Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-energija
L-energija li tiggedded
Ir-ricerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Research policy


Incentiv ta’ €16.3 biljun ghar-ricerka xjentifika

Is-Sitt Programm Strutturali ta’ Ricerka huwa l-istrument ewlieni ta’ l-UE ghall-ghoti ta’ fondi ghar-ricerka xjentifika, il-fokus principali tieghu jkun il-holqien ta’ Zona ta’ Ricerka Ewropea, l-ekwivalenti ta’ “suq komuni” ghar-ricerka. Il-programm huwa mfassal fuq erba’ snin mill-2003 sa l-2006 u ghandu bagit ta’ kwazi €16.3 biljun. Il-Parlament Ewropew appoggja l-programm sa mill-bidu nett u ghamel kull sforz sabiex ihaffu mill-process legislattiv izda nsista wkoll fuq li jghaddi xi ftit mill-ispejjez lejn il-prijoritajiet tieghu stess, li jinkludu r-ricerka fuq il-kancer, l-AIDS, il-malarja u t-tuberkolozi.

Ir-ricerka xjentifika fl-Ewropa tehtieg dejjem iktar minn qatt qabel ta’ incentiv b’sahhtu, minhabba li r-rivali teknologici principali ta’ l-UE, mhumiex qeghdin joqghodu idhom fuq zaqqhom, izda qeghdin isahhu l-hidmiet taghhom. Issa l-Ewropa waqghet wara l-Istati Uniti u l-Gappun f’termini ta’ infiq fuq ricerka mhux biss bhala proporzjon tal-PGD (1.8% meta mqabbel ma’ 2.7% u 3.1% ghall-Istati Uniti u l-Gappun rispettivament) izda wkoll f’termini tan-numru ta’ ricerkaturi, patenti u esportazzjonijiet ta’ teknologija gholja per capita.

L-ewwel abbozz tas-Sitt Programm Strutturali ta’ Ricerka pprezentat mill-Kummissjoni Ewropea gie mmodifikat f’xi aspetti matul il-procedura ta’ decizjoni kongunta bejn il-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri. Izda, il-Parlament kien herqan li ma jdewwimx l-adozzjoni tal-programm u dan gie approvat nhar is-27 ta’ Gunju 2002, biex b’hekk setgha jibda nhar l-1 ta’ Jannar 2003, minghajr bidliet kbar ghall-proposta tal-Kummissjoni f’termini ta’ struttura, kontenut, bagit jew arrangamenti ta’ thaddim. Il-bagit totali ghall-perjodu ta’ erba’ snin huwa ta’ €16.270 biljun, li jirraprezenta zjieda ta’ 17% fuq il-Hames Programm Strutturali u li jaghmel kwazi 4% tal-bagit totali ta’ l-Unjoni.

L-Ewropa ghandha tradizzjoni b’sahhitha fir-ricerka u fl-innovazzjoni izda c-centri ta’ eccellenza taghha huma mifruxin madwar il-kontinent u mrazznin b’nuqqas ta’ networking u kooperazzjoni. Is-Sitt Programm Strutturali ifittex li jiggieled din il-problema: €2.925 biljun huma merfughin ghal Zona ta’ Ricerka Ewropea li giet deskritta bhala “ricerka ekwivalenti ghas-suq komuni”. Hija mfassla, permezz ta’ arrangamenti ta’ networking u progetti integrati, sabiex tiffoka rizorsi u tikkoordina hidmiet ta’ ricerka nazzjonali f’oqsma bhalma huma l-mobilità tar-ricerkaturi, infrastrutturi ta’ ricerka u kwistjonijiet ta’ “xjenza u socjetà”. Ma hemm ebda kwoti nazzjonali ghall-ghoti ta’ fondi allokati mill-programm, li huma miftuhin ghall-entitajiet pubblici u privati kollha, kbar jew zghar.

Seba’ oqsma ewlenin

Mill-bagit totali, qieghed jigi allokat ‘l fuq minn €13 billion ghal seba’ oqsma ewlenin li sar qbil fuqhom mill-Parlament u mill-ministri tar-ricerka: il-genomika u l-bijoteknologija ghas-sahha; it-teknologiji tas-socjetà ta’ l-informatika; in-nanteknologiji u n-nanoxjenzi; l-aeronawtika u l-ispazju; is-sigurtà fl-ikel; l-izvilupp sostenibbli; ix-xjenzi ekonomici u socjali.

Il-Parlament kellu rwol krucjali f’li jtejjeb u jiddefinixxi mill-gdid dawn il-kategoriji. L-ewwel, il-MPE zguraw li ghallinqas 15 % tal-fondi jigu riservati ghal imprizi zghar u ta’ daqs medju. It-tieni, il-programm gie ccarat u l-ghan ta’ certi oqsma ewlenin gie estiz.
Fl-ewwel qasam ewlieni (il-genomika u l-bijoteknologija ghas-sahha), ir-ricerka fundamentali dwar il-genomika giet estiza mill-Parlament sabiex tkopri l-organizmi kollha, minhabba li minn ricerka bhal din, jistghu jfeggu applikazzjonijiet utili inkluzi dawk ghas-sahha umana. Dwar l-applikazzjonijiet medici ta’ ricerka tal-genomika, il-Parlament insista wkoll li tigi nkluza firxa usa ta’ mard, b’mod partikolari l-kancer, l-AIDS, il-malarja, it-tuberkolozi, id-dijabete, mard tas-sistema nervuza u mard kardjovaskulari u mard rari. Barra minn hekk, il-MPE sahqu b’success ghal metodu usa mhux genomiku ghall-kancer, li jiffoka fuq l-izvilupp ta’ strategiji orjentati fuq il-pazjent, mill-prevenzjoni ghad-dijanjozi u t-trattament. Is-sitt prijorità (zvilupp, bidla globali u ekosistemi sostenibbli) giet ristrutturata fid-dawl tat-talbiet tal-Parlament sabiex ikopru sistemi ta’ energija sostenibbli, trasport fuq l-art, bidla globali u ekosistemi sostenibbli.

Principji etici

Il-kwistjonijiet etici kienu ta’ interess kbir ghal dawk kollha involuti fl-adozzjoni tal-programm, bl-opinjonijiet ivarjaw hafna. Il-MPE l-ewwel fittxew li jipprojbixxu certi tipi ta’ ricerka milli jigu ffinanzjati taht il-programm, bhalma huma r-ricerka tal-klonazzjoni tal-bniedem ghal ghanijiet ta’ riproduzzjoni, il-holqien ta’ embrijoni ghal ghanijiet ta’ ricerka u ricerka li tista’ taghmel bidliet genetici ereditarji. Izda, kien hemm divizjonijiet bejn l-Istati Membri u fl-ahhar, il-Parlament u l-ministri tar-ricerka lahqu kompromess fuq dikjarazzjoni usa: “L-attivitajiet kollha ta’ ricerka mwettqa taht is-sitt programm strutturali ghandhom isiru f’konformità mal-principji etici fundamentali.”

Il-programm huwa miftuh ghall-istati taz-Zona Ekonomika Ewropea, ghall-pajjizi kandidati Ewropej Centrali u tal-Lvant, Cipru, Malta, it-Turkija, l-Isvizzera u l-Izrael. L-Izrael kien l-uniku pajjiz mhux Ewropew assocjat ghal kollox fil-programmi strutturali ta’ l-UE u sejjer jikkontribwixxi madwar €192 miljun ghall-bagit

Is-Sitt Programm Strutturali – kif jahdem

- Dawk il-progetti li jinvolvu bosta shab minn pajjizi differenti biss jigu moghtija fondi.

- Il-fondi jigu allokati wara “sejhat ghal offerti” kompetittivi ippubblikati mill-Kummissjoni.

- Il-progetti jigu stmati minn medja ta’ hames esperti indipendenti.

- Il-fondi tal-programm mhumiex sussidji generali ghal organizzazzjonijiet jew kumpaniji ta’ ricerka. Dawn jistghu jintuzaw biss ghal xoghol specifiku jew ghal progetti ta’ ricerka.

- Il-Kummissjoni hija responsabbli ghall-implimentazzjoni tal-programm.

 



  
Relaturi:
  
>  Is-Sitt Programm Kwadru tar-Ricerka : Gérard Caudron (GUE/NGL, F)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Is-Sitt Programm Kwadru tar-Ricerka  

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004