Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Is-sigurtà fil-bahar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiggieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koezjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on the region


Il-politika regjonali – il-futur ta’ l-UE?

Madwar terz tal-bagit ta’ l-UE huwa minfuq fuq il-politika regjonali, li jaghmilha wahda mill-oqsma tal-politika ewlenin ta’ l-Unjoni Ewropea. L-appogg ghar-regjuni huwa bbazat fuq l-ideja ta’ “koezjoni ekonomika u socjali”, li tehtieg li fondi tal-bagit jigu mghoddija lejn zoni inqas prosperuzi ta’ l-Ewropa f’tentattiv li jitnaqqsu d-disparitajiet regjonali. Il-Parlament Ewropew dejjem appoggja bis-sahha din il-politika, filwaqt li raha bhala punt fundamentali ta’ l-integrazzjoni Ewropea. Izda issa, il-politika regjonali tiffaccja sfidi kbar bhala rizultat tat-tkabbir.

Toroq, pontijiet u linji tal-ferroviji godda huma krucjali biex jizviluppaw r-regjuni rurali mbeghda ta’ l-Ewropa. Iz-zoni industrijali li qeghdin imorru hazin jehtiegu wkoll investiment sabiex jitqajjmu industriji godda u l-haddiema taghhom jerghhu jigu mharrga. Li regjuni aktar foqra jsiru aktar prosperuzi ghandha bosta beneficcji, tghammarhom sabiex jikkontribwixxu ghal ekonomija akbar kif ukoll twaqqaf milli n-nies jitilqu dak il-post biex imorru f'postijiet urbani li huma diga ffulati. Kif tista’ l-Unjoni Ewropea tipprovdi l-fondi mehtiega?

Fil-prezent l-UE ghandha erba’ Fondi Strutturali (ghall-izvilupp socjali, agrikolu, regjonali taghha kif ukoll ghall-politika tas-sajd) sabiex tghin lil regjuni l-aktar foqra. Dawn il-fondi huma nkluzi fi strategija generali, li tibqa’ sejra sa l-ahhar ta’ l-2006, li ghandha tlett ghanijiet ta’ prijorità. Ghan 1, li jkopri l-parti l-kbira tal-fondi, tinvesti fir-regjuni li mhumiex zviluppati, definiti bhala dawk li ghandhom PGD ghal kull ras ta’ inqas minn 75% tal-medja ta’ l-UE (fil-prezent madwar 50 regjun, cioè 22% tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni). Ghan 2 jappoggja l-irristrutturar ta' zoni milqughta minn tnaqqis fl-industriji tradizzjonali (zoni industrijali, rurali, urbani jew tas-sajd), fejn tghix 18% tal-popolazzjoni ta’ l-UE. Ghan 3 jiffoka fuq l-immodernizzar tas-sistemi ta’ tahrig u jippromowvi l-impjiegi. Gew uzati flus mill-Fondi Strutturali sabiex jiffinanzjaw firxa ta’ progetti bhall-pont il-kbir il-gdid fuq it-Tagus f’Lisbona, l-ajruport internazzjonali l-gdid fejn Ateni, il-linja tal-ferrovija bejn Helsinki u St. Petersburg u l-iskema tal-linja tal-ferrovija hafifa ta’ Manchester.

Barra mill-Fondi Strutturali, fl-1993 gie stabbilit Fond ta’ Koezjoni sabiex jghin progetti ambjentali u tat-trasport fl-Istati Membri bi PGD ghal kull ras ta’ inqas minn 90% tal-medja ta’ l-UE (l-Irlanda, il-Grecja, Spanja u l-Portugall). U fl-1999, gie mahluq Strument ghal Politika Strutturali ghal Qabel l-Adezjoni (ISPA) sabiex jghin lill-pajjizi Ewropej tal-lvant japplikaw sabiex jinaghqdu fl-UE (inkluzi l-Bulgarija u r-Rumanija) sabiex jippreparaw ghall-ishubija u jtejjbu l-ambjent u l-infrastruttura tat-trasport taghhom. L-ghaxar pajjizi membri godda li jinkludu Cipru u Malta, saru eligibbli wkoll ghall-fondi mill-Fondi Strutturali u ta’ Koezjoni mill-1 ta’ Jannar 2004, erba’ xhur qabel l-adezjoni ufficjali fl-UE.

Is-setghat tal-Parlament fuq il-politika regjonali

Matul is-snin, il-Parlament inghata setghat godda f’dan il-qasam: sa mill-1993, it-Trattat ta’ Maastricht, kien mehtieg il-“kunsens” tieghu ghar-regoli operazzjonali generali ghall-Fondi Strutturali. Dan ifisser li l-MPE jistghu jaccettaw jew jirrifjutaw ir-regoli proposti ghalkemm ma jistghux jipproponu tibdil ghalihom. It-Trattat ta’ Amsterdam ta’ l-1999 estenda s-setghat tal-Parlament billi pprovda ghal “procedura ta’ decizjoni kongunta” sabiex tintuza ghall-adozzjoni ta’ legislazzjoni specifika ghall-Fondi individwali. Dan ifisser li l-Parlament jista’ jinnegozja mal-Kunsill fuq liema oqsma tal-progett ghandhom jaqghu fi hdan l-iskop tal-Fondi. Il-Kummissjoni ghandha tirrapporta lill-Parlament kull tlett snin dwar il-progress li jkun sar biex tintlahaq il-koezjoni ekonomika u socjali, u l-Parlament innifsu jifformola rapporti annwali fuq il-fondi varji. Ghalhekk il-MPE qed isemmghu lehinhom dejjem aktar u qeghdin juzaw is-setghat taghhom sabiex jiffurmaw din iz-zona tal-politika krucjali.

Il-MPE jappoggjaw l-infiq dejjem akbar fuq l-ghajnuna regjonali

Il-Parlament dejjem appoggja l-principju ta-solidarjetà finanzjarja mar-regjuni inqas zviluppati u r-regjuni mbeghda ta’ l-UE sabiex jaqleb il-koncentrazzjoni dejjem tikber ta’ l-attività ekonomika, xoghol u popolazzjoni fir-regjuni aktar prosperuzi, centrali u urbanizzati. Il-MPE ghalhekk jemmnu li l-ghajnuna regjonali ghandha tibqa’ pilastru centrali tal-politika ta’ l-UE u huma kontra kwalunkwe tentattiv sabiex “din tigi nazzjonalizzata mill-gdid”. B’mod ripetut sejhu sabiex il-Fondi Strutturali jigu allokati bizzejjed flus u, fil-fatt, sabiex l-infiq regjonali jigi mizjud, billi qalu li ghandhom isiru “ghazliet politici ambizzjuzi” fuq l-estimi ta’ l-UE qabel it-tkabbir. Dawn l-taqbel maghhom ukoll il-Kummissjoni li dan l-ahhar kixef il-pjan dettaljat tieghu ghall-politika ta’ koezjoni f’Unjoni mkabbra ghall-perjodu 2007-2013, li tinvolvi zjieda ta’ 30% fl-infiq fuq ir-regjuni. Il-Kummissarju qieghed jithabat f’battalja ghall-fondi ma’ xi Stati Membri li jemmnu li l-infiq regjonali ghandu jigi mrazzan. Din tista’ tkun l-iktar kwistjoni tahraq fid-dibattitu li gej dwar l-estimi futur ta’ l-UE.

F’dawn l-ahhar snin, il-Parlament enfasizza bosta kwistjonijiet ohra relatati mal-koezjoni ekonomika u socjali. Il-MPE ippuntaw lejn nuqqas ta’ ugwaljanza dejjem ghaddejja fi hdan l-Istati Membri individwali u n-nuqqas ta’ success fit-tnaqqis tar-rati tal-qghad. Hadmu ghal koordinament ahjar bejn il-Fondi Strutturali u politiki u strumenti ohra tal-Komunità bhall-Istrategija Ewropea ghall-Impjiegi u l-Fond ta’ Koezjoni. U huma jinsistu li ghandha tinghata attenzjoni specjali ghar-regjuni mbeghda, l-gzejjer u z-zoni rurali u tal-muntanji. Il-Parlament jixtieq li ssir aktar enfazi fuq l-innovazzjoni, ir-rizorsi umani u t-teknologija, kif ukoll l-ugwaljanza fil-generu, ezempju permezz tal-programmi specifici ta’ holqien tax-xoghol ghan-nisa.
L-izvilupp tar-rotot tat-trasport magguri – maghrufin bhala in-Networks Trans-Ewropej, jew TENS – li jghaqqdu l-UE minn gewwa u mal-girien taghha dejjem kien meqjus bhala qasam krucjali tal-politika regjonali. Izda, l-MPE dejjem insistew li hemm bzonn ta’ aktar investiment b’mod specifiku ghall-progetti tal-linji tal-ferrovija sabiex l-UE taghmel aktar minn sempliciment tpacpac sabiex tilhaq transport sostennibbli permezz ta’ tbeghid mit-trasport bit-triq. B’mod partikolari, jemmnu li ghandu jsir sforz specjali sabiex jigi zviluppat network Ewropew tal-ferrovija ta’ velocità gholja li jissodisfa l-htigijiet ghal rotot godda ta’ transport wara t-tkabbir.
Fit-teorija, pajjizi li jircievu flus ta’ l-UE mill-Fondi Strutturali ghandhom ihallsu wkoll certu persentagg mill-fondi ghall-progett. Il-MPE urew li dan il-principju mhux dejjem jinghata kas tieghu u ma hemm l-ebda penali talli Stati Membri jigu offizi. Fl-ahhar, talbu ghal amministrazzjoni finanzjarja u generali ahjar tal-Fondi u jhossu li b’mod partikolari l-Kummissjoni ghandha ttejjeb il-kwalità tal-progetti u timmonitorja l-amministrazzjoni taghhom mill-qrib hafna, b’aktar kontrolli fuq il-post u b’aktar stimi ta’ l-impatt.

Tkabbir

Il-Parlament huwa kkoncernat ukoll, bhall-Kummissarju Barnier, sabiex jizgura appogg kontinwu ghar-regjuni li fil-prezenti jikkwalifikaw ghal ghajnuna taht l-Ghan 1 tal-Fondi Strutturali izda li sejrin isofru mill-“effett statistiku” tat-tkabbir, igifieri sejrin jaqbzu ll-oghla limitu ta’ l-eligibilità ta’ 75% tal-GDP ghal kull ras fl-UE ladarba jaslu l-Istati Membri l-godda, b’mod partikolari dawk li huma ifqar. Madwar 18-il regjun – b’mod partikolari fi Spanja, l-Grecja, il-Germanja tal-Lvant, l-Italja u l-Portugall, sejrin jigu milqughtin. Bosta rapporti fformulati mill-Kumitat tal-Parlament dwar il-Politika Regjonali argumentaw li t-tkabbir ma ghandux ikun ta’ detriment ghar-regjuni l-aktar fqar ta’ l-Istati Membri ezistenti ta’ l-UE. Huma jghidu li ghandu jintlahaq bilanc bejn li jigu sodisfatti l-htigijiet tal-pajjizi li sejrin jidhlu u li ghandu jinstab ftehim transizzjonali xieraq ghaz-zoni l-iktar foqra fil-prezent ta’ l-UE. Rapport partikolari ssuggerixxa li barra l-kriterju tal-GDP, ghandhom jitiqiesu wkoll indikaturi ohra, b’mod specjali r-rata tal-qghad. Il-MPE ghalhekk jilqghu il-pjanijiet tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi appogg temporanju ghal regjuni prezenti ta’ Ghan 1 li kieku kienu jiefqu milli jibqghu eligibbli wara t-tkabbir.

Bhala konkluzjoni, il-Parlament Ewropew jemmen li l-politika regjonali sejra tilghab rwol dejjem aktar importanti fl-Unjoni li tifforma wara t-tkabbir. Sejra tkun wahda mill-istrategiji ewlenin ghall-glieda kontra zbilanci kbar li huma mistennija li jizviluppaw u fit-tkattir tat-tkabbir u l-integrazzjoni ta’ zoni inqas zviluppati. Il-politika regjonali sejra tkun krucjali fl-ghajnuna sabiex Unjoni Ewropa akbar izda inqas uniformi ssir Komunità koesiva u kompettitiva globalment.



  
Relaturi:
  
>  Koezjoni Ekonomika u Socjali : l-1 rapport: Elisabeth Schroedter (Greens/EFA, D)
>  Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport: Francesco Musotto (EPP-ED, I)
>  Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport interim: Emmanouil Mastorakis (PES, GR)
>  Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-1999: Camilo Nogueira Román (Greens/EFA, E)
>  Fondi ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-1999: Sérgio Marques (EPP-ED, P)
>  Fondi Strutturali, Fond ta’ Koezjoni u Strument ta’ Qabel l-Adezjoni ISPA: rapporti annwali ta’ l-2000: Maurizio Turco (IND, I)
>  Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-2001: Helmuth Markov (GUE/NGL, D)
>  Fondi ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-2001: Dana Rosemary Scallon (EPP-ED, IRL)
>  ISPA: rapport annwali ta’ l-2001: Adriana Poli Bortone (UEN, I)
  
Gurnal Ufficjali – atti finali:
  
>  Koezjoni Ekonomika u Socjali: l-1 rapport - test adottat mill-Parlament
>  Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport - test adottat mill-Parlament
>  Koezjoni Ekonomika u Socjali: it-2 rapport interim - test adottat mill-Parlament
>  Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-1999- test adottat mill-Parlament
>  Fond ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-1999 - test adottat mill-Parlament
>  Fondi Strutturali, Fond ta’ Koezjoni u Strument ta’ Qabel l-Adezjoni ISPA: rapporti annwali ta’ l-2000 - test adottat mill-Parlament
>  Fondi Strutturali: rapport annwali ta’ l-2001 - test adottat mill-Parlament
>  Fond ta’ Koezjoni: rapport annwali ta’ l-2001 - test adottat mill-Parlament
>  ISPA: rapport annwali ta’ l-2001 - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004