| Anke qabel l-attakki terroristici tal-hdax ta' Settembru ta' l-2001, l-Ewropa kienet qeghda tfittex modi aktar effettivi sabiex tiggieled it-terrorizmu. Wara l-attakki, l-UE malajr ziedet l-isforzi u fittxet kooperazzjoni aktar mill-qrib ma' l-Istati Uniti. Madankollu, ftit xhur biss aktar tard, il-mod kif l-Istati Uniti ttrattaw is-sitwazzjoni deher f'ghajnejn xi whud bhala theddida ghad-drittijiet individwali. Il-Membri tal-Parlament Ewropew ghalhekk sabu ruhhom fuq quddiem ta' l-isforzi sabiex jinholoq bilanc bejn is-sigurtà u l-libertajiet civili.
Fil-bidu tal-mandat prezenti, il-MPE kienu digà mhassba dwar iz-zjieda fl-attivitajiet terroristici fl-UE u n-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn is-sistema guridika u l-pulizija. Izda, fil-5 ta' Settembru ta' l-2001, ftit jiem biss qabel l-attakki li wahxu d-dinja, l-MPE adottaw rizoluzzjoni li kien fiha serje ta' rakkomandazzjonijiet dwar ir-rwol ta' l-UE fil-glieda kontra t-terrorizmu. Huma heggew lill-Kunsill sabiex idahhal permess ta' arrest Ewropew biex jghin kontra t-terrorizmu u talab ghal definizzjoni mill-UE ta' x'jikkostitwixxi attakk terroristiku kif ukoll ghal pieni standard kontra t-terrorizmu. Il-Parlament qal li l-proceduri ta' estradizzjoni formali ghandhom jinqatghu, u l-Istati Membri ghandhom jirrikonoxxu d-decizjonijiet ta' xulxin dwar reati terroristici. Il-MPE talbu wkoll lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jadottaw mizuri standard dwar il-kumpens ghall-vittmi ta' delitti terroristici. Hafna minn dawn is-suggerimenti gew inkluzi fil-legizlazzjoni sussegwenti.
L-iffrizar ta' l-assi tat-terroristi
Ezatt wara l-11 ta' Settembru ta' l-2001, l-Unjoni Ewropea malajr ziedet l-isforzi taghha fil-glieda kontra t-terrorizmu. Nhar l-1 ta' Ottubru ta' l-2001, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti sabiex jigu ffrizati l-assi ta' 27 individwu u organizzazzjoni ssuspettati li kienu nvoluti fl-attakki. Il-Parlament kellu jigi kkonsultat dwar il-proposti u dan hadem b'ghagla kbira, u approva l-ligi tlett ijiem biss wara li din kienet ippubblikata. Madankollu l-MPE qalu illi l-iffirzar ta' l-assi ghandu jkun temporanju, minhabba illi l-legizlazzjoni kienet maghmula bl-ghagla u kellha bzonn tigi mtejjba. Huma sostnew ukoll illi l-legizlazzjoni kellha tiskadi fl-2003 u kellha tigi riveduta qabel ma tghaddi sena. Dawn it-talbiet gew milqugha mill-Kunsill tal-Ministri u gew inkorporati fil-legizlazzjoni finali.
Jikber it-thassib dwar id-drittijiet tac-cittadin
F'Novembru ta' l-2001, il-Parlament gie kkonsultat dwar ligi gdida kontra t-terrorizmu. Izda issa l-MPE kienu konxji tar-ratifikazzjonijiet usa' tal-kwistjoni. Minn naha vvutaw favur li ssir kooperazzjoni u li atti terroristici jigu kkastigati mil-ligi u rrakkommandaw illi reati kontra l-militar jigu nkluzi bhala cirkostanza aggravanti. Talbu wkoll illi d-definizzjoni tat-terrorizmu tinkludi htif ta' vetturi ta' l-ajru (per ezempju ajruplani, helicopters, ecc) u bastimenti kif ukoll terrorizmu li jinvolvi sustanzi kimici jew bijologici perikoluzi.
Madankollu, l-Parlament issuggerixxa wkoll tibdil fil-kliem tal-ligi l-gdida sabiex tevita reati minuri jew attivizmu politiku (inkluz il-protesti pubblici u tal-unions) jigu meqjusa bhala atti terroristici. It-talbiet tal-Parlament gew mismughin mill-Kunsill tal-Ministri, li ghamel sforz sabiex jilhaq bilanc bejn glieda effettiva kontra r-reati terroristici u l-garanzija tad-drittijiet bazici. Fl-ahhar, il-Kunsill biddel l-abbozz tal-ligi b'mod sostanzjali u rega' kkonsulta mal-Parlament. Fi Frar ta' l-2002, il-MPE taw l-appogg taghhom ghall-verzjoni l-gdida u mtejjba tal-ligi.
Il-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni u l-kooperazzjoni guridika
Fl-2003, il-Kunsill ikkonkluda zewg ftehim ma' l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni u l-kooperazzjoni guridika. Il-Parlament oggezzjona ghan-nuqqas ta' skrutinju demokratiku dwar dawn il-ftehim. Ghalkemm, ovvjament mhux kontra l-isforzi ta' l-Istati Uniti sabiex jiggieldu kontra t-terrorizmu, il-MPE adottaw rizoluzzjoni li titlob illi l-Istati Uniti ghandha taghti xhieda dwar kazijiet individwali lill-Istati ta' l-UE. B'dan il-mod, cittadini Ewropej li jkunu wettqu reat fuq territorju Ewropew setghu jitolbu li l-kas taghhom jigi mismugh minn qorti f'pajjizhom minflok jigu estraditi lejn l-Istati Uniti. Barra minn hekk, qal il-Parlament, il-ftehim ghandu b'mod esplicitu jipprojbixxi l-estradizzjoni ta' individwi lejn l-Istati Uniti jekk dawn kienu fir-riskju li jigu kkundannati ghal mewt. Fil-kaz li jkun hemm talbiet ta' estradizzjoni minghand iktar minn pajjiz wiehed, it-talbiet mill-Qorti Kriminali Internazzjonali jew mill-Istati Membri ta' l-UE ghandhom jiehdu precedenza fuq dawk ta' l-Istati Uniti.
Il-MPE sostnew illi ghandu jsir studju ddettaljat dwar l-impatt tal-legizlazzjoni ta' l-Istati Uniti qabel jigu ratifikati dawn il-ftehim mill-Istati Membri. Il-Parlament talab ukoll li jitwaqqaf kumitat inter-parlamentari sabiex jikkontrolla l-ftehim. Fl-ahhar nett, il-MPE heggew lill-awtoritiajiet ta' l-UE sabiex ipoggu l-iffirmar tal-ftehim taht il-kundizzjoni li tinstab soluzzjoni bbilancjata dwar is-sitwazzjoni ta' cittadini Ewropew mizmuma f'Guantánamo Bay. Il-MPE ma qiesux accettabbli l-fatt illi Ewropej jinzammu f'Guantánamo Bay minghajr ma jkunu mixlija izda biss minhabba li l-Istati Uniti jemmnu li huma terroristi.
Oppozizzjoni dejjem tikber ghal-metodi ta' l-Istati Uniti
Matul l-2003, zdiedet il-kritika tal-Parlament kontra l-metodu Amerikan tal-glieda kontra t-terrorizmu. Kien f'din is-sena illi l-Istati Uniti talbu lil-linji ta' l-ajru Ewropej sabiex jaghtu lill-awtoritajiet Amerikani data ta' natura personali dwar il-passiggieri taghhom. L-Istati Uniti riedu 39 tip ta' informazzjoni, bhan-numru tat-telefon u l-preferenzi ta' l-ikel tal-passiggieri fuq titjiriet trans-atlantici. L-ghan kien illi jigu identifikati terroristi li kienu qeghdin jippruvaw jidhlu fl-Istati Uniti. Izda li taghti data personali hija ksur tal-ligijiet dwar il-privatezza ta' l-UE u l-MPE bezghu illi dawn il-ligijiet jigu ssagrifikati minhabba l-glieda kontra t-terrorizmu. Ghalhekk f'Ottubru 2003 il-Parlament approva b'mod qawwi, rizoluzzjoni illi titlob li data personali tal-passiggieri tinghata lil partijiet terzi biss jekk ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra passiggieri mhux mill-Istati Uniti, jekk il-passiggieri jaghtu l-kunsens mgharraf taghhom u jekk hemm proceduri stabbiliti ta' appell. Il-MPE talbu wkoll li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-glieda kontra t-terrorizmu tkun iggudikata fuq l-effettività taghha u kif ukoll fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali. Ir-rizoluzzjoni kkonkludiet illi "fil-prezent ma kienx possibbli li l-protezzjoni tad-data pprovduta mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti titqies bhala wahda adekwata".
F'Dicembru 2003, il-Kummissarju Bolkestein spjega lill-MEP kif l-Istati Uniti kienu ghamlu numru ta' koncessjonijiet kbar wara l-pressjoni minn naha tal-Parlament li kien laghab rwol importanti sabiex jintlahaq dan l-ghan. B'hekk gew definiti limiti cari dwar l-ammont ta' data li kellha tigi trasferita u b'lista ta' 34 minflok 39 tip ta' informazzjoni. L-Istati Uniti qablu li jzommu din id-data ghal tlett snin u nofs minflok hamsin sena kif riedet fil-bidu. Il-mod kif tintuza din id-data kellu jigi definit ahjar u l-legislazzjoni kellha tigi reveduta flimkien ma l-Awtoritajiet ta' l-UE ta' l-anqas darba f'sena u passiggiri Ewropej li jkunu ghaddew l-ilmenti taghhom lid-Dipartiment tal-Homeland Security imma ma jkunux rizolti b'mod sodisfacenti jkollhom id-dritt li jkunu rapprezentati mill-Awtoritajiet tal-UE ghall-protezzjoni tad-data. Izda l-Parlament hass li l-ftehim xorta kien imur kontra d-drittijiet tal-privatezza tac-cittadini Ewropej. Kien ghalhekk deciz, f'April 2004, li jintalab il-parir tal-Qorti tal-Gustizzja dwar il-kompatibilità tal-ftehim mal-ligijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Izda minkejja dan, l-Kunsill xorta wahda ffirma dan il-ftehim xahar wara. Issa hu mistenni li l-Parlament Ewropew jitlob lill-Qorti tal-Gustizzja biex jannulla l-ftehim.
|