Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-energija
L-energija li tiggedded
Ir-ricerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Single Market


Id-deputati b'appogg ghall-awdjovizwali Ewropej

Il-qasam ta' l-awdjovizwali jhaddem direttament aktar minn miljun persuna fl-Unjoni. Barra l-importanza ekonomika tieghu, ghandu funzjoni socjali u kulturali fundamentali li tohrog mill-kwazi-totalità tad-djar Ewropej - mghammra bit-televizjoni. Fil-kuntest tad-dominazzjoni tal-films Amerikani, il-Parlament Ewropej ghandu kull intenzjoni jappoggja l-qasam awdjovizwali Ewropew - dan huwa fuq kollox l-oggettiv essenzjali tal-programmi MEDIA - u jiddefendi l-pluralizmu tal-mezzi tax-xandir u d-diversità kulturali.

Meta Ewropew jidhol f'sala tac-cinema, dan jaghmlu, f'70% tal-kazi, biex jara film Amerikan. Il-films tal-pajjiz jew Ewropej ma jsarfux hlief 30 % tad-dhul, disproporzjon li qed jirriskja jaccentwa ruhu mad-dhul ta' l-Istati membri l-godda. It-trattat ta' Maastricht, li dahal fis-sehh fl-1993, jistipula li l-Komunità trid tinkoraggixxi l-kooperazzjoni bejn Stati membri u, jekk jehtieg, issostni u tkompli l-azzjoni taghhom f'oqsma bhall tal-kreazzjoni artistika, letterarja u awdjoviziva.

B' 625 footage twil prodotti fl-2002 u 628 fl-2001, l-Unjoni tipproduci hafna films, imma anqas mill-Istati Uniti hargu 739 footage twil fl-2001. Franza tigi fuqnett tal-pajjizi ta' l-Unjoni, b'163 films prodotti fl-2002, segwita mill-Italja (96 film), Spanja (80) u r-Renju Unit (64). Fost l-Istati membri l-godda, il-Polonja tipproduci l-akbar numru ta' films (29 fl-2001), segwita mill-Ungerija (22) u mir-Repubblika Ceka (16).

Minkejja din il-kreattività, ic-cinema Ewropea ma tantx tesporta, lanqas+C18 fost il-pajjizi membri, u ghalhekk ghandha bzonn l-ghajnuna. Illum il-gurnata, disa' films Ewropej minn ghaxra li jhallu l-pajjiz minn fejn originaw jaghmlu dan bl-appogg tal-programm komunitarju MEDIA Plus. Programm ewlieni, MEDIA I, imniedi fl-1991 ghal perijodu ta' erba' snin, gie segwit minn MEDIA II, ghall-perijodu 1996-2000. Il-perijodu 2001-2005 huwa kopert mill-programmi « MEDIA Plus » u « MEDIA Formation », immirati u mghammra ahjar b'mezzi ftit aktar konsistenti. MEDIA Plus taspira fuq kollox li ttejjeb il-kompetittività tal-qasam awdjovizwali Ewropew fis-swieq Ewropej u internazzjonali, u li tippreserva l-patrimonju awdjovizwali Ewropew. MEDIA Formation indahlet biex jigu zviluppati il-kompetenzi tal-professjonnisti fl-industrija awdjovizwali.

Biex ninfurzaw il-Bàgit tal-MEDIA

Il-Parlament jappoggja dawn il-programmi imma huwa msejjah minn zmien ghal zmien sabiex jipprova jinforza l-fondi tal-bàgit. B'hekk il-Parlament talab, fl-2000, li l-bàgit ta' MEDIA Plus, ghall-2001-2005, jingieb ghal 480 miljun euro minflok it-350 miljun decizi mill-Kunsill. Biss, il-funzjoni tal-Parlament ma kienitx hlief konsultattiva dak iz-zmien, il-Kunsill ma kkunsidrax din it-talba. L-istess, it-talba biex jizdied il-bàgit ta' MEDIA Formation minn 50 ghal 70 miljun euro, filwaqt li l-Parlament kellu poter ta' kodecizjoni f'dan l-aspett tal-programm, ma gietx segwita mill-Kunsill.

Aktar fil-qrib, il-Parlament iddikjara l-pozizzjoni tieghu dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jitwalu dawn iz-zewg programmi bla ebda modifikazzjoni ta' l-istruttura, sal-31 ta' Dicembru 2006. Minn meta dahal fis-sehh it-trattat ta' Nizza fl-2003, il-Parlament ghandu, f'dan il-qasam, is-sahha li jikkodeciedi u jista' aktar jiddikjara l-fehmiet tieghu. L-adattazzjonijiet tal-bàgit proposti mill-Kummissjoni Ewropea issa jfornu lil MEDIA Plus b'bàgit totali ta' 435.6 miljuni euros (kontra 350 miljun mahsuba fil-bidu ghall-2001-2005) u lil MEDIA Formation b'57.4 miljuni (kontra 50 miljun ghall-istess perijodu). Il-Parlament ippropona li jizdied il-bàgit ta' MEDIA Plus ta' 18 -il miljun euro, u dak ta' MEDIA Formation ta' 2 miljun euro supplimentari, imhabba t-tkabbir. Issa l-ballun jinsab f'saqajn il il-Kunsill.

Biex naghmlu c-cinema taghna aktar kompetittiva

F'rapport ta' inizjattiva adottat fl-2001, dwar cirkulazzjoni ahjar ta' films Ewropej fis-suq ta' gewwa u l-pajjizi kandidati, id-deputati talbu, barra mill-programmi MEDIA, pjan komunitarju fuq numru ta' snin, ta' skala kbira, biex l-industrija Ewropea tac-cinema ssir aktar kompetittiva. Stiednu lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew ta' l-investiment (BEI) u lill-Fondi Ewropej ta' investiment biex imantnu l-istruttura ta' tqassim transazzjonali tal-films Ewropej, fil-qafas ta' l-inizjattiva li qeghdin nghidu "i2i Audiovisuel". Din l-inizjattiva hija mahsuba biex issostni t-tixrid numeriku fil-livell ta' gbid tal-films bhal fit-tqassim u x-xandir. Tinvolvi investiment hafna aktar fl-edukazzjoni u t-taghlim milli fil-kapital tal-produzzjoni. Il-Parlament Ewropew jirrikmanda wkoll lill-Istati membri li jinvestu, via l-fondi strutturali, fil-modernizzazzjoni u l-bini ta' swali tac-cinema fir-regjuni ekonomikament zvantaggati.

Il-Kummissjoni, min-naha taghha, kienet mistiedna tikkunsidra l-oggettiv doppju li tittejjeb il-kompetittività ta' l-industrija awdjovizwali Ewropeja u li tithares id-diversità kulturali. Dan it-thassib jidher ukoll fir-rezoluzzjoni tal-Parlament dwar il-qbil generali fuq il-kummerc tas-servizzi ta' l-OMC, adottat fl-2003, kif ukoll fil-progett ta' Kostituzzjoni li jsostni r-regolament ta l'unanimità ("eccezzjoni kulturali") f'kull decizjoni li tolqot il-kummerc internazzjonali ta' servizzi kulturali.

Biex nassiguraw il-pluralizmu

Mill-1989, id-direttiva "televizjoni bla fruntieri" tirregola c-cirkulazzjoni hielsa tas-servizzi tax-xandir televiziv fil-Komunità, bit-tir li tippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika u ssahhah l-industrija Ewropea ta' l-awdjovizwali. Fil-perspettiva ta' revizjoni ta' din id-direttiva, ghall-bidu msemmija ghall-2002, il-Parlament Ewropew ha pozizzjoni sa mill-2001: ghad-deputati, l-istazzjonijiet tat-televizjoni ghandhom jigu kostretti jiddedikaw minimu ta' airtime taghhom ghall-promozzjoni ta' films Ewropej u jinvestu parti mit-turnover taghhom fl-industrija cinematografika. Il-Parlament xtaq ukoll li l-kamp fejn tapplika din id-direttiva jkun jitwessa biex jigbor is-servizzi godda awdjovizwali, bhax-xandir fuq l-Internet, il-gwidi elettronici tal-programmi u l-kwistjonijiet marbuta mal-proprjetà intellettwali.
Imma r-revizjoni tad-direttiva ghadha dejjem tistenna. Impazjenti quddiem dan id-dawmien u mhassba dwar il-koncentrazzjonijiet dejjem jikbru f'dan il-qasam, fl-2003 id-deputati adottaw rapport gdid. Fih esprimew it-twemmin taghhom li l-pluralizmu huwa garanzija essenzjali ghad-demokrazija u d-diversità kulturali. Ghalhekk talbu regolamenti dwar il-proprjetà tal-mezzi televizivi biex jigi ggarantit il-pluralizmu tat-taghrif u l-kultura.



  
Relaturi :
  
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005: Ruth Hieronymi (EPP-ED, D)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005: Gianni Vattimo (PES, I)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2001-2005: Ruth Hieronymi (EPP-ED, D)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2006: Walter Veltroni (PES, I)
>  Televizjoni bla fruntieri - it-tielet rapport: Ruth Hieronymi (EPP-ED, D)
>  Televizjoni bla fruntieri - ir-raba' rapport: Roy Perry (EPP-ED, UK)
>  Aspetti guridici marbuta max-xoghlijiet cinematografici u xoghlijiet ohra awdjovizwali: Luckas Vander Taelen (Greens/EFA, B) - ma jpoggix aktar fil-Parlament Ewropew
>  Lejn tixrid ahjar tal-films Ewropej fis-suq ta' gewwa u l-pajjizi kandidati: Luckas Vander Taelen (Greens/EFA, B) - ma jpoggix aktar fil-Parlament Ewropew
  
Indici ta' procedura :
  
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2006
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2006
>  Televizjoni bla fruntieri - it-tielet rapport
>  Televizjoni bla fruntieri - ir-raba' rapport
>  Aspetti guridici marbuta max-xoghlijiet cinematografici u xoghlijiet ohra awdjovizwali
>  Lejn tixrid ahjar tal-films Ewropej fis-suq ta' gewwa u l-pajjizi kandidati
  
Atti finali ppublikati fil-Gurnal ufficjali :
  
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005 (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2006 (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Televizjoni bla fruntieri - it-tielet rapport (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Televizjoni bla fruntieri - ir-raba' rapport (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Aspetti guridici marbuta max-xoghlijiet cinematografici u xoghlijiet ohra awdjovizwali (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Lejn tixrid ahjar tal-films Ewropej fis-suq ta' gewwa u l-pajjizi kandidati (test adottat mill-Parlament Ewropew)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004