Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet ghall-PE
L-organizzazzjoni
u t-thaddim tal-PE
Id-decizjoni kongunta
u proceduri ohra
Is-setghat bagitarji
Il-kontroll bagitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politici Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stharrig
Istituzzjonijiet ohra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on the Future of Europe


Legislatur b’sehem shih

Ghal x’hiex iservi l-Parlament Ewropew? Bhal fid-demokraziji kollha, il-Parlament jikkontrolla s-setgha ezekuttiva, l-uzu tal-fondi pubblici, u huwa jivvota l-ligijiet. Madankollu, fil-bidu, ma kienx jigri hekk fil-Komunità. Fuq il-livell legislattiv, il-Parlament Ewropew, li dak iz-zmien kien jissejjah sempliciment Assemblea, kien jigi kkonsultat biss u l-opinjoni tieghu ma kellha ebda sahha ta’ trazzin. Il-gvernijiet, migburin flimkien f’Kunsill, kienu jillegislaw. Izda matul iz-zmien u fit-trattati successivi, is-sahha legislattiva tad-deputati giet rinforzata: f’bosta materji, il-Parlament, illum, huwa ko-legislatur, fl-istess livell tal-Kunsill, bil-virtu tad-decizjoni kongunta.

Il-filosofija legislattiva tat-Trattat ta’ Ruma, fl-1957, kellha formula binarja: il-Kummissjoni tipproponi, il-Kunsill jiddisponi. Kien hemm bosta ufficjali eletti indirettament, migburin f’assemblea, izda l-influwenza taghhom fuq il-legislazzjoni tal-Komunità kienet kwazi xejn. Illum, l-inizjattiva legislattiva tibqa’ dejjem kwistjoni esklussiva tal-Kummissjoni Ewropea, izda l-Kunsill u l-Parlament jistghu jitolbuha formalment sabiex tipprezenta proposta legislattiva. U fuq kollox, il-Parlament jista’, mil-lum ‘il quddiem jimmodifika b’sahha il-kontenut tal-legislazzjonijijiet Ewropej proposti. Id-decizjoni kongunta li taghmel lill-Kunsill u lill-Parlament fuq l-istess livell, giet introdotta bit-Trattat ta’ Maastricht fl-1992, f’madwar hmistax-il materja (is-suq domestiku, ricerka, ambjent, konsumaturi, edukazzjoni, sahha …).

It-Trattati ta’ Amsterdam u ta’ Nizza ziedu n-numru ta’ oqsma soggetti ghal procedura ta’ decizjoni kongunta. Illum, dawn ikopru erbghin qasam ta’ azzjoni ta’ l-Unjoni. Mis-sistema binarja ta’ qabel, issa saret tassew triangolu: il-Kummissjoni dejjem tipproponi, izda huma l-Kunsill u l-Parlament li jiddisponu, u dan fl-oqsma li jmissu direttament il-hajja ta’ kuljum tac-cittadini Ewropej.

Din l-evoluzzjoni lejn demokrazija parlamentari sejra tibqa’ sejra. Skond ix-xewqa tal-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa, id-decizjoni kongunta ghandha tigi applikata f’mhux inqas minn 80 qasam fejn il-Kunsill, min-naha tieghu, ghandu jiddeciedi b’maggoranza: l-asil, l-immigrazzjoni, il-kontroll tal-fruntjieri, kooperazzjoni fil-penali legali, kooperazzjoni mal-pulizija, kultura, protezzjoni civili… Dawk il-kwistjonijiet biss li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-ordni kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri jew kwistjonijiet sensittivi, bhalma huma t-tassazzjoni jew certi aspetti tal-politika socjali, jew tal-politika barranija u tad-difiza, jaharbu min din ir-regola.

Id-decizjoni kongunta, kif inhi mhaddma

Responsabbli ghall-implimentazzjoni tat-trattati, mit-tmexxija tajba tal-politika komuni u tas-suq domestiku, il-Kummissjoni Ewropea hija fl-origini ta’ kull proposta legislattiva, li hija, tindirizza b’mod simultanju lill-Parlament u lill-Kunsill.

Wara ezaminazzjoni fil-Kummissjoni Parlamentari, il-Parlament l-ewwel nett jaghti opinjoni fl-ewwel seduta, bil-maggoranza semplici tal-voti mitfughin fil-plenarju. F’hafna mill-kazijiet, iwassal emendi ghall-proposta tal-Kummissjoni. Imbaghad huwa jiddeciedi li japprovhom, kollha kemm huma jew parti minnhom, u jipprezenta proposta modifikata lill-Kunsill.

Jekk il-Kunsill japprova dawn l-emendi b’maggornaza kwalifikata (ghajr ghall-oqsma soggetti ghall-unanimità: il-kultura, il-libertà tal-moviment tac-cittadini, is-sigurtà socjali …), il-proposta tigi adottata. Fil-kaz kontrarju, il-Kunsill jadotta, fl-ewwel dibattitu, “pozizzjoni komuni”. Ladarba din il-pozizzjoni komuni tal-Kunsill tigi trasmessa lill-Parlament, id-deputati, ghandhom tlett xhur ghad-disposizzjoni taghhom sabiex jiddeciedu mill-gdid.

Fit-tieni seduta, hemm bzonn tal-maggoranza assoluta tad-deputati rregistrati sabiex it-test jigi adottat, bi jew minghajr l-emendi l-godda, igifieri 314-il vot minn 626 ufficjal elett tal-Parlament li jkun intemm.

Fil-kaz li l-Parlament japprova espressament il-pozizzjoni komuni (jew jew ma jiehux decizjoni fi zmien il-perjodu ta’ tlett xhur), l-att jigi adottat immedjatament. Min-naha l-ohra, jekk il-pozizzjoni komuni tigi rifjutata mill-Parlament, il-procedura tieqaf minnufih u l-att ma jigix adottat.

Izda, b’mod generali, il-Parlament jadotta emendi ghall-pozizzjoni komuni li jkunu soggetti ghal opinjoni tal-Kummissjoni, u l-Kunsill jigi mgharraf mill-gdid permezz ta’ propozizzjoni emendata tal-Kummissjoni. Il-Kunsill, f’din il-fazi, jiehu decizjoni bil-maggoranza kwalifikata fuq l-emendi tal-Parlament, izda b’mod unanimu fuq dawk is-suggetti ta’ opinjoni kontrarja tal-Kummissjoni. L-att jigi adottat jekk il-Kunsill, l-aktar tard, tlett xhur wara l-ircevuta, japprova l-emendi kollha tal-Parlament.

Min-naha l-ohra, jekk il-Kunsill ma japprovax l-emendi tal-PE, ikun hemm il-htiega li jirrikorri ghall-procedura ta’ konciljazzjoni. Kumitat ta’ konciljazzjoni specifiku ghal kull proposta legislattiva jigi kostitwit fuq bazi ugwali: 15-il rapprezentant jew membru tal-Kunsill u 15-il membru tal-PE li fosthom ikun hemm, il-Vici-president tal-PE, ir-relatur u l-president tal-kummissjoni parlamentari koncernata. Il-Kummissjoni Ewropea tattendi d-dibattiti sabiex tqarreb il-pozizzjonijiet. B’mod generali, il-kumitat ta’ konciljazzjoni jirnexxielu li jhaddem progett kongunt li jerga’ jigi sottomess lill-Kunsill u lill-Parlament ghal approvazzjoni. Ghal din it-tielet opinjoni, il-Kunsill jiehu decizjoni b’maggoranza kwalifikata u l-Parlament jirregola bil-maggoranza tal-voti mitfughin. L-att jigi adottat jekk il-Kunsill u l-Parlament japprovaw il-progett tat-test komuni. Min-naha l-ohra, meta jiskadi l-perjodu, u l-approvazzjoni ta’ wiehed miz-zewg istituzzjonijiet tkun nieqsa, il-procedura tintemm u l-att jigi dikjarat “mhux adottat".

Wara d-dhul fis-sehh tat-Trattat ta’ Amsterdam, f’Mejju 1999, igifieri ftit gimghat qabel il-legislatura kurrenti, bejn wiehed u iehor 300 dossier legislattiv gew trattati b’decizjoni kongunta. Kwart minnhom gew maghluqin fl-ewwel seduta u aktar min-nofs fit-tieni seduta. Ftit inqas minn kwart is-suggetti jinghalqu f’konciljazzjoni, proporzjon li ghandha t-tendenza li tonqos maz-zmien u flimkien mal-prattika ta’ kuntratti informali u ta’ “trilogi” bejn it-tlett istituzzjonijiet sabiex jintlahaq ftehim f’fazi qabel il-konciljazzjoni. Fit-tlett okkazjonijiet sal-lum, il-ftehim li ntlahqu f’konciljazzjoni, gew rifjutati mill-plenarju tal-Parlament: dawk dwar il-patentabilità ta’ l-invenzjonijiet bijoteknologici (Marzu 1995), offerti ta’ tehid (Lulju 2001) u l-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-port (Novembru 2003). Sussegwentament, il-Kummissjoni abbozzat direttiva gdida dwar offerti ta’ tehid li rriflettu ahjar ix-xewqat tal-Parlament (ara n-nota taghna dwar Servizzi Finanzjarji).”

Il-proceduri l-ohra

Il-procedura ta’ konsultazzjoni, wzata spiss hafna fl-origini tal-Komunità, ma tapplikax izjed ghajr ghal oqsma “sensittivi” li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-unanimità fi hdan il-Kunsill (ezempju: kwistjonijiet ta’ taxxi, politika industrijali, ippjanar regjonali), bhal zewg materji li jehtiegu l-maggoranza kwalifikata (il-politika agrikola u l-kompetizzjoni). Il-Parlament ma jistax jipprevjeni l-adozzjoni mill-Kunsill tal-legislazzjoni ippjanata lanqas jimponi modifiki. Izda l-Kummissjoni tista’ zzomm amment ta’ l-opinjoni tad-deputati u timmodifika dik il-proposizzjoni. Din imbaghad ma tistax tigi modifikata ghajr bl-unanimità fil-Kunsill.

Il-procedura ta’ kooperazzjoni, introdotta fl-1987 bl-Att wahdieni sabiex taghti aktar piz ghall-opinjonijiet tal-Parlament, halliet izda l-ahhar kelma f’idejn il-Kunsill. Jekk il-Parlament jirrifjuta l-pozizzjoni komuni, dan ma jistax jadotta l-legislazzjoni ghajr bl-unanimità. Jekk il-Parlament jemenda l-proposta, il-Kummissjoni ghandha tifformola mill-gdid u l-Kunsill ma jistax jimmodifikha ghajr bl-unanimità. Din il-procedura kwazi sparixxiet bil-generalizzazzjoni tal-procedura ta’ decizjoni kongunta. Minn issa ‘l quddiem ghandha x’taqsam biss ma' numru limitat ta’ decizjonijiet fil-qasam ta’ l-Unjoni ekonomika u monetarja.

Il-procedura tal-kunsens giet istitwita mill-Att wahdieni Ewropew. Hija timponi lill-Kunsill il-qbil tal-PE ghall-adezjonijiet il-godda u l-konkluzjoni ta’ ftehim ta’ assocjazzjoni. Il-Parlament jista’ jaccetta jew jirrifjuta proposta izda ma jistax jemendha. Huwa jiddeciedi b’maggoranza assoluta tal-membri li jaghmlu parti minnu. Dan “il-kunsens” gie estiz bit-Trattat ta’ Maastricht ghal ligi elettorali uniformi u d-dritt tac-cirkolazzjoni u tas-soggorn kif ukoll ghar-regolamenti dwar il-fondi strutturali u l-fondi ta’ koezjoni. It-trattat ta’ Amsterdam jipprovdi wkoll ghall-applikazzjoni tieghu ghal ghoti ta’ sanzjoni fil-kaz ta’ ksur gravi u persistenti tad-drittijiet fundamentali minn Stat Membru.



>  Kumitat ta’ konciljazzjoni

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004