Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
L-istrateġija ta’ Lisbona
Is-servizzi finanzjarji
L-iskrutinju demokratiku
tal-BCE
Il-pagamenti li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Financial Service plan
> EU financial services sector
> Directive on Takeover Bids


Servizzi finanzjarji: progress lejn suq uniku

Swieq finanzjarji aktar effiċjenti huma fondamentali għall-futur ekonomiku ta' l-Ewropa. F'dawn l-aħħar snin, il-Parlament Ewropew approva sensiela ta' leġiżlazzjoni bil-għan li jiġu integrati l-industriji tas-servizzi finanzjarji fl-UE filwaqt li jippruvaw jirrikonċiljaw żewġ skopijiet differenti: iktar kompetizzjoni fis-settur u protezzjoni aħjar għall-investituri. Il-Parlament sema' bir-reqqa l-fehmiet tar-rappreżentanti tas-settur u tal-konsumatur, sistema li fl-aħħar ħolqot leġiżlazzjoni iktar bilanċjata u funzjonali.

L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji fuq livell Ewropew għandha ġġib vantaġġi għan-negozji, l-investituri u l-konsumaturi. Il-kumpanniji għandhom isibuha iktar faċli sabiex jiġbru l-kapital fl-Istati Membri l-oħra u l-impjegati ikunu jistgħu jipparteċipaw f'fond ta' pensjoni mmexxi minn kumpannija fi Stat Membru ieħor. Iktar kompetizzjoni għandha twassal għal kapital irħas, li min-naħa tagħha għandha tħeġġeġ it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija reali. Iżda dan il-ftuħ fis-suq għandu jimxi id f'id ma' qafas superviżorju u regolatorju iktar b'saħħtu, sabiex jiġu evitati l-instabbiltà u l-frodi fis-suq. L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji ta' l-UE hija mistennija li tagħti spinta lill-Prodott Gross Domestiku (GDP) ta' 1.1% fuq għaxar snin (130 biljun ewro) u żżid ix-xogħol b'0.5%. L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji għandha tnaqqas il-kost tal-kapital b'0.5%.

F'Mejju ta' l-1999, wara li ġiet imħeġġa mill-Parlament, il-Kummissjoni ppreżentat Pjan t'Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji li fih 42 miżura mħejjija bl-iskop li jiġu integrati s-swieq finanzjarji nazzjonali f'suq uniku Ewropew. Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona identifika l-2005 bħala d-data meta l-pjan għandu jiġi kompletat u minn dak iż-żmien, kważi l-miżuri kollha ġew addottati. Il-Parlament ta l-appoġġ tiegħu lil dawn l-isforzi biex jinfetħu s-swieq, waqt li għamel ukoll sejħa għal protezzjoni aktar qawwija għall-investitur. F'każ minnhom - it-tentattivi ta' akkwiżizzjoni - il-Parlament impona reviżjoni sħiħa tal-proposta, wara li ma laqax l-ewwel abbozz, għax ħass li ma kienx jagħti każ biżżejjed ta' l-implikazzjonijiet għal xi Stati Membri, b'mod partikolari għall-Ġermanja.

L-impatt ta' din il-leġiżlazzjoni ġdida diġà qed jinħass. L-industrija bdiet tiġi razzjonlizzata u ristrutturata. Il-kummerċ intrakonfini kiber u l-istituzzjonijiet finanzjarji intensifikaw il-preżenza tagħhom fl-Istati Membri l-oħra. U ż-żieda fl- għażliet għall-investiment u t-tifdil naqqsu d-dipendenza tal-kumpanniji fuq is-self mill-banek.

Il-ġlieda kontra l-abbuż ta' l-informazzjoni privileġġata (insider trading)

Direttiva approvata mill-Parlament ġiet imħejjija bl-iskop li l-manipulazzjoni tas-swieq finanzjarji ssir reat, pereżempju it-tqegħid ta' ordnijiet ta' investiment bil-għan li tinħoloq perċezzjoni ta' domanda, jew it-tixrid ta' informazzjoni jew għajdut falz sabiex jiġu influwenzati l-prezzijiet. Id-direttiva tipprojbixxi wkoll lil persuni b'informazzjoni privileġġata milli jkollhom x'jaqsmu ma' strumenti finanzjarji li l-prezz tagħhom jista' jiġi affettwat minn din it-tip ta' informazzjoni. Dawn ir-regoli li għandhom jiddaħħlu mill-Istati Membri sa Ottubru ta' l-2004, huma essenzjali sabiex tingħata spinta lill-kunfidenza ta' l-investituri f'settur finanzjarju aktar miftuħ.
Direttiva oħra hija intenzjonata li tagħmilha aktar faċli għall-kumpanniji biex isibu l-kapital meħtieġ fl-Istati Membri l-oħra, billi jibda' jintuża dokument uniku Ewropew (jew "passaport") għal min joħroġ it-titoli sabiex il-prospectus ta' kumpannija li hu rikonoxxut f f'pajjiż ta' l-UE ikun validu fl-Istati Membri l-oħra. Sabiex tiġi evitata l-burokrazija żejda, il-Parlament żgura li d-direttiva tippermetti eċċezzjonijiet għall-kumpanniji ż-żgħar: huma eżentati l-offerti ta' ishma ta' inqas minn 2.5 miljun ewro fis-sena. Kif talab ukoll il-Parlament, dawk li joħorġu bonds ta' denominazzjoni għolja ikunu jistgħu liberament jagħżlu r-regolatur tagħħom. L-Istati Membri għandhom idaħħlu din il-liġi sa Lulju 2005.

L-għan ta' liġi oħra, jiġifieri id-direttiva dwar is-servizzi ta' investiment, huwa li jinħolqu swieq likwidi, kompetittivi u trasparenti għall-ipproċessar ta' ordnijiet, eż. il-bejgħ u x-xiri ta' ishma. Il-banek u l-kumpaniji ta' investiment se jkunu jistgħu iqabblu ordnijiet ta' bejgħ u xiri internament jew ma' l-kapital tagħhom stess mingħajr il-bżonn li jmorru f'suq irregolat. F'pajjiżi bħar-Renju Unit, fejn dan hu diġà permess, l-istituzzjonijiet il-kbar u d-ditti ta' investiment jinternalizzaw bejn 15% u 30% ta' l-ordnijiet. Dan il-ftuħ tas-swieq imur id f'id ma' ħtiġijiet aktar riġidi għat-trasparenza fil-prezzijiet. Il-Parlament kien strumentali fil-kjarifika tal-proposta oriġinali, billi adattaha biex jagħmilha aktar faċli biex tinħadem f'sitwazzjonijiet differenti tas-suq, billi tiddistingwi bejn klijenti professjonali u dawk li jixtru bl-imnut, u billi ġġib eżenzjonijiet għal negozji li huma speċifikament iddedikati għall-ipproċessar ta' l-ordnijiet.

Direttiva dwar it-trasparenza tistabilixxi r-regoli minimi dwar l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-kumpanniji li jinnegozjaw l-ishma tagħhom pubblikament fuq livell Ewropew. L-għan huwa li jippromwovu l-kunfidenza ta' l-investitur fil-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma nnegozjati f'pajjiżi oħra, li hija essenzjali għall-inkoraġġiment ta' l-investimenti finanzjarji intrakonfini. Ir-rapporti annwali tal-kumpanniji għandhom jinkludu rendikonti finanzjarji verifikati, rapport amministrattiv u stqarrijiet mill-persuna responsabbli għall-informazzjoni. Huma obbligatorji wkoll rapporti f'nofs is-sena, għalkemm inqas eżiġenti minn dawk annwali. Fuq talba tal-Parlament, il-kontijiet trimestrali mhux ser ikunu obbligatorji.

Tentattivi ta' akkwiżizzjoni (takeover bids)

L-għan ta' din id-direttiva kien li jistabbilixxi regoli standard Ewropej għax-xiri ta' pakketti ta' maġġoranza f'kumpanniji li jinnegozjaw l-ishma tagħhom pubblikament. Id-direttiva tinkludi definizzjoni komuni ta' prezz ekwu kif ukoll klawżoli rigorużi dwar l-informazzjoni. Il-protezzjoni ta' l-azzjonisti ta' minoranza saret kwistjoni fondamentali.
Id-direttiva għandha storja twila. Wara iktar minn 12-il sena ta' negozjati, fl-2001 il-Parlament, b'maġġoranza żgħira ħafna, ma laqax ftehim mal-Kunsill li ma kienx jqis id-differenzi kbar li hemm fil-liġijiet dwar il-kumpanniji fl-Istati Membri. Il-Membri tal-PE li vvutaw kontra din id-direttiva jemmnu li l-kompromess ma jġibx sitwazzjoni ta' uniformità. Illimita l-possibbiltà ta' miżuri difensivi li huma normali f'xi swieq, bħal dak Ġermaniż, iżda żamm il-possibbiltà ta' drittijiet ta' vot multipli, li huma standard fil-pajjiżi Nordiċi u li jistgħu jservu de facto bħala miżura difensiva.

Wara li l-ewwel direttiva tagħha ma ntlaqgħatx, il-Kummissjoni ressqet proposta ġdida li baqgħet ma laħqitx it-talbiet tal-Parlament u li imbagħad ġiet sostanzjalment modifikata wara li saru negozjati bejn il-Membri tal-PE u l-Kunsill. Il-kompromess finali li ġie approvat f'Diċembru 2003 jagħraf li jeżistu differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fil-prattika tas-suq fl-Istati Membri u jippermettilhom li ma jaddottawx ċerti dispożizzjonijiet. Fil-prattika, l-Istati Membri għadhom jistgħu iħallu lill-kumpanniji jżommu miżuri difensivi. Id-direttiva tittratta wkoll dwar il-kwistjoni tad-drittijiet ta' vot multipli, li ma ġietx inkluża mill-Kummissjoni.

Miżura oħra għall-protezzjoni ta' l-investituri kienet id-direttiva dwar is-superviżjoni supplementari tal-konglomerati finanzjarji. Din għandha ssewwi lakuna fil-leġiżlazzjoni eżistenti, li ma tkoprix transazzjonijiet f'dan it-tip ta' grupp. Ir-regoli l-ġodda se jillimitaw ir-riskju ta' diffikultajiet finanzjarji li qed jolqtu dan it-tip ta' konglomerati, li huma definiti bħala dawk il-kumpanniji li mill-inqas 40% ta' l-assi tagħhom jikkonsistu minn entitajiet finanzjarji. Uħud minnhom huma fost l-akbar gruppi finanzjarji tad-dinja u kieku jkollha sseħħ kriżi tolqot mhux biss l-investituri individwali iżda s-settur finanzjarju kollu. Id-direttiva se tapplika għall-kontijiet tas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2005 'l quddiem.

L-għan ta' direttiva oħra huwa l-ħolqien ta' suq intern għall-medjazzjoni assigurattiva. Minn Diċembru 2003, sensar ta' l-assigurazzjoni rreġistrat f'wieħed mill-Istati Membri għandu d-dritt li jbigħ is-servizzi tiegħu fl-Istati Membri l-oħra. Bħalissa 50% tal-poloz ta' l-assigurazzjoni qed jinbigħu minn intermedjarji, imma ftit minnhom joffru s-servizzi tagħhom barra minn pajjiżhom.

Fl-aħħarnett, sar progress fuq is-suq intern li għandu x'jaqsam ma' l-iskemi ta' pensjoni tal-kumpanniji. Skond direttiva ġdida, li se tapplika minn nofs l-2005, fond ta' pensjoni rreġistrat fi Stat Membru jkun jista' jamministra l-iskema ta' pensjoni ta' kumpannija mwaqqfa f'pajjiż ieħor mingħajr il-ħtieġa ta' reġistrazzjoni oħra. Din għandha, pereżempju, tagħmilha iktar faċli għall-impjegati ta' kumpanniji multinazzjonali li jittrasferixxu l-pensjoni tagħhom minn pajjiż għall-ieħor.



  
Rapporteurs:
  
>  Is-swieq finanzjarji: insider dealing u l-abbuz mis-suq: Robert Goebbels (PES, L)
>  Is-suq tal-kapitali: prospett ghandu jigi ppubblikat ghat-titoli: Christopher Huhne (ELDR, UK)
>  Is-servizzi ta' investiment u s-swieq regolati: Theresa Villiers (EPP-ED, UK)
>  Il-kummerc minn dawk li johorgu t-titoli f'suq regolat, htigijiet ta' trasparenza: Peter Skinner (PES, UK)
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni, il-protezzjoni ta' l-azzjonisti, id-drittijiet tal-haddiema ghall-informazzjoni: Klaus-Heiner Lehne (EPP-ED, D)
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni: Klaus-Heiner Lehne (EPP-ED, D)
>  Is-swieq finanzjarji u l-istituzzjonijiet: stabbiltà, regolamentazzjoni supplementari, certezza legali: Alain Lipietz (Greens/EFA, F)
>  L-assigurazzjoni, il-libertà ta' stabbiliment u s-servizzi ta' l-intermedjarji, il-protezzjoni tal-klijenti: Luis Berenguer Fuster (PES, E)
>  L-istituzzjonijiet ghall-irtirar mix-xoghol, il-fondi ta' pensjoni: Othmar Karas (EPP-ED, A)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
>  Is-swieq finanzjarji: insider dealing u l-abbuz mis-suq
>  Is-suq tal-kapitali: prospett ghandu jigi ppubblikat ghat-titoli
>  Is-servizzi ta' investiment u s-swieq regolati
>  Il-kummerc minn dawk li johorgu t-titoli f'suq regolat, htigijiet ta' trasparenza
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni, il-protezzjoni ta' l-azzjonisti, id-drittijiet tal-haddiema ghall-informazzjoni
>  Il-ligi tal-kumpanniji: tentattivi ta' akkwizizzjoni
>  Is-swieq finanzjarji u l-istituzzjonijiet: stabbiltà, regolamentazzjoni supplementari, certezza legali
>  L-assigurazzjoni, il-libertà ta' stabbiliment u s-servizzi ta' l-intermedjarji, il-protezzjoni tal-klijenti
>  L-istituzzjonijiet ghall-irtirar mix-xoghol, il-fondi ta' pensjoni

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004