzi ta' kwalitá tajba għall pubbliku fl-UE kollha f'każi fejn is-suq ma' jasalx li jilqa' l-ħtieġiet ta' l-utenti b'mod sodisfaċenti. F'dal-każ il-Parlament insista li l-gvernijiet jieħdu passi biex jiggarantixxu aċċess b'prezz raġonevoli għal servizzi ta' linji tat-telefon terrestri pubbliċi għal utenti b'diżabilitá u għal dawk b'ħtiġiet soċajli partikolari. Il-Membri tal-Parlament Ewropew issottolinjaw ukoll il-ħtieġa għat-trasparenza fil-prezzijiet u ħadmu b'suċċess biex il-konsumaturi jingħataw it-tagħrif meħtieġ biex jagħmlu għażla infurmata dwar il-modi differenti ta' użu.

Aċċess għall-internet irħas

Fl-aħħar il-Membri tal-Parlament Ewropew taw kontribut tal-qofol f'regolament li naqqas l-ispejjeż għal min juża l-internet billi fetaħ għall-kompetizzjoni akbar u innovazzjoni teknoloġika s-swieq ta' aċċess lokali. Din il-liġi ngħatat it-tilolu ineleganti ta' "ftuħ tal-ħolqa lokali".

Tradizzjonalment din tkun proprjetá tal-kumpanija ta' telekomunikazzjoni lokali, is-soltu monopolju jew eksmonopolju. Jekk l-aċċess għall-ħolqa lokali ma jkunx miftuħ għal dawk li jidħlu fis-suq, jintilfu opportunitajiet għal kompetizzjoni u innovazzjoni akbar. Il-ħolqa lokali kienet qasam mill-anqas kompetittiv fis-suq ta' telekomunikazzjoni liberaliżżat iżda issa il-"ftuħ" jew l-aċċess liberaliżżat, stimola l-kompetizzjoni u qiegħed jimbotta t-tkattir ta' l-e-commerce u ta' l-e-business fl-Ewropa.

Il-Parlament insista li r-regolamenti għandu jkun fihom lista tat-tagħrif minimu li għandu jingħata minn operaturi eżistenti lil dawk li jidħlu fis-suq. U biex l-eksmonopolji ma jkaxkrux saqajhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew talbu li jkun hemm kumpens fil-każ li l-operaturi eżistenti ma jikkonformawx ruħhom. Ir-regolament tgħadda mill-proċess leġiżlattiv b'ħeffa u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001 b'hekk ippermetta lill-konsumaturi li jgawdu iżjed malajr minn kompetizzjoni akbar u prezzijiet iżjed baxxi. Il-bqija tal-pakkett leġiżlattiv daħal fis-seħħ fl-24 ta' Lulju 2003.

Teknoloġija ta' mowbajl telefon 3G

Barra mill-pakkett leġiżlattiv, il-Membri tal-Parlament Ewropew approvaw reżoluzzjoni fi Frar 2003 li tirrakkomanda li jkun hemm tqassim ta' l-infrastruttura ta' netwerks fl-UE kollha biex jiżdied fil-ħeffa l-ħruġ ta' netwerks 3G u servizzi.

L-UE qegħda tiftaħ it-triq fit-teknoloġija tal-mowbajl telefon. L-aħħar teknoloġija, igħidulha "tat-tielet ġenerazzjoni" (jew 3G) hi espressjoni ta' l-industrija ta' l-industrija ta' bla fili għal ġabra ta' standards u teknoloġiji internazzjonali maħsuba biex itejbu t-tħaddim tan-netwerks tal-mowbajl bla fili. Din toffri titjib fl-applikazzjonijiet preżenti, fosthom ħeffa akbar fid-data u kapaċitá akbar għat-trażmissjoni ta' leħen u data.

Il-Parlament jagħraf bħala l-prijoritá prinċipali il-bini ta' infrastruttura għall-użu flimkien tan-netwerks fl-UE kollha, biex in-netwerks u s-servizzi 3G ikunu jistgħu jinħarġu iżjed malajr u irħas. Il-Membri tal-Parlament Ewropew iridu li l-Kummissjoni toħroġ linjigwida dwar dan iżda saħqu li mhemmx bżonn liġijiet peress li hu kruċjali li s-suq jitħalla jopera liberament. Il-Parlament hu wkoll tal-fehma li mhemmx lok għal tħassib dwar riskji għas-saħħa peress li l-livelli ta' espożizzjoni għal kampi elettromajetiċi ta' l-apparat ta' komunikazzjoni tal-mowbajl fl-Istati Membri huma diġá 'l isfel sew mill-limiti skond il-parir ta' l-Organiżżazzjoni Mondjali tas-Saħħa.



  
Relaturi:
  
>  Qafas regolatorju komuni ghan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika: Reino Paasilinna (PES, FIN)
>  Awtorizzazzjoni ghan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika: Angelika Niebler (EPP-ED, D)
>  Access ghal u interkonnessjoni ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika u facilitajiet marbuta maghhom: Renato Brunetta (EPP-ED, I)
>  Servizz universali u drittijiet ta' l-utenti dwar in-netwerks u servizzi ta; komunikazzjoni elettronika: Malcolm Harbour (EPP-ED, UK)
>  Access miftuh ghall-holqa lokali: Nicholas Clegg (ELDR, UK)
>  Teknologija 3G: Danielle Auroi (Greens/EFA, F)
  
Gazzetta ufficjali - atti finali:
  
>  Qafas regolatorju komuni tan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika
>  Awtorizzazzjoni ghan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika
>  Access to, and interconnection of, electronic communications networks and associated facilities
>  Servizz universali u drittijiet ta' l-utenti dwar in-netwerks u servizzi ta; komunikazzjoni elettronika
>  Access miftuh ghall-holqa lokali
>  Teknologija 3G - test approvat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004