Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-enerġija
L-enerġija li tiġġedded
Ir-riċerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Promoting diversity and quality
> Internal Market
> 'MediaPlus' and 'Television without borders'


Id-deputati b'appoġġ għall-awdjoviżwali Ewropej

Il-qasam ta' l-awdjoviżwali jħaddem direttament aktar minn miljun persuna fl-Unjoni. Barra l-importanza ekonomika tiegħu, għandu funzjoni soċjali u kulturali fundamentali li toħroġ mill-kważi-totalità tad-djar Ewropej - mgħammra bit-televiżjoni. Fil-kuntest tad-dominazzjoni tal-films Amerikani, il-Parlament Ewropej għandu kull intenzjoni jappoġġja l-qasam awdjoviżwali Ewropew - dan huwa fuq kollox l-oġġettiv essenzjali tal-programmi MEDIA - u jiddefendi l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir u d-diversità kulturali.

Meta Ewropew jidħol f'sala taċ-ċinema, dan jagħmlu, f'70% tal-każi, biex jara film Amerikan. Il-films tal-pajjiż jew Ewropej ma jsarfux ħlief 30 % tad-dħul, disproporzjon li qed jirriskja jaċċentwa ruħu mad-dħul ta' l-Istati membri l-ġodda. It-trattat ta' Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1993, jistipula li l-Komunità trid tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn Stati membri u, jekk jeħtieġ, issostni u tkompli l-azzjoni tagħhom f'oqsma bħall tal-kreazzjoni artistika, letterarja u awdjoviżiva.

B' 625 footage twil prodotti fl-2002 u 628 fl-2001, l-Unjoni tipproduċi ħafna films, imma anqas mill-Istati Uniti ħarġu 739 footage twil fl-2001. Franza tiġi fuqnett tal-pajjiżi ta' l-Unjoni, b'163 films prodotti fl-2002, segwita mill-Italja (96 film), Spanja (80) u r-Renju Unit (64). Fost l-Istati membri l-ġodda, il-Polonja tipproduċi l-akbar numru ta' films (29 fl-2001), segwita mill-Ungerija (22) u mir-Repubblika Ċeka (16).

Minkejja din il-kreattività, iċ-ċinema Ewropea ma tantx tesporta, lanqas+C18 fost il-pajjiżi membri, u għalhekk għandha bżonn l-għajnuna. Illum il-ġurnata, disa' films Ewropej minn għaxra li jħallu l-pajjiż minn fejn oriġinaw jagħmlu dan bl-appoġġ tal-programm komunitarju MEDIA Plus. Programm ewlieni, MEDIA I, imniedi fl-1991 għal perijodu ta' erba' snin, ġie segwit minn MEDIA II, għall-perijodu 1996-2000. Il-perijodu 2001-2005 huwa kopert mill-programmi « MEDIA Plus » u « MEDIA Formation », immirati u mgħammra aħjar b'mezzi ftit aktar konsistenti. MEDIA Plus taspira fuq kollox li ttejjeb il-kompetittività tal-qasam awdjoviżwali Ewropew fis-swieq Ewropej u internazzjonali, u li tippreserva l-patrimonju awdjoviżwali Ewropew. MEDIA Formation indaħlet biex jiġu żviluppati il-kompetenzi tal-professjonnisti fl-industrija awdjoviżwali.

Biex ninfurzaw il-Bàġit tal-MEDIA

Il-Parlament jappoġġja dawn il-programmi imma huwa msejjaħ minn żmien għal żmien sabiex jipprova jinforza l-fondi tal-bàġit. B'hekk il-Parlament talab, fl-2000, li l-bàġit ta' MEDIA Plus, għall-2001-2005, jinġieb għal 480 miljun euro minflok it-350 miljun deċiżi mill-Kunsill. Biss, il-funzjoni tal-Parlament ma kienitx ħlief konsultattiva dak iż-żmien, il-Kunsill ma kkunsidrax din it-talba. L-istess, it-talba biex jiżdied il-bàġit ta' MEDIA Formation minn 50 għal 70 miljun euro, filwaqt li l-Parlament kellu poter ta' kodeċiżjoni f'dan l-aspett tal-programm, ma ġietx segwita mill-Kunsill.

Aktar fil-qrib, il-Parlament iddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jitwalu dawn iż-żewġ programmi bla ebda modifikazzjoni ta' l-istruttura, sal-31 ta' Diċembru 2006. Minn meta daħal fis-seħħ it-trattat ta' Nizza fl-2003, il-Parlament għandu, f'dan il-qasam, is-saħħa li jikkodeċiedi u jista' aktar jiddikjara l-fehmiet tiegħu. L-adattazzjonijiet tal-bàġit proposti mill-Kummissjoni Ewropea issa jfornu lil MEDIA Plus b'bàġit totali ta' 435.6 miljuni euros (kontra 350 miljun maħsuba fil-bidu għall-2001-2005) u lil MEDIA Formation b'57.4 miljuni (kontra 50 miljun għall-istess perijodu). Il-Parlament ippropona li jiżdied il-bàġit ta' MEDIA Plus ta' 18 -il miljun euro, u dak ta' MEDIA Formation ta' 2 miljun euro supplimentari, imħabba t-tkabbir. Issa l-ballun jinsab f'saqajn il il-Kunsill.

Biex nagħmlu ċ-ċinema tagħna aktar kompetittiva

F'rapport ta' inizjattiva adottat fl-2001, dwar ċirkulazzjoni aħjar ta' films Ewropej fis-suq ta' ġewwa u l-pajjiżi kandidati, id-deputati talbu, barra mill-programmi MEDIA, pjan komunitarju fuq numru ta' snin, ta' skala kbira, biex l-industrija Ewropea taċ-ċinema ssir aktar kompetittiva. Stiednu lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew ta' l-investiment (BEI) u lill-Fondi Ewropej ta' investiment biex imantnu l-istruttura ta' tqassim transazzjonali tal-films Ewropej, fil-qafas ta' l-inizjattiva li qegħdin ngħidu "i2i Audiovisuel". Din l-inizjattiva hija maħsuba biex issostni t-tixrid numeriku fil-livell ta' ġbid tal-films bħal fit-tqassim u x-xandir. Tinvolvi investiment ħafna aktar fl-edukazzjoni u t-tagħlim milli fil-kapital tal-produzzjoni. Il-Parlament Ewropew jirrikmanda wkoll lill-Istati membri li jinvestu, via l-fondi strutturali, fil-modernizzazzjoni u l-bini ta' swali taċ-ċinema fir-reġjuni ekonomikament żvantaġġati.

Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, kienet mistiedna tikkunsidra l-oġġettiv doppju li tittejjeb il-kompetittività ta' l-industrija awdjoviżwali Ewropeja u li titħares id-diversità kulturali. Dan it-tħassib jidher ukoll fir-reżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-qbil ġenerali fuq il-kummerċ tas-servizzi ta' l-OMC, adottat fl-2003, kif ukoll fil-proġett ta' Kostituzzjoni li jsostni r-regolament ta l'unanimità ("eċċezzjoni kulturali") f'kull deċiżjoni li tolqot il-kummerċ internazzjonali ta' servizzi kulturali.

Biex nassiguraw il-pluraliżmu

Mill-1989, id-direttiva "televiżjoni bla fruntieri" tirregola ċ-ċirkulazzjoni ħielsa tas-servizzi tax-xandir televiżiv fil-Komunità, bit-tir li tippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika u ssaħħaħ l-industrija Ewropea ta' l-awdjoviżwali. Fil-perspettiva ta' reviżjoni ta' din id-direttiva, għall-bidu msemmija għall-2002, il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni sa mill-2001: għad-deputati, l-istazzjonijiet tat-televiżjoni għandhom jiġu kostretti jiddedikaw minimu ta' airtime tagħhom għall-promozzjoni ta' films Ewropej u jinvestu parti mit-turnover tagħhom fl-industrija ċinematografika. Il-Parlament xtaq ukoll li l-kamp fejn tapplika din id-direttiva jkun jitwessa biex jiġbor is-servizzi ġodda awdjoviżwali, bħax-xandir fuq l-Internet, il-gwidi elettroniċi tal-programmi u l-kwistjonijiet marbuta mal-proprjetà intellettwali.
Imma r-reviżjoni tad-direttiva għadha dejjem tistenna. Impazjenti quddiem dan id-dawmien u mħassba dwar il-konċentrazzjonijiet dejjem jikbru f'dan il-qasam, fl-2003 id-deputati adottaw rapport ġdid. Fih esprimew it-twemmin tagħhom li l-pluraliżmu huwa garanzija essenzjali għad-demokrazija u d-diversità kulturali. Għalhekk talbu regolamenti dwar il-proprjetà tal-mezzi televiżivi biex jiġi ggarantit il-pluraliżmu tat-tagħrif u l-kultura.



  
Relaturi :
  
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005: Ruth Hieronymi (EPP-ED, D)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005: Gianni Vattimo (PES, I)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2001-2005: Ruth Hieronymi (EPP-ED, D)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2006: Walter Veltroni (PES, I)
>  Televizjoni bla fruntieri - it-tielet rapport: Ruth Hieronymi (EPP-ED, D)
>  Televizjoni bla fruntieri - ir-raba' rapport: Roy Perry (EPP-ED, UK)
>  Aspetti guridici marbuta max-xoghlijiet cinematografici u xoghlijiet ohra awdjovizwali: Luckas Vander Taelen (Greens/EFA, B) - ma jpoggix aktar fil-Parlament Ewropew
>  Lejn tixrid ahjar tal-films Ewropej fis-suq ta' gewwa u l-pajjizi kandidati: Luckas Vander Taelen (Greens/EFA, B) - ma jpoggix aktar fil-Parlament Ewropew
  
Indici ta' procedura :
  
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2006
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2006
>  Televizjoni bla fruntieri - it-tielet rapport
>  Televizjoni bla fruntieri - ir-raba' rapport
>  Aspetti guridici marbuta max-xoghlijiet cinematografici u xoghlijiet ohra awdjovizwali
>  Lejn tixrid ahjar tal-films Ewropej fis-suq ta' gewwa u l-pajjizi kandidati
  
Atti finali ppublikati fil-Gurnal ufficjali :
  
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali programm ta' formazzjoni tal-professjonnisti, MEDIA-Formation 2001-2005 (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2001-2005
>  Industrija ta' l-awdjovizwali: zvilupp, tqassim u promozzjoni tax-xoghlijiet, MEDIA Plus 2006 (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Televizjoni bla fruntieri - it-tielet rapport (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Televizjoni bla fruntieri - ir-raba' rapport (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Aspetti guridici marbuta max-xoghlijiet cinematografici u xoghlijiet ohra awdjovizwali (test adottat mill-Parlament Ewropew)
>  Lejn tixrid ahjar tal-films Ewropej fis-suq ta' gewwa u l-pajjizi kandidati (test adottat mill-Parlament Ewropew)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004