|
Il-prevenzjoni tal-fastidju u d-diskriminazzjoni, il-protezzjoni tal-vittimi, il-harsien tad-drittijiet tan-nisa u l-irgiel meta jergghu lura x-xoghol wara l-leave tal-maternita' u l-paternita' : dawn huma uhud mir-rizultati tad-direttiva l-gdida dwar it-trattament ugwali. Izda jekk ir-rwoli godda tan-nisa u l-irgiel fi hdan il-familja u s-socjeta' wasslu sabiex l-Unjoni tikkumbatti certi forom ta' diskriminazzjoni ghad fadal hafna xi jsir sabiex tinkiseb ugwaljanza fis-salarji.
Meta f'Lulju 2000 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet ir-revizjoni ta' direttiva antika li harget 25 sena qabel, id-deputati Ewropej raw li l-verzjoni gdida kif proposta ma kenitx tikkorrespondi biz-zejjed mas-sitwazzjoni attwali tan-nisa fid-dinja tax-xoghol. Peress li d-direttiva l-gdida kienet soggetta ghall-process ta' kodecizjoni, il-Parlament seta' jinfluwenza l-kontentu taghha. Sa mill-ewwel qari, il-Parlament iggieled ghal mizuri pozittivi intizi sabiex jiffacilitaw il-prattika ta' attivita' professjonali tal-persuni tas-sess l-inqas rapprezentat, kif inhu sikwit il-kaz tan-nisa. Grazzi ghas-suggerimenti tad-deputati, id-direttiva l-gdida tipprovdi ghall-waqfien, mill-iStati Membri, ta' organi inkarigati mill-promzzjoni tat-trattament indaqs, kif ukoll tal-harsien legali tal-vittmi tad-diskriminazzjoni sesswali.
Il-prevenzjoni tal-fastidju sesswali
Il-Parlament innegozja din id-direttiva fl-istadji kollha taghha mal-Kunsill, anke' sa l-istadju ta’ konciljazzjoni. F'April 2002, iz-zewg ferghat tal-poter legislattiv setghu jaqblu fuq test li jirrifletti ahjar il-kundizzjonijiet tax-xoghol u l-obbligazzjonijiet tal-familja. Mis-sena 2005, meta din id-direttiva ssir ligi nazzjonali, din se sservi ta' ghodda importanti ghall-Unjoni ta' wara t-tkabbir.
Ghall-ewwel darba, “il-fastidju sesswali” gie definit fuq livell komunitarju : dan ifisser "is-sitwazzjoni fejn tigi espressa imgieba mhux mixtieqa b'konnotazzjonijiet sesswali, espressa fizikament, verbalment jew f'forma mhux verbali, li l-ghan taghha tkun li zzeblah id-dinjita' ta' persuna u, b'mod partikolari, li tohloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti u offensiv". Id-direttiva tiddefinixxi wkoll "diskriminazzjoni diretta", "diskriminazzjoni indiretta" u “fastidju” b'mod generali.
Minn issa 'l quddiem in-nisa jistghu jgawdu minn ghajuna f'kaz ta' fastidju, partikolarment dak sesswali, fuq il-post tax-xoghol. Barra minn hekk, kull persuna li tappoggja l-vittmi tad-diskriminazzjoni jew fastidju sesswali jgawdu wkoll mill-istess protezzjoni kontra t-trattament sfavorevoli. Min ihaddem u l-persuni inkarigati mit-tahrig professjonali ghandhom jiehdu mizuri preventivi.
Drittijiet ghall-maternita' u l-paternita
Id-direttiva l-gdida tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa minhabba t-tqala jew il-leave tal-maternita'. Izda l-Parlament dejjem xtaq, u safrattant kiseb id-dritt tan-nisa u l-irgiel li jergghu lura ghall-istess pozizzjoni jew dik ekwivalenti fi tmiem il-perjodu tal-leave tal-meternita', paternita' jew adozzjoni, meta dan it-tip ta' leave hu awtorizzat mill-iStati Membri.
Id-direttiva tipprovdi wkoll ghat-trattament ugwali fl-access ghall-impjieg, it-tahrig u l-promozzjoni professjonali. "Mizuri pozittivi" huma wkoll provduti, fi kliem iehor vantaggi specifici ghas-sess b’rata baxxa ta' rapprezentazzjoni f'attivita' professjonali. L-iStati Membri ghandhom jaraw li jitwaqqfu organi inkarigati li jissorvelja li tkun qed tigi attwata l-ugwaljanza. Proceduri legali ghandhom jigu implimentati sabiex jigu kkastigati kazijiet ta' ksur tad-direttiva.
Ix-xoghol l-istess, izda l-pagi mhumhiex
Sa mill-hamsinijiet, is-slogan "Salarju indaqs ghal xoghol indaqs" sfortunatament ghadu topiku anke’ llum. Minkejja l-adozzjoni fl-1975 ta' direttiva Ewropea dwar hlas indaqs bejn impjegati irgiel u nisa, illum hafna nisa ghadhom qed jithallsu inqas sew mill-irgiel ghal xoghol identiku. Il-Parlament Ewropew sikwit iddeplora n-nuqqas ta' rieda mill-parti ta' l-iStati Membri li japplikaw id-direttiva ta' l-1975 u sejjah il-Kummissjoni Ewropea sabiex tagixxi b'determinazzjoni akbar.
F'rapport imhejji fuq inizjattivia tieghu u adottat f'Settembru 2001, il-Parlament Ewropew stqarr li d-distakk fil-hlas bejn is-sessi kien ta' rata medja ta' 28% fl-UE ghall-istess impjieg, u ta' 15%, dejjem favur l-irgiel, jekk jigu kkunsidrati d-differenzi strutturali li jezistu bejn l-irgiel u n-nisa fis-suq tax-xoghol, l-iktar fejn jidhlu l-eta', it-tahrig, l-impjieg u l-istruttura tal-karrieri. Ghall-Parlament Ewropew, "dan id-distakk medju fil-hlas ta' 15% johrog bil-fors minn sotto-evalwazzjoni diskriminatorja li mhijiex accettabbli". Id-deputati talbu l-Kummissjoni, fost ohrajn, li tirrevedi d-direttiva ta' l-1975.
Wara, f'rizoluzzjoni adottata f'Lulju 2002, id-deputati talbu l-Kummissjoni sabiex taggorna mill-gdid id-direttivi kollha fil-qasam tat-trattament ugwali ta' l-irgiel u n-nisa, mhux biss fejn jidhol il-hlas, izda wkoll is-sigurta' socjali, l-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xoghol u r-rikonciljazzjoni bejn l-obbligi professjonali u dawk tal-familja. Dan minhabba l-fatt li minbarra l-inugwaljanza fil-hlas, in-nisa jiffaccjaw zvantaggi strutturali ohra. Per ezempju, ir-rata ta' l-impjieg tan-nisa (54%) ghadu ferm inqas minn dik ta' l-irgiel, filwaqt li minn kull ghaxar impjegati part-time, tmienja huma nisa.
Fl-ahharnett, fi hdan il-process tal-Konvenzjoni dwar il-futur ta' l-Ewropa, id-deputati Ewropej iddefendew bil-qawwa l-inkluzjoni fl-abbozz tal-Kostituzzjoni il-principju ta' l-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa fost il-valuri ta' l-Unjoni Ewropea, fattur li ghandu jsahhah il-bazi legali u jiggustifika inizjattivi godda Ewropej li jwasslu sabiex dan il-principju jigi attwat fir-realta' socjo-ekonomika Ewropea.
|