L-ittestjar ta’ kosmetici fuq l-annimali hija kwestjoni li tqajjem emozzjonijiet qawwija. Is-sigurtà tal-konsumatur, il-gid ta’ l-annimali, ir-regoli internazzjonali tal-kummerc u l-kompetittività ta’ kumpaniji tal-kosmetici bbazati fl-UE huma kollha nvoluti. Direttiva inizjali ta’ l-UE fis-snin 1990 sabiex jigi projbit il-bejgh ta’ ingredienti kosmetici ittestjati fuq l-annimali spiccat fix-xejn. Issa ghaddiet ligi rreveduta li tistabbilixxi skala ta’ zmien sabiex jigu mnehhija t-testijiet tal-kosmetici fuq l-annimali fl-UE. Bis-sahha tal-Parlament Ewropew din tipprojbixxi wkoll il-bejgh ta’ kull prodott u ingredjent kosmetiku ittestjat fuq l-annimali, anke dawk minn barra l-UE.
Prodotti bhal make-up, lipsticks, gel ghax-xawer u xampu kollha jridu jigu ttestjati ghall-effetti li jhallu fuq is-sahha u s-sigurtà tal-bniedem, izda l-esperimenti fuq l-annimali huma l-mira ta’ aktar u aktar kritika. Skond il-grupp ghall-gid ta’ l-annimali, madwar 38,000 annimal jintuza fis-sena fl-UE sabiex jigu zviluppati u ttestjati prodotti w ingredjenti kosmetici godda. Barra minn hekk, la darba 9,000 ingredient kosmetiku digà gie ttestjat u huwa disponibbli ghall-industrija, hemm min jghid li ma hemm l-ebda bzonn urgenti li jigu ttestjati ingredjenti godda fuq l-annimali.
Il-bejgh ta’ ingredjenti kosmetici ttestjati fuq l-annimali suppost illi gie pprojbit sa l-1998 f’direttiva ta’ l-UE, imma l-projbizzjoni ma gietx fis-sehh. Ir-ragunijiet principali kienu n-nuqqas ta’ metodi alternattivi ta’ ttestjar u l-htiega illi jigu obduti r-regoli ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc, li ma jippermettux diskriminazzjoni ta’ prodotti minn barra l-UE. Fi sforz gdid sabiex issolvi l-kwistjoni, il-Kummissjoni fasslet proposta illi jigu pprojbiti t-testijiet fuq l-annimali izda mhux il-bejgh ta’ prodotti illi gew ittestjati fuq l-annimali. Il-projbizzjoni kellha tifrex fuq prodotti lesti w ingredjenti.
Il-Parlament sostna illi ma kienx bizzejjed illi l-ittestjar fuq l-annimali jigi pprojbit fl-Ewropa. Il-MPE kienu tal-fehma li l-pjan tad-direttiva ta’ qabel sabiex jigi pprojbit il-bejgh fl-UE ta’ prodotti ttestjati fuq l-annimali minn kull parti tad-dinja ghandu jitkompla, minhabba illi dan ikopri prodotti ittestjati f’pajjizi mhux ta’ l-UE. B’hekk ikun zgurat illi tali prodotti ma jkunux jistghu jigu mpurtati ghall-Ewropa, illi l-ittestjar ta’ l-annimali ma jimxix ghal pajjizi mhux ta’ l-UE u li l-kumpaniji tal-kosmetici Ewropew ma jkunux fi zvantagg meta mqabbla ma’ dawk ibbazati barra mill-UE.
Dati ta’ waqfien cari ghall-esperimenti fuq l-annimali
F’negozjati sussegwenti bejn il-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri, iz-zewg nahat kellhom fehmiet ferm differenti dwar kienx hemm bzonn ta’ dati ta’ waqfien. Il-Ministri sostnew illi s-sahha u s-sigurtà tal-konsumatur jigu qabel kollox u li ma kellhom jigu stabbiliti l-ebda dati ta’ gheluq fissi fil-kaz li ma jinstabux testijiet alternattivi. Izda l-Parlament insista li kellu jkun hemm dati cari ta’ waqfien li fihom, l-ittestjar u l-bejgh, kellhom jigu ddikjarati kompletament kontra l-ligi, ghaliex qalu illi dan kien l-ahjar mod kif iggieghel li jigu zviluppati metodi alternattivi ta’ ttestjar.
Wara negozjati iebsin, il-Parlament u l-Kunsill fl-ahhar qablu illi t-testijiet fuq l-annimali ghal prodotti kosmetici lesti jigu ddikjarati kontra l-ligi, fl-UE kollha, sa mill-2004. Barra minn hekk, qablu li jdahhlu bil-mod projbizzjonijiet fuq testijiet ta’ ingredjenti kosmetici li juzaw l-annimali u wkoll – sabiex jigi zgurat illi l-importazzjoni tkun koperta – fuq kull bejgh fl-UE ta’ prodotti u ingredjenti ttestjati fuq l-annimali. Dawn il-projbizzjonijiet sejrin jidhlu bil-mod, kif u meta jinstabu metodi alternattivi ta’ ttestjar, b’data finali ta’ waqfien fl-2009.
Tlett tipi ta’ testijiet illi huma difficli li jinbidlu sejrin ikollhom jibqghu jintuzaw sa l-2013 izda wara din id-data, il-bejgh ta’ prodotti li juzaw dawn it-testijiet sejjer ikun ipprojbit anke jekk ma jkunux instabu testijiet alternattivi. Id-data ta’ gheluq ta’ l-2013 tista’ tigi estiza izda meta jasal il-waqt, il-Parlament ikollu l-ahhar kelma taht il-procedura ta’ decizjoni kongunta. Metodi alternattivi godda ta’ ttestjar sejrin ikunu vvalidati mill-UE imma, sabiex ikun sodisfatt it-thassib dwar regoli internazzjonali tal-kummerc, ghandhom jigu kkunsidrati l-izviluppi fl-OECD.
Il-legizlazzjoni tintroduci wkoll projbizzjoni fuq certi sustanzi kancirogeni, mutagenici jew tossici ghas-sistema riproduttiva tal-bniedem. Barra minn hekk, bis-sahha tal-Parlament, ir-regoli dwar l-ittikkettjar gew imtejba, sabiex il-konsumaturi jkunu jafu l-hajja ta’ hzin ta’ prodotti kosmetici u jkunu konxji ta’ rejazzjonijiet allergici potenzjali.
Il-gruppi ghall-gid ta’ l-annimali kienu talbu ghal projbizzjoni fuq l-ittestjar fuq l-annimali aktar kmieni. Imma, minhabba r-resistenza iebsa li ta l-Kunsill dwar id-dati ta’ waqfien, u tabilhaqq ir-rikonoxximent illi l-industrija tal-kosmetici kellha bzonn ta’ zmien sabiex taddatta, ir-rizultat finali kien meqjus mill-MPE bhala pass kbir ‘il quddiem.
|