Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
L-Istrategija ta’ l-Impjiegi
Il-protezzjoni tal-haddiema
L-ugwaljanza fuq il-post tax-xoghol
Is-sahha u s-sigurtà
tal-haddiema
Is-sahha tan-nisa
Is-sighat ta’ xoghol
Is-sistemi tas-sigurtà socjali
In-nisa u s-socjetà
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Reforming Europe's Economy


Hinijiet tax-xoghol: massimu ta' 48 siegha / gimgha ghal kulhadd

Ma tghoddhomx is-sewwieqa tat-trakkijiet tal-garr u s-sewwieqa tal-pulmen li tilfu hajjithom fit-toroq madwar l-Ewropa jiew li kkagunaw il-mewt ta' ohrajn li kienu qed juzaw l-istess toroq, imhabba li kienu ilhom isuqu ghal hinijiet twal. Bhal fil-bicca l-kbira tas-setturi l-ohra tax-xoghol, li l-hinijiet tax-xoghol taghhom ilhom irregolati mill-1996, is-sewwieqa daqt jibdew igawdu minn regolamenti ghal kulhadd, ta' kwalità ta' hajja ahjar u ta' aktar sigurtà. Il-Parlament Ewropew uza l-influwenza tieghu matul din il-legislatura biex jigu llimitati l-eccezzjonijiet li jezistu ghall-massimu tat-48 siegha fil-gimgha u hekk jissarraf ukoll fl-aqwa kundizzjonijiet tal-hajja ghall-haddiema lkoll.

Fl-1993, meta gie fis-sehh is-suq wiehed, giet ukoll fis-sehh direttiva biex thejji l-Unjoni Ewropeja b'regolamenti generali komuni fuq il-hinjiet tax-xoghol. Skond din id-direttiva, haddiem Ewropew ghandu dritt ghal hin ta' mistrieh ta' kuljum ta' mill-anqas 11 -il siegha u ghal waqfiet. Il-hin massimu ta' xoghol kuljum huwa ffissat ghal 48 siegha fil-gimgha, u l-vaganzi tas-sena ghandhom jaghmlu b'kollox ta' l-anqas erba' gimghat. Ghall-haddiema ta' bil-lejl, il-hin massimu awtorizzat huwa ta' 8 sighat kull 24 siegha.

Ir-regolamenti ffissati minn din id-direttiva iridu jitqieghdu fil-ligi ta' l-istat sa Novembru 1996, imma hemm xi eccezzjonijiet. La kienu jkopru lill-haddiema manigerjali, la lit-tobba apprendisti u lanqas is-settur tat-trasport (fuq it-triq, bl-ajru, bil-ferrovija, bil-bahar jew fuq is-xmajjar. Barra minn hekk, il-klawsola tad-deroga, li tippermetti lill-Istati Membri deroga mir-regolamenti generali u li fil-bidu ntuzat mir-Renju Unit, tat lok ghal abbuzi li jahdmu bi-kontra ta' l-istess oggettiv tad-direttiva u liema abbuzi d-deputati kellhom f'mohhhom li jeqirdu.

Sewwieqa tat-trakkijiet tal-garr: ukoll dawk ghal rashom

Is-sewwieqa tal-garr bil-ferrovija ilhom jaghmlu uzu minn regolamenti komuni sa mill-2003. U, f'Marzu 2005, tkun f'posta l-ahhar bicca ta' din l-enimma: se jkunu madwar 6.5 miljun haddiem tat-trakkijiet tal-garr li jgawdu, bis-sahha ta' direttiva tas-settur adottata fl-2002. Fil-kaz taghhom, it-tul tax-xoghol fil-gimgha jista' jittawwal ghal 60 siegha, sakemm ma' tinqabizx il-medja ta' 48 siegha fil-gimgha fuq perijodu ta' referenza ta' 4 xhur. Fl-ebda kaz is-sewwieqa tal-karozzi tal-linja jew tat-trakkijiet ma jistghu jahdmu aktar minn sitt sighat konsekuttivi bla waqfien u x-xoghol ta' bil-lejl ma jistax jaqbez 10 sighat kull perijodu ta' 24 siegha.

Il-Parlament Ewropew iggieled hafna, u b'success, sabiex dawn ir-regolamenti japplikaw ukoll ghas-sewwieqa li jahdmu ghal rashom, li jaghmlu xi 40% tal-professjoni. Sa mill-bidu tat-tahdidiet il-PE sostna li s-sewwieqa li jahdmu ghal rashom ghandhom jigu ttrattati bhal dawk bil-kuntratt ta' impjieg, bil-konsegwenza li nfethet it-triq ghal trasferiment massiv ta' haddiema fil-kategorija tal-haddiema ghal rashom. Din kienet ukoll kwistjoni kemm li tigi ggarantita s-sigurtà tat-toroq kif ukoll biex tigi evitata l-konkorrenza zleali. Is-sewwieqa li jahdmu ghal rashom huma ghaldaqstant ukoll koperti bl-istess regolamenti bhal dawk b'salarju mill-2009 'l hemm. Fuq it-talba tad-deputati, it-tifsira ta' "sewwieqa li jahdmu ghal rashom" giet rinforzata b'mod li jigi evitat il-holqien ta' forom godda ta' "haddiema ghal rashom foloz" matul iz-zmien tranzitorju.

Biex jigi evitat il-hrib bl-opting out

Id-direttiva generali ta' l-1993 kienet tippermetti lill-Istati Membri li jaghmlu xi eccezzjonijiet. Ir-Renju Unit ghaldaqstant innegozjat u kisbet numru ta' derogi jew opting out li ppermetew li l-gimgha tax-xoghol ma tigix illimitata ghal 48 siegha taht certi kundizzjonijiet. Fost dawn il-kundizzjonijiet, hemm il-qbil minn qabel tal-haddiem ikkoncernat, il-harsien tieghu minn kull riperkussjoni f'kaz li wiehed jirrifjuta u r-registrar tas-sighat vera ta' xoghol tal-persuni li accettaw din id-deroga.

Din l-iskema ta' eccezzjonijiet kellha effetti perversi. Illum il-gurnata, fir-Renju Unit, issib aktar haddiema li jahdmu aktar minn 48 siegha fil-gimgha minn qabel id-dhul fis-sehh tad-direttiva ta' l-1993. Id-deroga, li fil-bidu nholqot ghal kazijiet partikulari, allura kella tendenza li tiggeneralizza ruhha. Barra minn hekk, din il-harba inkwetanti, li herriet id-direttiva, qed tinxtered fi Stati membri ohra. Franza u l-Germanja se jibdew bdew juzawha fis-settur tas-sahha, u l-Lussemburgu fil-catering (lukandi u ristoranti).

Bhalissa, il-Kummissjoni Ewropea bi hsiebha tirrevedi din id-direttiva u, f'Jannar 2004, il-Parlament iddikjara l-perspettiva tieghu. Bi 370 vot kontra 116 u 21 astensjoni, id-deputati talbu r-revoka gradwali tal-klawsola ta' deroga individwali mill-aktar fis possibbli. Bosta deputati ddeploraw l-abbuzi li wasslet ghalihom din is-sistema ta' eccezzjonijiet, sewwa sew permezz ta' l-iffirmar ta' sikwiet tal-qbil ta' deroga fl-istess nifs mal-kuntratt ta' l-impjieg, li ta' sikwiet igib fix-xejn il-libertà ta' l-ghazla ta' dawk fuq salarju. Id-deputati jitolbu lill-Istati membri biex ma jadottaw ebda mizura gdida ta' eccezzjoni qabel ir-revizjoni tad-direttiva ta' l-1993.

Il-kaz partikulari tat-tobba

Fl-istess vot, id-deputati huma inkwetati fuq il-kaz partikulari tat-tobba. Gurisprudenza ricenti tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja tistieden biex il-hinijiet li jpoggu t-tobba jitqiesu bhala hinijiet ta' xoghol. Imhabba taghrif konkret u komparattiv, id-deputati talbu l-Kummissjoni tfassal proposti ghat-tul biex tissolva l-kwistjoni tat-tifsira u l-kalkolu tas-sighat li tabib ipoggi fil-post fejn jahdem.
Il-perijodi ta' formazzjoni tat-tobba wkoll prezentaw problema specifika fil-kuntest tad-direttiva generali fuq it-48 siegha. Hemm qrib il-270,000 tabib apprendist fl-Ewropa, li sikwiet jahdmu hafna aktar minn 48 siegha fil-gimgha. Kienet tkun bicca iebsa biex wiehed jibdel l-affarijiet mill-lejl ghan-nhar. Kien ghalhekk li l-Kummissjoni hasbet biex ir-regolamenti li jolqtu il-hinijiet tax-xoghol ma japplikawx ghal din il-kategorija partikulari hlief wara perijodu twil tranzitorju. Il-Parlament xtaq tranzizzjoni iqsar imma l-Istati Membri, fi hdan il-Kunsill, riedu jistennew sa l-2013. Il-Parlament irnexxielu jimbotta ghal kompromess li jhejji limitazzjoni fi tliet fazijiet gradwali: il-gimgha tax-xoghol tat-tobba apprendisti se tkun limitata fil-bidu ghal 58 siegha minn Awissu 2004, imbaghad ghal 56 siegha li jibdew minn Awissu 2007, sakemm tinzel ghal 48 siegha fil-gimgha, bhal kulhadd, fl-2009. Jekk is-sistemi ta' formazzjoni u ta' gestjoni tar-rizorsi umani tas-servizzi tas-sahha jehtiegu jigu adattati biex jigu rrispettati dawn il-kundizzjonijiet, Stat Membru jista jikseb deroga sa l-2011.



  
Relaturi :
  
>  Tqassim tal-hin tax-xoghol: setturi u xgholijiet eskluzi : Miet Smet (EPP-ED, B)
>  Garr bl-art, tqassim tal-hin tax-xoghol: haddiema mobbli u sewwieqa li jahdmu ghal rashom: Stephen Hughes (PES, UK)
>  L-organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol (Revizjoni direttiva 93/104/CEE): Alejandro Cercas (PES, E)
  
Atti finali ppublikati fil-Gurnal ufficjali :
  
>  Tqassim tal-hin tax-xoghol: setturi u xgholijiet esklussivi
>  Garr bl-art, tqassim tal-hin tax-xoghol: haddiema mobbli u sewwieqa indipendenti
>  L-organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol: (Revizjoni direttiva 93/104/CEE) - test adottat mill-Parlament Ewropew

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004