Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniggis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iz-zjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniggis bil-hsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u c-celloli umani
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Environmental Policy


L-UE tagixxi dwar il-kummerc ta’ l-emissjonijiet

L-Ewropa qieghda tmexxi d-dinja fil-glieda kontra l-effett tas-serer. Minn Jannar ta’ l-2005, l-UE sejra jkollha l-ewwel sistema ta’ kummerc bejn pajjizi ghall-koncessjonijiet ghall-emissjoni tal-gass tas-serer – hafna qabel l-iskema dinija li ghandha titwaqqaf fl-2008 taht il-Protokoll ta’ Kjoto. Il-pjan il-gdid, li fih il-Parlament Ewropew kellu rwol importanti, sejjer jghin lill-UE tilhaq l-impenn kongunt taghha taht il-Protokoll ta’ Kjoto li l-gassijiet li joholqu l-effett tas-serer jitnaqqsu bi 8% sa l-2012 mil-livelli ta’ l-1990.

Il-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE kienu fil-periklu illi ma jilhqux l-impenn taghhom tal-Protokoll ta’ Kjoto. Is-sistema l-gdida ta’ kummerc ta’ l-emissjonijiet mifruxa ma’ l-UE kollha sejra tghin sabiex tigi ffaccjata din il-problema billi tbaxxi l-ispiza tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet u b’hekk tigwida lill-kumpaniji Ewropej fid-direzzjoni t-tajba qabel ma tibda l-iskema globali ta’ Kjoto fl-2008.

Taht l-iskema l-gdida ta’ l-UE, madwar 10,000 kumpaniji Ewropej, mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2005, sejrin ikunu jistghu jixtru u jbieghu permessi ghall-emissjoni tad-dijossidu tal-karbonju. Il-kumpaniji sejrin ikunu moghtija miri ta’ emissjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali u dawk illi jirnexxielhom jipproducu livelli anqas mill-miri taghhom sejrin ikunu jistghu ibighu il-kwoti zejda taghhom. Fi kliem iehor, jekk fabbrika tikser il-limitu taghha, tkun tista’ tixtri “drittijiet ghat-tniggis” minghand kumpaniji ohra fl-Ewropa li jkunu naqqsu l-emissjonijiet taghhom.

Billi tohloq suq ta’ xerrejja u bejjiegha ta’ dawn il-koncessjonijiet, l-UE tittama li tipprovdi incentivi ghat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet. Il-profitti li jistghu isiru mill-bejgh ta’ koncessjonijiet ta’ emissjoni ghandu jhajjar lill-kumpaniji jizviluppaw u juzaw teknologiji nodfa. Skema mifruxa ma’ l-UE kollha (minflok skemi nazzjonali) tevita wkoll li jkun hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni fl-industrija. L-iskema hija mistennija illi tnaqqas l-ispiza ta’ l-UE sabiex tilhaq il-miri tal-Protokoll ta’ Kjoto b’1.3 billjun Euro fis-sena sa l-2010, jigifieri 35% ta’ l-ispiza totali.

Is-sistema ser tidhol fis-sehh f’zewg stadji, b’fazi ta’ prova li tiehu mill-2005 sa l-2007 u t-tieni fazi mill-2008 sa l-2012. L-Istati Membri ta’ l-UE kellhom jfasslu l-pjanijiet nazzjonali taghhom sa Marzu 2004.

Skema obbligatorja

Xi gvernijiet nazzjonali riedu li s-sistema tkun applikata fuq bazi volontarja izda l-Parlament qabel mal-fehma tal-Kummissjoni illi din ghandha tkun obbligatorja ma’ l-UE kollha, kemm ghal ragunijiet ambjentali kif ukoll biex tevita distorsjoni tas-suq.

Il-gvernijiet ippressaw ghal opt outs fl-iskema illi jippermettu lil industriji shah ikunu ezentati. Izda il-Parlament insista ghal opt outs limitata li jkunu applikabbli biss ghal impjanti u fabbriki fuq bazi individwali, bl-argument li ezenzjonijiet komprensivi fuq industrija shiha jnaqqsu l-effettività tas-sistema.

Ghall-ewwel, l-iskema kienet mahsuba biex tapplika biss ghat-tniggis mid-dijossidu tal-karbonju u ghall-industriji ta’ l-energija, tal-metalli li fihom il-hadid, tal-karta u tal-minerali, li jammontaw ghal madwar 46% ta’ l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. Il-pjan kien illi l-Kummissjoni tiddeciedi aktar tard, wara rapport ta' progress, jekk ghandhiex tinkludi aktar industriji u gassijiet. Izda l-MPE irnexxielhom jaghmlu pressjoni biex l-Istati Membri jithallew jinkludu, fi stadji, industriji ohrajn fuq bazi volontarja. Barra minn hekk, ir-rapport ta' progress tal-Kummissjoni sejjer jiffoka partikolarment fuq jekk ghandhomx jigu inkluzi l-industriji tal-kimici, ta’ l-aluminju u tat-trasport. Fl-ahhar nett, bis-sahha tal-Parlament, kull Stat Membru issa jista’ japplika minn jeddu sabiex jinkludi gassijiet tas-serer ohra mill-2008 'il quddiem.

Min inigges ihallas

Kwestjoni ohra tahraq kienet kif l-awtoritajiet nazzjonali ghandhom ezattament jallokaw il-koncessjonijiet ta’ l-emissjonijiet. Il-Kummissjoni pproponiet illi l-koncessjonijiet kellhom ghall-ewwel jinhargu bla hlas lill-kumpaniji skond l-istorja tal-livell ta’ emissjonijiet taghhom. Izda l-MPE hassew illi dan kien sejjer kontra l-principju ta’ “min inigges ihallas”, li kien ingust ma’ kumpaniji godda li dehlin fis-suq u li jwassal ghad-distorsjoni tas-suq. Ghalhekk ssuggerew sistema mhallta fejn hafna mill-permessi jigu allokati bla hlas imma percentwali minnhom jkunu mibjugha bl-irkant. Intlahaq kompromess li halla lill-gvernijiet jirkantaw 5% tal-permessi ghal tlett snin mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2005 u 10% fit-tieni fazi. Aktar irkanti jistghu jigu mdahhla wara l-2012.

Il-Parlament sostna illi l-gvernijiet individwali ma ghandhomx ikunu jistghu johorgu koncessjonijiet ghal emissjonijiet bla limitu. Kull pajjiz ta’ l-UE issa sejjer ikollu jillimita l-kwoti li jalloka, u l-ammont totali ghandu jikkonforma mal-limitu individwali tieghu ta’ Kjoto.
Il-Protokoll ta’ Kjoto jippermetti illi pajjizi industrijalizzati juzaw “mekkanizmi ta’ flessibilità” sabiex jghinuhom jilhqu il-miri taghhom ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet, per ezempju, billi jinvestu fi progetti ta’ tnaqqis tal-gass tas-serer f’pajjizi ohra jew billi jittrasferixxu teknologiji nodfa ghal pajjizi lill-qeghdin jizviluppaw. Madankollu, fuq insistenza tal-Parlament id-Direttiva taghmilha cara illi l-prijorità ghandha tinghata ghall-mizuri “domestici”.

Il-Protokoll ta’ Kjoto

It-temperaturi medji fl-Ewropa gholew b’madwar grad centigradu matul is-seklu ghoxrin u din it-tendenza se tkompli tmur ghall-aghar fil-mitt sena li gejjin. Barra minn fenomeni naturali bhal varjazzjonijiet fl-attività solari, il-bnedmin huma responsabbli minn parti minn din il-bidla fil-klima minhabba t-tniggis illi jipproducu li jzomm is-shana fl-atmosfera, b’hekk tinholoq l-effett tas-serer. Id-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-industrija, mit-trasport u mis-sistemi li jipproducu s-shana huma l-kagun principali, flimkien ma’ xi gassijiet ohrajn bhall-metanu, ossidu nituz u l-fluworokarbonji.

L-Unjoni Ewropea ghandha 5% tal-popolazzjoni tad-dinja izda tipproduci 15% tal-gassijiet tas-serer kollha. Konxji ta' dan il-fatt, l-UE hadet hsieb illi jkollha rwol kostruttiv fin-negozjati tal-protokoll ta’ Kjoto, li gie miftiehem mill-komunità internazzjonali fl-1997 sabiex tissahhah u tkun implimentata l-konvenzjoni ta' qafas tal-Gnus Maghquda dwar it-tibdil fil-klima. Il-protokoll jistabbilixxi miri li jorbtu ghat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serer.
L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kummerc ta’ l-emissjonijiet tal-gass tas-serer bejn l-Istati Membri ta’ l-UE huwa pjan ta’ azzjoni aktar wiesgha illi jfittex li jippromwovi energiji nodfa u rinnovabbli u, fit-tul, jipprepara l-infrastruttura ta’ l-Ewropa ghall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima.



  
Rapporteur:
  
Tniggis ta’ l-arja, emissjoni tal-gass tas-serer: Jorge Moreira da Silva (EPP-ED, P)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
Tniggis ta’ l-arja, emissjoni tal-gass tas-serer – ghadu mhux disponibbli

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004