Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniggis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iz-zjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniggis bil-hsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u c-celloli umani
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Environmental Policy


It-tniggiz mill-vetturi qieghed jigi kkontrollat

L-imwiet f'incidenti tat-triq m'humiex l-unici imwiet ikkawzati mit-traffiku. It-tniggiz mill-vetturi joqtol ukoll - b'mod aktar insidjuz - u jista' jitqies bhala responsabbli ghal eluf ta' mwiet fl-Unjoni Ewropea kull sena. Dan minghajr ma nsemmu l-kontribut tieghu lejn l-effett serra. Sa mill-bidu tas-snin disghin, l-UE bdiet tnaqqas it-tniggiz u l-Parlament Ewropew ta' spiss irnexxielu jimponi regoli stretti biex inaqqas il-hsara li jaghmel il-fjuwil u jheggeg l-izvilupp ta' vetturi li jniggsu inqas.

Fil-term legislattiv li ghadda, il-Parlament Ewropew kien digà kellu influwenza qawwija fuq sensiela ta' mizuri addottati fl-1998 dwar il-Programm 'Auto-Oil' li l-ghan tieghu hu li jitnaqqsu l-emissjonijiet inkwinanti mill-vetturi b'mutur. L-iskop tal-MPE kien li r-regoli dwar il-kwalità tal-fjuwil u l-valuri ta' limitu ghall-emissjonijiet inkwinanti jsiru jorbtu. Sabiex dan isir obbligatorju, huma accettaw livelli ftit inqas rigidi minn dawk proposti mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, bil-ftehim li certi punti ghandhom jigu riveduti fit term legislattiv ta' wara skond l-impatt taghhom.

Fjuwil aktar nadif

Fit-term legislattiv li kien jmiss, il-Parlament kellu qabel kollox jaddotta regoli godda dwar il-kwalità tal-fjuwil. Huwa zgura li l-petrol u d-diesel ghandhom ikunu kwazi kompletament minghajr kubrit sa l-2009. Fl-1998, il-Membri kienu digà stabilixxew limitu ta' 50 ppm (parti ghal kull miljun) ta' kubrit fil-fjuwil sa l-2005. Dan kien digà tnaqqis drammatiku fit-tniggiz mid-SO2. Id-direttiva l-gdida naqqset dan il-limitu ghal 10 ppm sa l-2009, jigifieri sentejn qabel l-iskadenza moghtija mill-Kummissjoni. Il-fjuwil minghajr kubrit ghandu jkun fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2009. Dan it-tip ta' fjuwil jiffacilita l-uzu ta' teknologiji katalitici avvanzati u jnaqqas l-emissjonijiet partikulati. Il-petrol bic-comb mhux se jkun jista' jinbiegh wara l-1 ta' Jannar 2005.

Il-Parlament insista biex id-direttiva l-gdida tkopri mhux biss il-vetturi tat-triq izda wkoll makkinarju mhux ghat-triq bhal gafef u tractors forestali u agrikoli, li fil-prezent huma spiss inkwinanti hafna u li, ghalkemm mhux fi zmien immedjat, se jkollom ikunu konformi ma' l-istess standards tal-vetturi l-ohra. Il-Parlament ukoll ra li l-Istati Membri jigu mistiedna sabiex idahhlu ncentivi fiskali biex iheggu l-uzu ta' fjuwil aktar nadif.

Vetturi li jniggzu inqas

Iz-zewg proposti l-ohra ghad-direttivi koperti mill-ftehim kienu mmirati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass ta' l-egzost mill-vetturi bil-mutur u vetturi kummercjali l-hfief. Grazzi ghall-isforzi tal-Parlament, gew addottati standards obbligatorji li kienu aktar stretti minn dawk ta' pajjizi terzi. Barra minn dan, l-implimentazzjoni ta' dawn l-istandards ma kinitx limitata biss ghall-vetturi godda, ghax l-iskop tad-direttiva l-gdida kien jinkludi l-magni petrol u diesel kollha li jkunu ghadhom qed jigu wzati. Issahhah ukoll it-taghmir li ghandu jizgura d-durabbiltà (sistemi djanjostici).

Fil-kaz ta' vetturi tal-passiggieri, il-Parlament tenna l-htiega ta' l-installazzjoni ta' sistemi djanjostici fil-vetturi (sistemi OBD) sabiex tigi kkontrollata l-medda ta' zmien tal-hidma tat-taghmir ta' kontra t-tniggiz. Fuq talba tal-Parlament, mill-2005 t-taghmir ta' kontra t-tniggiz irid ikun effettiv ghallinqas ghal 100,000 km jew hames snin. Il-ftehim kien jinkludi ukoll emenda mill-Parlament fuq l-introduzzjoni ta' procedura ta' kontroll 'bil-magna mixghula minn kiesha' (cold test).
Il-Parlament huwa tal-fehma li ghandu jintlahaq ftehim volontarju ma' l-industrija tal-karozzi dwar it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tad-CO2, izda insista li l-Kummissjoni ghandha tahseb biex tintroduci legizlazzjoni obbligatorja jekk dawn in-negozjati jfallu.

It-tielet direttiva, li tikkoncerna t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet mill-vetturi kummercjali l-hfief, tirrigwarda l-vetturi ghat-tqassim tal-prodotti fl-ibliet, fejn hu partikolarment mehtieg li titjieb il-kwalità ta' l-arja. Hafna mid-dispozizzjonijiet tad-direttiva ghat-trasport tal-passiggieri jistghu jigu applikati ghall-vetturi ghat-tqassim tal-prodotti. Minkejja dan, il-fatt li l-magni ta' dawn il-vetturi huma ddisinjati b'mod differenti mill-ohrajn fisser li l-parametri kellhom jigu modifikati.
Ghall-futur, il-Kummissjoni ma tistax taghmel proposti biex jinbidlu l-parametri mandatorji ghall-2005, li jistghu jigu 'modifikati' biss fid-dawl ta' avvanz tekniku jew tas-sitwazzjoni tal-fornitura taz-zejt.

vetturi b'zewg u tliet roti wkoll

Minkejja li l-vetturi b'zewg u tliet roti huma biss it-2 jew it-3% tat-traffiku fl-Ewropa, dawn jiggeneraw il-15% ta' l-emissjonijiet tat-tniggiz tat-trasport. Il-muturi, bhall-karozzi, iridu jkunu aktar 'indaf' sa l-2006. Il-Parlament u l-Kunsill kellhom jidhlu f'negozjati qabel ma lahqu ftehim fuq sensiela ta' mizuri stretti f'Marzu ta' l-2002. Kif kien il-kaz ghall-karozzi, il-Parlament lahaq l-iskop tieghu li jistabilixxi limiti ta' emissjonijiet li jorbtu ghall-vetturi b'zewg u tliet roti, u li ghandhom jigu applikati sa mill-2006. Il-Membri zguraw ukoll l-introduzzjoni ta' rekwiziti stretti dwar it-taghmir tal-kontroll ta' l-emissjonijiet, li ghandu jahdem sew ghallinqas ghal 30,000 km.

Riciklagg ta' vetturi ghall-iskrapp

Il-vetturi ma jiggenerawx tniggiz biss meta jkunu fuq it-toroq. Il-karozzi ghall-iskrapp ilahhqu mad-disa' miljun tunnellata ta' skart akkumulat fl-Ewropa kull sena! Tabilhaqq, kwazi tliet kwarti ta' dan l-iskart huwa rriciklat f'forma ta' metall skrapp. Però xorta wahda jkun ghad fadal il-plastik, il-lastku, iz-zejt u l-metalli tqal, li huma ta' periklu ghall-ambjent. Kwazi l-10% ta' l-iskart perikoluz fl-UE fis-sena jigi mill-karozzi. X'jista' jsir dwar dan? Digà fl-1992, il-PE kien talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta legizlattiva. Dik il-proposta tressqet lill-Parlament fl-1997 u fl-ahhar giet addottata fl-2000 wara procedura ta' konciljazzjoni mal-Kunsill.

Intlahaq ftehim biss wara negozjati difficli. Sa mill-bidu, il-Membri tal-PE kellhom ghanijiet ambizzjuzi ghall-gbir u l-uzu mill-gdid ta' l-iskart li jigi prodott. Riedu wkoll l-eliminazzjoni tal-metalli tqal, l-eskluzjoni tal-vetturi antiki mill-oqsma koperti mid-direttiva u l-hlas ta' l-ispejjez tar-riciklagg isir mill-produttur u mhux minn mill-utent ahhari. It-talbiet tal-PE fuq dawn il-punti kwazi kollha intlaqghu wara diskussjonijiet difficli mal-Kunsill. Fost hwejjeg ohra, il-kunsinna tal-vetturi ghall-iskrapp se tkun minghajr hlas ghas-sid ahhari ta' karozza li tkun tpoggiet fuq is-suq wara l-1 ta' Lulju 2002. Fil-kaz ta' vetturi eqdem, dawn l-obbligi se jaqghu biss fuq il-produtturi mill-2007 'il quddiem.

L-uzu ta' metalli tqal bhac-comb, il-merkurju, il-kadmju u il-kromju ezavalenti fil-produzzjoni tal-karozzi m'ghadux permess sa mill-1 ta' Jannar 2003. Mill-1 ta' Jannar 2006 (il-Membri tal-PE riedu li jkun l-2005 izda taw koncessjoni ta' sena lill-industrija biex taddatta ruhha), ghallinqas 85% tal-piz tal-vettura jrid ikun jista' jigi rkuprat u 80% jista' jerga' jigi wzat jew riciklat. Dawn il-percentwali ghandhom jitilghu sa 95% u 85% rispettivament mill-2015. Skond ix-xewqat tal-Parlament, il-vetturi antiki - jigifieri l-vetturi storici jew il-vetturi li ghandhom valur ghall-kollezzjonisti jew li huma ddestinati ghall-muzewijiet - m'humiex soggetti ghal din id-direttiva.



  
Rapporteurs:
  
It-tniggiz ta' l-arja: emissjonijiet minn vetturi bil-mutur, programm 'Auto-oil': Bernd Lange (PES, D)
It-tniggiz ta' l-Arja: emissjonijiet minn vetturi non-personali bil-mutur fl-2000: Bernd Lange (PES, D)
Il-kwalità ta' l-Arja: emissjonijiet minn vetturi b'zewg u tliet roti: Bernd Lange (PES, D)
Il-kwalità tal-petrol u d-diesel: Heidi Anneli Hautala (Greens/EFA, FIN) - m'ghadhiex Membru tal-PE
Il-kwalità tal-petrol u d-diesel: kontenut tal-kubrit: Heidi Anneli Hautala (Greens/EFA, FIN) - m'ghadhiex Membru tal-PE
Il-vetturi ghall-iskrapp: Karl-Heinz Florenz (EPP-ED, D)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
It-tniggiz ta' l-arja: emissjonijiet minn vetturi bil-mutur, programm 'Auto-oil'
It-tniggiz ta' l-arja: emissjonijiet minn vetturi bil-mutur non-personali fl-2000
Il-kwalità ta' l-arja: emissjonijiet minn vetturi b'zewg u tliet roti
Il-kwalità tal-petrol u d-diesel
Il-kwalità tal-petrol u d-diesel: kontenut tal-kubrit
Il-vetturi ghall-iskrapp

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004