| Il-Parlament Ewropew, li minn,m dejjem kien favur il-Protokoll ta' Kjoto, jaqbel mal-idea li tappogga r-ricerka dwar sorsi alternattivi ta' energija flok dawk tradizzjonali u jrid jippromwovi l-energija rinnovabbli prodotta mir-rih, mix-xemx jew mill-gassijiet bijologici. Il-politika dwar l-energija aktar razzjonali qieghda tikseb dejjem aktar popolarità fost l-opinjoni pubblika, izda l-Istati Membri baqghu lura milli jiffissaw miri li joholqu xi tip ta' rbit. Id-deputati madanakollu rnexxielhom isahhu xi ftit il-kontenut tal-politika prevista.
Fi zmien 50 sena, is-sorsi fossili ta' l-energija, iz-zejt u l-gass naturali, ser jibdew imajnaw. Barra minn hekk, il-konsum ta' dawn l-energiji llum il-gurnata huwa l-akbar kagun tal-produzzjoni ta' C02 u ta' l-effett tas-serrer li din tikkawza. L-Ewropa ghandha wkoll interess li tizviluppa minn issa, l-uzu ta' energiji rinnovabbli; dan minhabba li l-produzzjoni taghhom ser tiggenera eluf ta' mpiegi u l-izvilupp ta' teknologija gdida ser tkun investiment importanti ghall-kompetittività taghna fil-gejjieni. Minkejja dawn il-fatti, l-Membri Parlamentari Ewropej kellhom jaghmlu hilithom kollha sabiex iheggu lill-Istati Membri biex jaghmlu pass 'l quddiem.
Fl-1997, permezz ta' white paper msejha "Energija ghall-gejjieni", il-Kummissjoni Ewropea ifformulat miri generali sabiex tippromwovi l-energija rinnovabbli u l-produzzjoni ta' elettriku minn sorsi alternattivi. Sa mill-1998, il-Parlament kien talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tissottometti proposta legislattiva li tappogga l-produzzjoni ta' l-elettriku minn sorsi ta' energija rinnovabbli.
F'rapport li gie adottat f'Marzu tas-sena 2000, id-deputati ghamlu sejha favur legislazzjoni li tizgura trattament ugwali ghas-sorsi ta' energija alternattivi meta mqabbla mas-sorsi tradizzjonali. Billi deherilhom illi l-proposti tal-Kummissjoni ma kienux ambizzjuzi bizzejjed, id-deputati talbu li jkun hemm Direttiva li tistabbilixxi regoli li jaghtu prijorità ghall-access ghall-energija prodotta minn sorsi rinnovabbli u li tistabbilixxi qafas finanzjarju ta' intervent Komunitarju, bl-ispejjez jinqasmu fost l-Istati Membri, ghar-ricerka u l-promozzjoni ta' l-energija rinnovabbli.
L-ghan 2010: ghoxrin fil-mija ta' l-energija minn sorsi rinnovabbli
F'Mejju tas-sena 2000, il-Kummissjoni pproponiet inizzjattiva sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet u l-effett tas-serrer billi jizdied l-uzu ta' energija prodotta minn sorsi rinnovabbli fil-konsum totali gross ta' energija. L-Istati Membri gew mistiedna biex izidu l-isforzi taghhom f'dan ir-rigward, izda minghajr obbligu partikulari. Matul il-procedura kollha tal-kodecizjoni, il-Parlament talab li jigu stabbiliti miri li joholqu rbit. Izda l-Kunsill ma qabilx. Iz-zewgt istituzzjonijiet ghaldaqstant fittxew kompromess. Fl-ahhar, gie deciz li l-miri nazzjonali tal-konsum ta' l-elettriku maghmul minn ESR ikunu indikattivi u jibqghu f'idejn l-Istati Membri. Izda dawn iridu jinkwadraw ma' l-miri indikattivi globali tal-Komunità ghall-2010, jigifieri 12% tal-konsum ta' energija gross prodotta minn sorsi rinnovabbli (irduppjar fi zmien 10 snin) u 22,1% tal-produzzjoni ta' l-elettriku. Jekk dawn il-miri jintlahqu sa l-2010 ikun ifisser li jkunu gew ffrankati 3 biljun ewro fis-sena fl-ispejjez ta' fjuwil, tnaqqis ta' 400 miljun tunnellata fis-sena fl-emissjonijiet ta' CO2 u tnaqqis ta' 17.4% fis-sena fl-importazzjonijiet ta' fjuwil.
Sa Ottubru ta' l-2002, kull Stat Membru kellu jippubblika l-ewwel rapport dwar it-twettiq tal-miri nazzjonali tieghu. F'Ottubru ta' l-2004, il-Kummissjoni ser tippubblika inventarju generali bbazat fuq dawn ir-rapporti. Id-deputati rnexxielhom jiksbu li, jekk l-Istati Membri ma jkunux ghamlu progress sufficjenti biex jilhqu dawn il-miri, il-Kummissjoni ghandha tipprezenta proposti li joholqu rbit partikolari.
Inkuraggiment ta' l-energija "intelligenti"
F'April ta' l-2002, il-Kummissjoni pproponiet li jigi stabbilit programm ta' qafas ghall-2003-2006, imsejjah "Energija intelligenti ghall-Ewropa", sabiex jigi mheggeg konsum aktar ghaqli u biex jippromovi l-izvilupp sostenibbli. Dan il-programm joffri appogg finanzjarju Komunitarju (sa livell massimu ta' 50% ta' l-infiq) ghall-azzjonijiet u progetti konkreti. L-uzu aktar razzjonali u aktar effikaci ta' l-energija jista' jiffranka madwar ghoxrin fil-mija tal-konsum totali annwali.
Il-Parlament fittex li jilhaq kompromess mal-Kunsill qabel ma tintemm il-procedura sabiex il-programm jigi ntrodott malajr. Il-Kunsill laqa' l-bicca l-kbira ta' l-emendi tal-Parlament li kienu intenzjonati biex jintegraw lill-pajjizi kandidati fil-programm u biex itejbu t-trasparenza tal-process ta' l-ghazla tal-partecipanti. Il-Parlament u l-Kunsill lahqu wkoll ftehiem dwar il-bagit tal-program ghas-somma totali ta' 200 miljun ewro.
Dan il-bagit ser jghin biex jiffinanzja diversi programmi specifici; l-efficjenza ta' l-energija fis-setturi tal-bini u ta' l-industrija (SAVE); il-promozzjoni ta' sorsi godda u rinnovabbli ta' energija ghall-produzzjoni centralizzata u dicentralizzata kif ukoll l-integrazzjoni taghhom fil-qasam urban (ALTENER); id-diversifikazzjoni tal-fjuwil u l-promozzjoni ta' energija minn sorsi rinnovabbli u efficjenza ta' l-energija fis-settur tat-trasport (STEER); il-promozzjoni ta' energija rinnovabbli u l-efficjenza ta' l-energija fil-pajjizi li qed jizviluppaw (COOPENER).
Min-naha l-ohra, il-Kunsill m'accettax li titwaqqaf Agenzija Ewropea ghall-energija intelligenti, u l-anqas it-twaqqif ta' task force fi hdan il-Kummissjoni biex tikkoordina l-aspetti differenti ta' attivitajiet ta' dan il-programm u ta' oqsma ohra tal-politika tal-Komunità.
|