| L-incidenti tat-traffiku fil-15 il-pajjiz ta' l-Unjoni Ewropea ta' qabel it-tkabbir ihallu iktar minn 40,000 mejta u ikar minn 1.7 miljun persuna mwegga' kull sena - nies mexjin, ciklisti, passiggiera u sewwieqa. Bit-tama li jitnaqqas in-numru tal-vittmi, il-Parlament Ewropew approva diversi legizlazzjonijiet dwar affarijiet li jvarjaw mid-disinn tan-naha ta' quddiem tal-vettura sal-hinijiet tax-xoghol tax-xufiera tat-trakkijiet u s-sigurtà tat-toroq fil-mini.
Minkejja li f'dawn l-ahhar snin id-disinn tal-vetturi jipprovdi iktar protezzjoni ghal dawk li jkunu f'karozza, ma nghatax bizzejjed hsieb ghas-sigurtà ta' dawk li jkun ghaddejjin bil-mixi. Mhux inqas minn 8,000 ciklist u persuni mexjin jinqatlu u 30,000 ohra jindarbu f'incidenti tat-traffiku fil-Komunità kull sena, l-aktar f'zoni urbani. Anke meta jkunu qed jivvjaggaw b'velocità relattivament baxxa, vetturi li jolqtu nies li jkunu ghaddejjin bil-mixi jew bir-rota jistghu jikkawzaw griehi gravi jew fatali, partikolarment fil-kaz tat-tfal. Fl-2001 il-Kummissjoni kkonkludiet negozjati mal-produtturi tal-karozzi Ewropej, Gappunizi u Koreani dwar ftehim volontarju li ghandu l-ghan li jbiddel il-bampers u l-bonits tal-karozzi u l-vannijiet zghar b'mod li jitnaqqas b'mod konsiderevoli l-impatt tal-habta fuq in-nies li jkunu mexjin u fuq nies ohra li juzaw it-toroq li huma partikolarment vulnerabbli. L-UE imbaghad iddeciediet li taddotta legizlazzjoni obbligatorja, ibbazata fuq l-elementi ewlenin ta' dan il-ftehim volontarju.
Mudelli godda ta' vetturi se jkollhom jghaddu minn sensiela ta' testijiet f'zewg fazijiet - l-ewwel fazi tibda' fl-1 t'Ottubru 2005 u t-tieni, bi kriterji ta' approvazzjoni aktar stretti, tibda fl-1 ta' Settembru 2010. Dawn it-testijiet huma ppjanati biex jistudjaw l-impatt fuq is-saqajn jew ir-ras ta' persuna meta tintlaqat mill-bamper jew bonit ta' vettura li tkun qed tivvjagga b'velocità ta' 40 km fis-siegha. In-naha ta' quddiem tal-karozzi se jkollhom jigu maghmula b'mod li meta jahbtu ma jinqabzux certi kriterji ta' limiti. Vetturi godda li ma jilhqux dawn il-kriterji ma jkunux jistghu jinbieghu fis-suq wara l-iskadenzi taz-zewg fazijiet tat-testijiet, li huma l-31 ta' Dicembru 2012, ghall-ewwel fazi u l-31 ta' Dicembru 2015 ghat-tieni fazi.
Filwaqt li appogga l-legizlazzjoni, il-Parlament Ewropew sahaq li din ghandha titqies bhala element wiehed biss minn pakkett wiesa' ta' mizuri li ghandhom jittiehdu f'kull livell - il-Komunità, l-industrija u l-awtoritajiet nazzjonali - sabiex titjieb is-sigurtà ghal dawk li huma partikolarment vulnerabbli. Wara li saret pressjoni mill-Membri tal-Parlament Ewropew, id-direttiva tispecifika li l-Kummissjoni ghandha thares lejn il-possibilità li r-regoli jigu estizi biex jinkludu vetturi akbar, i.e. vannijiet kbar, karozzi tal-linja u trakkijiet zghar.
Daqshekk irqad fuq l-istering!
Hafna incident fit-toroq ta' l-Ewropa involvew xufiera ta' trakkijiet jew tax-xarabank li jqattghu wisq hin isuqu minghajr ma jieqfu. Ghalkemm regoli li jimponu gimgha ta' xoghol ta' mhux aktar minn 48 siegha gew addottati fl-UE kollha fl-1993, gew permessi certi eccezzjonijiet ghall-industrija tat-trasport. Din ghandha tinbiddel minn Marzu 2005, meta is-6.5 miljun persuna mpjegati fit-trasport fit-toroq se jkunu koperti minn legizlazzjoni li tillimita il-hinijiet tax-xoghol taghhom. Dan ifisser li x-xufiera tax-xarabank u tat-trakkijiet ma jkunux jistghu jahdmu ghal iktar minn sitt sieghat konsekuttivi minghajr ma jieqfu, u ma jkunux jistghux jaghmlu iktar minn 10 sieghat xoghol bil-lejl f'kull perjodu ta' 24 siegha.
Il-Parlament Ewropew haddem bis-shih, u rrnexielu japplika wkoll r-regoli stretti ghax-xufiera self-employed, li jammontaw ghal madwar 40% tat-total. Il-Membri tal-Parlament Ewropew bezghu li jekk ir-regoli japplikaw biss ghal dawk ix-xufiera impjegati ma' kumpaniji tat-trasport, ikun hemm ezodu kbir mill-impjegat ta' dawn il-kumpaniji biex isiru self-employed. Dan ikun ta' detriment ghall-isforzi ta' l-UE biex tizgura hajja tax-xoghol ahjar ghal dawn l-istess xufiera u fl-istess hin ittejjeb s-sigurtà fit-toroq. Bhala rizultat ta' l-isforzi tal-Parlament, ix-xufiera self-employed se jkunu koperti mill-istess regoli bhall-impjegati mill-2009.
Toroq fil-mini iktar siguri
Proposta legizlattiva finali li ghandha l-ghan li ttejjeb is-sigurtà fit-toroq - din id-darba t-toroq fil-mini - ghaddiet mill-Parlament ftit qabel it-tmiem tal-mandat parlamentari prezenti. Uhud mill-aghar incidenti ta' dawn l-ahhar snin sehhew f'toroq f'mini twal, bhall-mini ta' Mont Blanc u Tauern fl-1999 u l-mina ta' Gotthard fl-2001. Dawn il-mini fl-Alpi jintuzaw minn ammont kbir ta' trakkijiet li jgorru merkanzija tqila, li gieli tkun infjammabbli hafna, u ghalhekk in-nirien jistghu jinfirxu malajr wara habta jew esplozjoni.
Legizlazzjoni gdida ta' l-UE, mfassla f'dan il-kuntest, tispecifka standards minimi ta' sigurtà ghall-infrastruttura, l-operazzjoni tal-mini, it-tmexxija tat-traffiku u l-immaniggjar ta' l-incidenti fil-mini kollha li jezistu kif ukoll dawk futuri li jifformaw parti minn netwerk ta' toroq trans-Ewropej u li huma twal aktar minn 500 metru. Mini ezistenti se jkollhom jigu restawrati fejn hemm bzonn sabiex jilhqu l-istandards teknici u strutturali l-godda. Il-vetturi li jgorru merkanzija tqila, karozzi tal-linja u coaches li jidhlu fil-mini se jkollhom ikunu mghammra b'fire extinguishers. Apparti min hekk tabelli aktar cari u nformazzjoni ohra ghandhom jiffacilitaw l-evakwazzjoni tan-nies mill-mini f'kaz ta' emergenza.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew laqghu l-proposti principali imma rnexxielhom jaghmlu ammont kbir ta' bdil tekniku, inkluz regoli dwar passaggi ta' emergenza, sistemi ta' ventilazzjoni, dawl u nklinazzjonijiet, kif kienu ssuggerew l-esperti nazzjonali, li l-parti l-kbira minnhom kienu minn pajjizi Alpini, bhall-Germanja, l-Awstrija, l-Isvizzera u l-Italja. Il-Parlament assigura wkoll li l-legizlazzjoni taghti aktar kaz tal-bzonnijiet ta' persuni b'dizabbiltà, per ezempju fid-disinnjar tal-hrug ta' emergenza. Dawn ir-regoli godda, li se jiddahhlu matul perjodu ta' 10 snin, se japplikaw ghal 512-il triq fil-mini, l-iktar fl-Awstrija u l-Italja.
Huwa ttamat li dawn il-legizlazzjonijiet kollha, li l-Parlament Ewropew ghen biex jigu ffinalizzati tul dawn l-ahhar hames snin, jaghtu sigurtà akbar lil dawk kollha li juzaw it-toroq ta' l-Ewropa. Minkejja x-xoghol li digà sar fadal hafna aktar x'isir f'dan il-qasam, u l-Membri li se jigu eletti fil-Parlament Ewropew il-gdid f'Gunju 2004 se jkollhom jiehdu hsieb numru ta' proposti legizlattivi li digà huma previsti u li jifformaw parti mill-ghan ta' l-UE li jitnaqqas b'nofs in-numru ta' vittmi, sa l-2010.
|