Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
L-istrateġija ta’ Lisbona
Is-servizzi finanzjarji
L-iskrutinju demokratiku
tal-BCE
Il-pagamenti li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


L-istess drittijiet tal-bank fuq trasferimenti ta’ l-euro internazzjonali u domestiċi

Id-drittijiet tal-bank imħallsa sabiex ikunu ttrasferiti l-euro minn kont f’pajjiż ta’ l-UE għal pajjiż ieħor issa huma daqs dawk imħallsa għal trasferimenti fl-istess pajjiż. Pagamenti bil-karti ta’ kreditu u ġbid minn cashpoints f’euro ukoll ma jiswewx aktar f’pajjiż ieħor ta’ l-UE milli jiswew id-dar. Dan kollu bis-saħħa ta’ regolament ta’ l-UE illi jitlob li l-banek jiċċarġjaw l-istess drittijiet fuq transazzjonijiet bl-euro domestiċi u dawk ma’ pajjiżi oħra, liġi ġdida li ġiet bħala rispons għal ħafna snin ta’ suġġerimenti mill-Parlament Ewropew.

Meta bdiet toqrob il-ġurnata li fiha kienu sejrin jibdew jiċċirkolaw il-karti u l-muniti ta’ l-euro – l-1 ta’ Jannar 2002 – daħal il-ħsieb illi in-negozji u l-pubbliku ma kienux sejrin jaraw il-benefiċċji immedjatment. Il-banek ma kienux obbligati li jiċċarġjaw l-istess għal transazzjonijiet bl-euro ma’ pajjiżi oħra u pagamenti domestiċi u kien hemm indikazzjonijiet ċari li ħafna kienu sejrin jibqgħu jagħmlu distinzjoni (issa artifiċjali) bejn pagamenti bl-euro “domestiċi” u “barranin”. Studji wrew illi trasferiment ta’ €100 minn pajjiż ta’ l-UE għal ieħor seta’ jiġi jiswa’ anke daqs €24 fi drittijiet. Fid-dawl tal-progress teknoloġiku u l-għajbien imminenti tar-riskji tar-rati tal-kambju fiż-żona ta’ l-euro, l-istituzzjonijiet ta’ l-UE qablu li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal din is-sitwazzjoni.

Il-Parlament kien ilu jagħmel sforzi sabiex jitnaqqsu d-drittijiet għal trasferimenti bejn pajjiżi, li baqgħu ogħla minn drittijiet domestiċi anke wara li l-euro bdiet tintuża għall-ewwel darba fl-1999. Inħass ukoll li l-banek ma kienux qegħdin jagħtu biżżejjed informazzjoni dwar id-drittijiet. Id-drittijiet ogħla għal pagamenti bejn żewġ pajjiżi kienu qegħdin jitqiesu bħala ostakolu għall-kummerċ u għas-suq intern, kif ukoll li qegħdin inaqqsu l-kunfidenza tal-pubbliku fl-euro. Xi banek għall-ewwel għamlu kampanji kontra regolament bħal dan, billi argumentaw illi l-forza tas-suq waħidha kienet sejra tkun biżżejjed sabiex jorħsu d-drittijiet tal-banek. Iżda l-Parlament kien jemmen illi l-banek kien diġà kellhom biżżejjed ħin, u li l-prinċipju ta’ drittijiet indaqs kellhom ikunu imposti mil-liġi.

Il-Kummissjoni Ewropea kienet taqbel ma’ dan il-ħsieb u għalhekk għamlet abbozz ta’ regolament, li ġie approvat mill-Parlament f’Diċembru ta’ l-2001, li ġiegħel lill-banek li jitolbu drittijiet indaqs mill-1 ta’ Lulju 2002 għal “tranżazzjonijiet elettroniċi” (ġbid ta’ flus u ħlas bil-karta ta’ kreditu), u mill-1 ta’ Lulju 2003 għal trasferimenti minn kont wieħed ta’ bank għal ieħor. Fiż-żewġ każijiet din ir-regola hija soġġetta għal limitu ta’ €12,500 għalissa iżda l-ammont sejjer jitla’ għal €50,000 mill-1 ta’ Jannar 2006. Barra minn hekk, il-banek għandhom jinfurmaw bil-miktub lill-klijenti dwar drittijiet mitluba fuq pagamenti u trasferimenti sa mhux aktar minn €50,000. Ir-regolament japplika għall-Istati Membri kollha u mhux biss dawk taż-żona ta’ l-ewro.

Il-limitu ta’ €50,000 għandu jidħol b’mod gradwali

Il-Kummissjoni u l-Parlament għall-ewwel qablu illi l-limitu għandu jkun ta’ €50,000. Iżda, l-Kunsill ippressa għal limitu aktar baxx ta’ €12,500. Sabiex jintlaħaq ftehim malajr mal-Kunsill u l-leġislazzjoni tkun adottata aktar malajr, il-Parlament fl-aħħar aċċettaha bħal l-figura inizjali bil-kundizzjoni illi din tiżdied għal €50,000 fl-2006. Għalhekk il-banek ikollhom iż-żmien sabiex jaddattaw rwieħhom għal-leġislazzjoni l-ġdida.

Taħt ir-regolament il-ġdid, istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jikkompetu bejniethom bil-kummissjonijiet illi jitolbu, sakemm ma jagħtux preferenza għal trasferimenti domestiċi. Fil-fatt, il-banek jistgħu jgħollu d-drittijiet domestiċi, għaliex ir-regolament ma jitlobx illi jitnaqqsu d-drittijiet bejn il-pajjiżi iżda illi dawn isiru daqs dawk domestiċi. Madankollu, iż-żjieda fil-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet, tnaqqas il-possibiltà ta’ dan. Il-banek jistgħu ukoll jitolbu dritt li jinkludi kollox għal servizzi differenti ta’ pagament, li jista’ jiddiskrimina bejn tipi ta’ klijenti iżda mhux bejn pagamenti bejn pajjiżi jew pagamenti domestiċi. Eżempji ta’ dan jistgħu jkunu n-numru ta’ ġbid mingħajr ħlas, kemm fil-pajjiż ta’ residenza u barra mill-pajjiż, jew dritt annwali sabiex tħaddem il-karta barra mill-pajjiż.
L-obbligu ta’ drittijiet ugwali ma japplikax għal ċekkijiet miktuba, minħabba li dawn jiswew aktar biex jiġu pproċessati milli l-pagamenti elettroniċi. Il-banek jistgħu jitolbu wkoll aktar jekk il-klijenti ma jikkomunikawx in-numru IBAN tal-benefiċjarju tat-trasferiment.



  
Relaturi:
  
>  Pagamenti li jinvolvu aktar minn pajjiz wiehed f’ewro: tnaqqis ta’ drittijiet tal-bank: Karla Peijs (EPP-ED, NL) - Ma ghadhiex Membru tal-Parlament Ewropew
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Pagamenti li jinvolvu aktar minn pajjiz wiehed f’ewro: tnaqqis ta’ drittijiet tal-bank

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004