Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
L-istrategija ta’ Lisbona
Is-servizzi finanzjarji
L-iskrutinju demokratiku
tal-BCE
Il-pagamenti li jinvolvu aktar minn pajjiz wiehed
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Financial Services


Servizzi finanzjarji: progress lejn suq uniku

Swieq finanzjarji aktar efficjenti huma fondamentali ghall-futur ekonomiku ta' l-Ewropa. F'dawn l-ahhar snin, il-Parlament Ewropew approva sensiela ta' legizlazzjoni bil-ghan li jigu integrati l-industriji tas-servizzi finanzjarji fl-UE filwaqt li jippruvaw jirrikonciljaw zewg skopijiet differenti: iktar kompetizzjoni fis-settur u protezzjoni ahjar ghall-investituri. Il-Parlament sema' bir-reqqa l-fehmiet tar-rapprezentanti tas-settur u tal-konsumatur, sistema li fl-ahhar holqot legizlazzjoni iktar bilancjata u funzjonali.

L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji fuq livell Ewropew ghandha ggib vantaggi ghan-negozji, l-investituri u l-konsumaturi. Il-kumpanniji ghandhom isibuha iktar facli sabiex jigbru l-kapital fl-Istati Membri l-ohra u l-impjegati ikunu jistghu jippartecipaw f'fond ta' pensjoni mmexxi minn kumpannija fi Stat Membru iehor. Iktar kompetizzjoni ghandha twassal ghal kapital irhas, li min-naha taghha ghandha theggeg it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija reali. Izda dan il-ftuh fis-suq ghandu jimxi id f'id ma' qafas supervizorju u regolatorju iktar b'sahhtu, sabiex jigu evitati l-instabbiltà u l-frodi fis-suq. L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji ta' l-UE hija mistennija li taghti spinta lill-Prodott Gross Domestiku (GDP) ta' 1.1% fuq ghaxar snin (130 biljun ewro) u zzid ix-xoghol b'0.5%. L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji ghandha tnaqqas il-kost tal-kapital b'0.5%.

F'Mejju ta' l-1999, wara li giet imhegga mill-Parlament, il-Kummissjoni pprezentat Pjan t'Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji li fih 42 mizura mhejjija bl-iskop li jigu integrati s-swieq finanzjarji nazzjonali f'suq uniku Ewropew. Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona identifika l-2005 bhala d-data meta l-pjan ghandu jigi kompletat u minn dak iz-zmien, kwazi l-mizuri kollha gew addottati. Il-Parlament ta l-appogg tieghu lil dawn l-isforzi biex jinfethu s-swieq, waqt li ghamel ukoll sejha ghal protezzjoni aktar qawwija ghall-investitur. F'kaz minnhom - it-tentattivi ta' akkwizizzjoni - il-Parlament impona revizjoni shiha tal-proposta, wara li ma laqax l-ewwel abbozz, ghax hass li ma kienx jaghti kaz bizzejjed ta' l-implikazzjonijiet ghal xi Stati Membri, b'mod partikolari ghall-Germanja.

L-impatt ta' din il-legizlazzjoni gdida digà qed jinhass. L-industrija bdiet tigi razzjonlizzata u ristrutturata. Il-kummerc intrakonfini kiber u l-istituzzjonijiet finanzjarji intensifikaw il-prezenza taghhom fl-Istati Membri l-ohra. U z-zieda fl- ghazliet ghall-investiment u t-tifdil naqqsu d-dipendenza tal-kumpanniji fuq is-self mill-banek.

Il-glieda kontra l-abbuz ta' l-informazzjoni privileggata (insider trading)

Direttiva approvata mill-Parlament giet imhejjija bl-iskop li l-manipulazzjoni tas-swieq finanzjarji ssir reat, perezempju it-tqeghid ta' ordnijiet ta' investiment bil-ghan li tinholoq percezzjoni ta' domanda, jew it-tixrid ta' informazzjoni jew ghajdut falz sabiex jigu influwenzati l-prezzijiet. Id-direttiva tipprojbixxi wkoll lil persuni b'informazzjoni privileggata milli jkollhom x'jaqsmu ma' strumenti finanzjarji li l-prezz taghhom jista' jigi affettwat minn din it-tip ta' informazzjoni. Dawn ir-regoli li ghandhom jiddahhlu mill-Istati Membri sa Ottubru ta' l-2004, huma essenzjali sabiex tinghata spinta lill-kunfidenza ta' l-investituri f'settur finanzjarju aktar miftuh.
Direttiva ohra hija intenzjonata li taghmilha aktar facli ghall-kumpanniji biex isibu l-kapital mehtieg fl-Istati Membri l-ohra, billi jibda' jintuza dokument uniku Ewropew (jew "passaport") ghal min johrog it-titoli sabiex il-prospectus ta' kumpannija li hu rikonoxxut f f'pajjiz ta' l-UE ikun validu fl-Istati Membri l-ohra. Sabiex tigi evitata l-burokrazija zejda, il-Parlament zgura li d-direttiva tippermetti eccezzjonijiet ghall-kumpanniji z-zghar: huma ezentati l-offerti ta' ishma ta' inqas minn 2.5 miljun ewro fis-sena. Kif talab ukoll il-Parlament, dawk li johorgu bonds ta' denominazzjoni gholja ikunu jistghu liberament jaghzlu r-regolatur taghhom. L-Istati Membri ghandhom idahhlu din il-ligi sa Lulju 2005.

L-ghan ta' ligi ohra, jigifieri id-direttiva dwar is-servizzi ta' investiment, huwa li jinholqu swieq likwidi, kompetittivi u trasparenti ghall-ipprocessar ta' ordnijiet, ez. il-bejgh u x-xiri ta' ishma. Il-banek u l-kumpaniji ta' investiment se jkunu jistghu iqabblu ordnijiet ta' bejgh u xiri internament jew ma' l-kapital taghhom stess minghajr il-bzonn li jmorru f'suq irregolat. F'pajjizi bhar-Renju Unit, fejn dan hu digà permess, l-istituzzjonijiet il-kbar u d-ditti ta' investiment jinternalizzaw bejn 15% u 30% ta' l-ordnijiet. Dan il-ftuh tas-swieq imur id f'id ma' htigijiet aktar rigidi ghat-trasparenza fil-prezzijiet. Il-Parlament kien strumentali fil-kjarifika tal-proposta originali, billi adattaha biex jaghmilha aktar facli biex tinhadem f'sitwazzjonijiet differenti tas-suq, billi tiddistingwi bejn klijenti professjonali u dawk li jixtru bl-imnut, u billi ggib ezenzjonijiet ghal negozji li huma specifikament iddedikati ghall-ipprocessar ta' l-ordnijiet.

Direttiva dwar it-trasparenza tistabilixxi r-regoli minimi dwar l-informazzjoni li ghandha tigi ppubblikata mill-kumpanniji li jinnegozjaw l-ishma taghhom pubblikament fuq livell Ewropew. L-ghan huwa li jippromwovu l-kunfidenza ta' l-investitur fil-kumpanniji li l-ishma taghhom huma nnegozjati f'pajjizi ohra, li hija essenzjali ghall-inkoraggiment ta' l-investimenti finanzjarji intrakonfini. Ir-rapporti annwali tal-kumpanniji ghandhom jinkludu rendikonti finanzjarji verifikati, rapport amministrattiv u stqarrijiet mill-persuna responsabbli ghall-informazzjoni. Huma obbligatorji wkoll rapporti f'nofs is-sena, ghalkemm inqas ezigenti minn dawk annwali. Fuq talba tal-Parlament, il-kontijiet trimestrali mhux ser ikunu obbligatorji.

Tentattivi ta' akkwizizzjoni (takeover bids)

L-ghan ta' din id-direttiva kien li jistabbilixxi regoli standard Ewropej ghax-xiri ta' pakketti ta' maggoranza f'kumpanniji li jinnegozjaw l-ishma taghhom pubblikament. Id-direttiva tinkludi definizzjoni komuni ta' prezz ekwu kif ukoll klawzoli rigoruzi dwar l-informazzjoni. Il-protezzjoni ta' l-azzjonisti ta' minoranza saret kwistjoni fondamentali.
Id-direttiva ghandha storja twila. Wara iktar minn 12-il sena ta' negozjati, fl-2001 il-Parlament, b'maggoranza zghira hafna, ma laqax ftehim mal-Kunsill li ma kienx jqis id-differenzi kbar li hemm fil-ligijiet dwar il-kumpanniji fl-Istati Membri. Il-Membri tal-PE li vvutaw kontra din id-direttiva jemmnu li l-kompromess ma jgibx sitwazzjoni ta' uniformità. Illimita l-possibbiltà ta' mizuri difensivi li huma normali f'xi swieq, bhal dak Germaniz, izda zamm il-possibbiltà ta' drittijiet ta' vot multipli, li huma standard fil-pajjizi Nordici u li jistghu jservu de facto bhala mizura difensiva.

Wara li l-ewwel direttiva taghha ma ntlaqghatx, il-Kummissjoni ressqet proposta gdida li baqghet ma lahqitx it-talbiet tal-Parlament u li imbaghad giet sostanzjalment modifikata wara li saru negozjati bejn il-Membri tal-PE u l-Kunsill. Il-kompromess finali li gie approvat f'Dicembru 2003 jaghraf li jezistu differenzi fil-legizlazzjoni nazzjonali u fil-prattika tas-suq fl-Istati Membri u jippermettilhom li ma jaddottawx certi dispozizzjonijiet. Fil-prattika, l-Istati Membri ghadhom jistghu ihallu lill-kumpanniji jzommu mizuri difensivi. Id-direttiva tittratta wkoll dwar il-kwistjoni tad-drittijiet ta' vot multipli, li ma gietx inkluza mill-Kummissjoni.

Mizura ohra ghall-protezzjoni ta' l-investituri kienet id-direttiva dwar is-supervizjoni supplementari tal-konglomerati finanzjarji. Din ghandha ssewwi lakuna fil-legizlazzjoni ezistenti, li ma tkoprix transazzjonijiet f'dan it-tip ta' grupp. Ir-regoli l-godda se jillimitaw ir-riskju ta' diffikultajiet finanzjarji li qed jolqtu dan it-tip ta' konglomerati, li huma definiti bhala dawk il-kumpanniji li mill-inqas 40% ta' l-assi taghhom jikkonsistu minn entitajiet finanzjarji. Uhud minnhom huma fost l-akbar gruppi finanzjarji tad-dinja u kieku jkollha ssehh krizi tolqot mhux biss l-investituri individwali izda s-settur finanzjarju kollu. Id-direttiva se tapplika ghall-kontijiet tas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2005 'l quddiem.

L-ghan ta' direttiva ohra huwa l-holqien ta' suq intern ghall-medjazzjoni assigurattiva. Minn Dicembru 2003, sensar ta' l-assigurazzjoni rregistrat f'wiehed mill-Istati Membri ghandu d-dritt li jbigh is-servizzi tieghu fl-Istati Membri l-ohra. Bhalissa 50% tal-poloz ta' l-assigurazzjoni qed jinbighu minn intermedjarji, imma ftit minnhom joffru s-servizzi taghhom barra minn pajjizhom.

Fl-ahharnett, sar progress fuq is-suq intern li ghandu x'jaqsam ma' l-iskemi ta' pensjoni tal-kumpanniji. Skond direttiva gdida, li se tapplika minn nofs l-2005, fond ta' pensjoni rregistrat fi Stat Membru jkun jista' jamministra l-iskema ta' pensjoni ta' kumpannija mwaqqfa f'pajjiz iehor minghajr il-htiega ta' registrazzjoni ohra. Din ghandha, perezempju, taghmilha iktar facli ghall-impjegati ta' kumpanniji multinazzjonali li jittrasferixxu l-pensjoni taghhom minn pajjiz ghall-iehor.



  
Rapporteurs:
  
>  Is-swieq finanzjarji: insider dealing u l-abbuz mis-suq: Robert Goebbels (PES, L)
>  Is-suq tal-kapitali: prospett ghandu jigi ppubblikat ghat-titoli: Christopher Huhne (ELDR, UK)
>  Is-servizzi ta' investiment u s-swieq regolati: Theresa Villiers (EPP-ED, UK)
>  Il-kummerc minn dawk li johorgu t-titoli f'suq regolat, htigijiet ta' trasparenza: Peter Skinner (PES, UK)
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni, il-protezzjoni ta' l-azzjonisti, id-drittijiet tal-haddiema ghall-informazzjoni: Klaus-Heiner Lehne (EPP-ED, D)
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni: Klaus-Heiner Lehne (EPP-ED, D)
>  Is-swieq finanzjarji u l-istituzzjonijiet: stabbiltà, regolamentazzjoni supplementari, certezza legali: Alain Lipietz (Greens/EFA, F)
>  L-assigurazzjoni, il-libertà ta' stabbiliment u s-servizzi ta' l-intermedjarji, il-protezzjoni tal-klijenti: Luis Berenguer Fuster (PES, E)
>  L-istituzzjonijiet ghall-irtirar mix-xoghol, il-fondi ta' pensjoni: Othmar Karas (EPP-ED, A)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
>  Is-swieq finanzjarji: insider dealing u l-abbuz mis-suq
>  Is-suq tal-kapitali: prospett ghandu jigi ppubblikat ghat-titoli
>  Is-servizzi ta' investiment u s-swieq regolati
>  Il-kummerc minn dawk li johorgu t-titoli f'suq regolat, htigijiet ta' trasparenza
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni, il-protezzjoni ta' l-azzjonisti, id-drittijiet tal-haddiema ghall-informazzjoni
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni
>  Is-swieq finanzjarji u l-istituzzjonijiet: stabbiltà, regolamentazzjoni supplementari, certezza legali
>  L-assigurazzjoni, il-libertà ta' stabbiliment u s-servizzi ta' l-intermedjarji, il-protezzjoni tal-klijenti
>  L-istituzzjonijiet ghall-irtirar mix-xoghol, il-fondi ta' pensjoni

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004