Preżentazzjoni

Dipartimenti tematiċi u sorsi oħra ta'għarfien espert għad-dispożizzjoni tal-kumitati

ID-DIPARTIMENTI TEMATIĊI

Id-dipartimenti tematiċi jikkonsistu f'ħames unitajiet responsabbli għall-forniment - kemm internament kif ukoll esternament - ta' għarfien espert, analiżi u parir dwar il-politika, li jkunu independenti u ta' livell għoli, fuq talba tal-kumitati u ta' entitajiet parlamentari oħra (delegazzjonijiet, il-President, il-Bureau, is-Segretarju Ġenerali). L-għarfien espert tagħhom ikopri l-oqsma kollha ta' attività tal-Parlament Ewropew. Huma involuti mill-qrib fix-xogħol tal-kumitati, li huma jgħinu fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni dwar il-politiki tal-UE u fl-eżerċizzju tal-iskrutinju demokratiku tal-politiki tal-UE.
Permezz tat-tisħiħ tal-kuntatti mal-komunità akkademika u gruppi ta' riflessjoni akkademiċi, kumpaniji legali u entitajiet ta' konsulenza speċjalisti, u permezz ta' qafas ta' netwerk informali bejn esperti interni u esterni, il-persunal tad-dipartimenti tematiċi regolarment jaġġorna l-għarfien tekniku u legali tiegħu.

Riżultati:
AIr-riżultati tad-dipartimenti tematiċi, ifformulati bil-miktub, fil-parti l-kbira mħejjija fuq talba ta' kumitat jew delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, huma magħmula minn firxa wiesgħa ta' dokumenti, inkluż studji, rapporti ta' analiżi dettaljata speċifiċi għall-pajjiż jew għat-tema, dokumenti ta' tgħarrif li jeżaminaw kwistjonijiet ta' importanza strateġika, kif ukoll noti li jikkonsistu f'analiżi qasira orjentata lejn l-UE ta' avvenimenti jew żviluppi reċenti.
Id-dipartimenti tematiċi jfasslu wkoll l-Iskedi Informattivi dwar l-UE , li jipprovdu ħarsa ġenerali tal-integrazzjoni Ewropea u l-kontribut tal-Parlament Ewropew għal dak il-proċess.
Dokumenti oħra miktuba mid-Dipartimenti Tematiċi jinkludu noti ta' sfond u punti għat-taħdit għall-użu tal-awtoritajiet politiċi tal-Parlament Ewropew.
Fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet meħuda mill-koordinaturi tal-kumitati parlamentari, id-dipartimenti tematiċi jikkummissjonaw u jissorveljaw ukoll studji magħmula minn riċerkaturi u esperti esterni.

Avvenimenti:
Id-dipartimenti tematiċi jorganizzaw avvenimenti li jsaħħu l-kapaċità analitika tal-Parlament u jiżviluppaw approċċi komuni għal kwistjonijiet politiċi attwali.
Permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma organizzati mid-dipartimenti tematiċi, gruppi ta' esperti jippreżentaw għarfien espert independenti permezz ta' rapporti bil-miktub u orali.
Panels ta' esperti jinħatru sabiex jipprovdu lill-membri b'kontributi bil-miktub u biex jagħtu tagħrif għad-dibattiti parlamentari waqt il-laqgħat.
L-istudji li jfasslu d-dipartimenti tematiċi ġeneralment ikunu ppreżentati waqt il-laqgħat tal-kumitat.

Skrutinju:
Id-dipartimenti tematiċi jipprovdu għajnuna ta' riċerka biex isaħħu l-kapaċità tal-Parlament Ewropew biex jimmonitorja n-negozjati tal-UE u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali, p.e. ftehimiet kummerċjali. Huma żviluppaw ukoll metodoloġija interna biex jeżaminaw bir-reqqa proġetti ffinanzjati mill-UE.


UNITÀ TAS-SOSTENN GĦALL-GOVERNANZA EKONOMIKA

L-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika żżomm lill-MPE informati dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-governanza ekonomika u tas-superviżjoni bankarja fl-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro.


DIRETTORAT GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT U L-VALUR MIŻJUD EWROPEW

Id-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew fi ħdan is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) jipprovdi riċerka marbuta ma' diversi aspetti ta' evalwazzjoni ex-ante jew ex-post tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE.

L-Unità tal-Prospettiva Xjentifika (STOA) twettaq riċerka interdixxiplinari u tipprovdi parir strateġiku fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-alternattivi tax-xjenza u t-teknoloġija u l-prospettiva xjentifika. Hija tagħmel studji dettaljati u torganizza sessjonijiet ta' ħidma dwar żviluppi f'dawn l-oqsma, taħt il-gwida tal-Panel tal-STOA ta' 24 MPE.

Workshops

Is-sessjonijiet ta' ħidma jippermettu lill-Membri jressqu mistoqsijiet u jkollhom skambji ta' fehmiet ma' esperti dwar suġġetti marbuta mal-ħidma parlamentari jew suġġetti ta' interess attwali.

Paġni ta’ tagħrif dwar l-UE

The Fact Sheets provide an overview of European integration and of the European Parliament's contribution to that process.

STOA

Il-Valutazzjoni ta' Opzjonijiet ta' Politika Xjentifika u Teknoloġika għall-Parlament Ewropew

Think Tank

The Think Tank page provides access to all the expertise sources available in the Parliament.

Kuntatti

Policy departments

Economic Governance and EMU scrutiny Unit

European Parliamentary Research Service