| Mill-foresti mahruqin b'ilmijiet aciduzi tax-xita sa l-ibliet fgati b’koncentrazzjonijiet qawwija ta’ ozonu, mill-ghadajjar Skandinavi bla hajja f’ilmijiethom sa ibhra mpestati bl-alka: it-tniggiz ta’ l-arja qed jaghmel hsara lill-ambjent taghna u lil sahhitna. Wara sentejn ta’ negozzjati ibsin, il-Parlament u l-Kunsill ghaddew legislazzjoni halli jitnaqqsu, fost ohrajn, emissjonijiet niggieza minn impjanti elettrici kbar u jigu stabbiliti limiti drastici fir-rigward ta' emissjoni fl-arja ta’ erba’ mill-akta sustanzi niggieza.
Biex nissieltu kontra t-tniggiz ta’ l-arja, m’hemmx hlief il-Protokol ta’ Kjoto. Il-gassijiet li jwasslu ghall-effet tas-serer ta’ l-atmosfera m’humiex l-unici ghedewwa. Is-sulfru diossidju (SO2), mixhut fl-arja minn impjanti elettrici, jista’ jithallat max-xita u jinbidel f’acidu sulforiku li jwassal ghall-qerda tal-foresti taghna. Billi jiddepozita ruhu fuq wicc l-ghadajjar, dan jeqred ghal kollox il-hlejjaq li jghixu fl-ilma. Ghadu iehor huwa n-nitroginju ossidju (NOx)li jista’ jidhol f’reazzjoni ma’ komposti organici u jjifformaw l-ozonu fit-troposfera. Jekk l-ozonu hu ta' gid fil-gholi minfejn iharisna mir-radjazzjoni ultravjola, huwa velenu perikoluz fil-livell ta’ l-art ghax jeqred il-hajja vegetali, jirrita l-passaggi tan-nifs u jinbidel f’gass li jsahhan l-atmosfera bhal f’serra.
Il-fruntieri ma jilqghux ghall-gassijiet tossici
Kumpanija ta’ impjant elettriku, b'cumnija anki f’gholi ta’ tliet mitt metru, thares biss l-ambjent ta' madwara. Id-dhahen li jniggzu jistghu jinfirxu mijiet ta’ kilometri qabel jaqghu lura fuq l-art bla ma jimpurtahom mill-fruntieri. Dan kollu juri li dan huwa qasam li fih bilfors irid isir xi haga fuq livell Ewropew.
Matul din il-legizlatura, il-Kummissjoni Ewropea, fost mizuri ohra, pproponiet zewg Direttivi distinti minn xulxin izda b’rabta mill-qrib. L-ewwel wahda taggorna l-legislazzjoni li ghandha x’taqsam ma’ l-emissjonijiet ta’ tliet sustanzi tossici mixhutin fl-atmosfera minn installazzjonijiet kbar ta’ kombustjoni: jigifieri n-nitroginju ossidju (NOX) li jifforma ruhu meta l-ossignu jkellu reazzjoni man-nitroginju f’temperatura gholja hafna, s-sulfru diossidju (SO2) ggenerat bil-hruq ta’ kombustibbli maghmulin mill-fossili, u trabijiet organici jew minerali mixhutin fl-arja minn per ezempju fabbriki tas-siment. Dawn it-tliet ghejjun ta' tniggiz huma l-kawza ta' serje shiha ta’ mard respiratorju, minn semplici rritazzjonijiet sal-kankru.
It-tieni Direttiva ghandha x’taqsam mal-livelli massimi nazzjonali ta’ emissjonijiet ghal erba’ sustanzi li l-aktar ihammgu l-arja u li huma responsabbli ghall-acidifikazzjoni, ghat-tniggiz permezz ta’ l-ozonu jew ghall-ewtrofikazzjoni (jigifieri l-arrikkiment ta’ l-ilmijiet b’elementi nutrittivi li ma jhallux l-ekosistemi bi kwiethom, jaghtu spinta l-proliferazzjoni ta’ l-alka u joqtlu l-ossignu). Dawn l-erba’ sustanzi niggieza huma ghal darba ohra s-sulfru diossidju u l-ossidji tan-nitroginju, kif ukoll l-ammonju u l-komposti organici li jevaporaw (bhall-fwar ta’ idrokarboni jew ta’ solventi).
Il-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, milhuq fi tmiem procedura ta’ konciljazzjoni difficli, ikopri z-zewg Direttivi. Dan il-ftehim min-naha jittratta d-derogi tal-limiti l-godda f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-emissjonijiet ta’ nitroginju ossidju (NOX) li johrog mill-impjanti elettrici qodma (dawk li essenzjalment jahdmu bil-faham). Min-naha l-ohra, jistabbilixxi limitu taz-zmien fit-tul sabiex jigi kkonkretizzat it-tnaqqis ta’ riskji sanitarji marbutin mat-tniggiz atmosferiku.
L-impjanti elettrici taht sorveljanza
Fl-Unjoni ta’ hmistax-il pajjiz, hemm 2000 installazzjonijiet kbar li jipproducu daqs jew aktar minn 50 megawatt biex jiggeneraw elettriku essenzjalment ghal skopijiet industrijali. Il-Parlament Ewropew rebah il-kaz tieghu: Il-limitu ta’ 200mg\m3 sa jidhol fis-sehh mis-sena 2016 f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet ta’ nitroginju ossidju minn installazzjonijiet li jaharqu fjuwil solidu - jigifieri tnaqqis ta’ 50% meta mqabbel mar-regoli li qed jithaddmu bhalisssa. Dan il-limitu massimu serva bhala punt ta’ referenza fundamentali fin-negozzjati mal-pajjizi li sa jissiehbu mill-Ewropa centrali u dik ta’ lvant.
Il-Parlament ta wkoll sehmu biex issir pressjoni halli l-installazzjonijiet li digà jezistu jaqghu taht il-kappa tal-legislazzjoni, bl-istess mod kif jaqghu nstallazzjonijiet godda. Huwa tqabad kemm felah tul id-dibattiti kollha sabiex jitnaqqsu d-derogi mitluba mill-Kunsill favur l-installazzjonijiet niggieza. Fl-ahharnett il-Parlament eziga li jkun hemm limitu ta’ zmien definit ghad-derogi filwaqt li l-Istati Membri riedu derogi bla limiti, minhabba l-biza’ li dawn l-arrangamenti l-godda jistghu jwasslu biex l-installazzjonijiet, u l-mini li jmantnuhom, ikollhom jaghalqu l-bibien taghhom, bit-telf konsidrevoli ta’ mpiegi li dan igib mieghu.
Jekk l-installazzjonijiet kbar ta’ kombustjoni li jahdmu fl-aqwa hin li fih jintuza l-elettriku huma ghalissa ezentati mill-limitu massimu ta’ 200mg\m3, xorta sa jigu imposti fuqhom restrizzjonijiet, dejjem aktar ibsin, li sa jidhlu fis-sehh fi stadji differenti bejn l-2008 u l-2016. Fl-istess hin, il-Kummissjoni mpenjat ruhha bis-serjetà biex tipproponi dati li jgibu l-uzu taghhom fi tmiemu. Deroga moghtija fir-rigward ta’ nstallazzjonijiet li jaharqu l-antracitu (li tikkoncerna lir-Renju Unit u ’l Spanja) tasal fi tmiemha fl-2018.
Kisba ohra li rnexxielu jaghmel il-Parlament tikkoncerna d-Direttiva dwar il-limitu massimu t’emissjoni fuq livell nazzjonli u tiffissa l-2020 bhala s-sena li fiha jaghlaq iz-zmien biex jintlahaq il-ghan ahhari, jigifieri dak li ma jinqabzux il-limiti massimi kritici u li l-popli jitharsu mir-riskji ghas-sahha marbutin mat-tniggiz atmosferiku. L-2010 hija s-sena fil-mira intermedja biex jintlahqu l-limiti massimi obbligatorji, imposti fuq kull Stat Membru. L-ghanijiet principali huma li eventwalment jitnaqqsu b’50% in-numru ta' zoni fejn jidhru depoziti ta’ pollutanti acidi f’livelli kritici u li jitnaqqsu b’zewg terzi n-numru ta' zoni fejn hemm koncentrazzjonijiet t’ozonu fl-art li jaqbez l-limiti kritici ghas-sahha tal-bniedem.
Il-PE rnexxielhu jakkwista ukoll klawsola li torbot lill-Kummissjoni biex taghmel evalwazzjoni tal-progressi li jkunu saru sabiex jitwettqu fl-2020 il-miri elenkati u stabbiliti ghall-Kommunità in generali, u li tirrikkmanda mizuri godda, jekk tinhass il-htiega. Arrangament iehor milhuq mill-Parlament hu li l-Kummissjoni sa jkollha tistharreg it-tniggiz li jirrisulta mit-titjir ta’ l-ajruplani u t-tbahhir u li tirrikkmanda dawk il-mizuri mehtiega biex jitrazzan u jitnaqqas.
|