Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
L-Istrategija ta’ l-Impjiegi
Il-protezzjoni tal-haddiema
L-ugwaljanza fuq il-post tax-xoghol
Is-sahha u s-sigurtà
tal-haddiema
Is-sahha tan-nisa
Is-sighat ta’ xoghol
Is-sistemi tas-sigurtà socjali
In-nisa u s-socjetà
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Equal rights for all Europeans


Is-Sahha: Il- Parlament Ewropew ma jpoggix lin-nisa u l- irgiel fl- istess keffa

Is-sahha tan-nisa – din tezisti? Mela s-sahha mhix l-istess ghal kulhadd? Xejn minn dan. Minhabba l-generu bijologiku u r-rwol socjali taghhom, l-irgiel u n-nisa huma differenti minn xulxin u din id-differenza thalli effett ukoll fuq sahhithom: per ezempju, il-kancer tas-sider kwazi jolqot biss lin-nisa. Fejn tidhol vjolenza f'relazzjoni huma hafna drabi n-nisa li huma l-vittmi. Fejn jidhol l-ippjanar tal-familja, gisimhom jinsab fil- qofol ta' l-istess ippjanar. Il- Politika socjali u tas-sahha tal- UE ghandha tiehu in konsiderazzjoni dawn id-differenzi abbazi ta' sess u l-membri parlamentari qed isostnu dan bis-shih.
 
Ta' kuljum miljuni ta' nisa madwar id-dinja jsofru xi vjolenza u din il- vjolenza ghandha bosta wcuh. Din tista' tiehu  l-forma ta' brutalità f'relazzjoni u fil-familja, jew koercizzjoni fuq il-post tax-xoghol, mohqrija psikologika, abbuzz sesswali jew prostituzzjoni sforzata. Ghalhekk progett importanti ghal-legislaturi tal- UE kien il-kontinwazzjoni tal-programm DAPHNE kontra l-vjolenza fuq nisa, zghazagh u tfal: Mill-2004 'il quddiem sal-ahhar tal- 2008 ser ikun fis-sehh DAPHNE II, sabiex joffri ko-finanzjament ta' inizzjattivi mal- Ewropa kollha minn ghaqdiet non-governattivi ghal protezzjoni ta' nisa u zghazagh minn vjolenza.

Diga fit-tmiem l-2003, il- Programm precedenti DAPHNE I li kien gie fi tmiemu kien fuq l-agenda kemm tal- Membri tal- Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill u kien success: Ir-rispons tant kien kbir li dahlu aktar talbiet ghal ghajnuna milli kien mistenni. Gew ko-finanzjati per ezempju kampanja ta' informazzjoni kontra l- mutilazzjoni genitali ta' immigranti nisa minn pajjizi Gharab u Afrikani, ghajnuna sabiex nisa abbuzzati u li jabbuzzaw mid-droga jghinu lilhom infushom u linja telefonika ta' emergenza ghal prostituti fil-bzonn. Pero' b'bagit ta' 20 miljun Euro setghu jigu finanzjati biss 140 progett permezz ta' Daphne I, anke jekk kien hemm mill-anqas id-doppju li kienu intitolati ghall-ghajnuna. Kien ghalhekk li l-Membri tal- Parlament Ewropew sostnew li dan il-programm ta' success jitkompla u jissahhah.

DAPHNE II issa ghandu jigi mniedi b'bagit ta' 50 Miljun Ewro ukoll minhabba l-fatt li bid-dhul tal- Istati Membri godda l-bzonnijiet finanzjarji ser jizdiedu b' mod qawwi: Din is-somma giet mitluba mill- parlamentari, waqt li l- Kummissjoni ghalissa allokat biss 41 Miljun. DAPHNE II ser idum sena aktar mill- programm precedenti. Din id-darba l- legislaturi tal- UE jridu jghinu progetti kbar partikolari: Dawn ghandhom jigu finanzjati sa 250,000 Ewro minflok il-massimu ta' 125,000 li kien hemm qabel.

Il-process legislattiv ghadu ma ntemmx. Il-Membri tal- Parlament Ewropew ressqu serje ta' emendi ghall- proposta tal-Kummissjoni, imma ghalissa ma jistghux jipprocedu f'kull kaz . Ghalhekk il-Membri tal- Parlament Ewropew jridu jistabilixxu protezzjoni, specjalment ghal certu gruppi bhal tfajliet zghar jew tfal tat-triq. Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dan ghar-raguni li DAPHNE II ghandu jkun ta' beneficcju ghan-nisa u z-zghazagh kollha.
 
Il- Membri tal-Parlament Ewropew favur Ippjanar tal-Familja responsabbli.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew esprimew ruhhom b'mod determinat anke dwar it-temi ta' sahha sesswali u l- ippjanar tal- familja. Huma talbu lill-Istati Membri tal- UE sabiex ikunu ta' sostenn akbar minn qabel ghac-cittadini bit-tfassil ta' sesswalità u ppjanar tal-familja responsabbli : Peress illi aktar iva milli le huma n-nisa li huma responsabbli ghall-kontracezzjoni u peress li t-tqala u possibilment l-abort jaffetwawhom b'mod dirett huma qeghdin ukoll fil-qofol tar-rizoluzzjoni tal-Parlament.
 
Il-membri parlamentari jitolbu li jintlahaq standard gholi ta' informazzjoni u ghajnuna prattika madwar l- Ewropa kollha. Ghanijiet konkreti sabiex jigu evitati aktar kazi ta' tqala mhux ippjanata u jigi mnaqqas b'mod drastiku it-tixrid tal-mard permezz ta' kuntatt sesswali: Ghalhekk il-Membri tal- Parlament Ewropew qed jirrikmandaw fuq kollox li jigu aboliti d-differenzi kbar bejn il- pajjizi tal- UE bhal per ezempju fejn jirrigwarda l-access ghal kontracettivi. Dawn skond ix-xewqa tal- parlamentari ghandhom ikunu b'xejn jew ta' l-inqas facilment akkwistabbli – anke ghaz-zghazagh. Fejn jidhol l-argument kontroversjali tal-abort, il-Membri tal- Parlament Ewropew fil- maggoranza taghhom jishqu li t-terminazzjoni tat-tqala m'ghandhiex tigi sostenuta bhala metodu tal- ippjanar tal-familja. In- numru ta' abort ghandu jitnaqqas permezz ta' aktar konsultazzjoni  u permezz ta' ghajnuna materjali u finanzjarja. Min imbghad xorta jghazel li jaghmel abort ghandu jkun infurmat b'mod preciz dwar ir-riskji fizici u psikologici. B'mod generali pero' l-abort ghandu jkun " legali, minghajr perikli u accessibli ghal kulhadd" fl-Ewropa kollha.
 
Il- Kancer tas-Sider: Rati tal-mewt iridu jonqsu bi kwart sal-2008

Il- Kancer tas-sider: Ghan-nisa fl-UE ta' età bejn il- 35 u l-55 sena hija l-izjed kawza ta' mewt komuni.Skond l-Organizzazzjoni Dinija tas-Sahha fis-sena 2000 biss,  fl-UE aktar minn 216, 000 mara mardu bil-kancer tas-sider u aktar minn 79,000 mietu kawza ta' dan. Ghalhekk il-marda hija kurabbli f'90 fil-mija tal-kazi jekk tigi djanjostikata fil-hin. Il-Membri tal- Parlament Ewropew iridu li l-glieda kontra l- kancer tas-sider issir prijorità fil-politika dwar is-sahha tal- UE. Huma ghandhom l-ghan li sa l-2008 ir-rata tal-mewt kawza tal-kancer tas-sider tinzel bi kwart ma' l-Ewropa kollha, u ghaldaqstant huma qed jitolbu li jittiehdu numru ta' mizuri. Dawn jinkludu djanjostikar bikri ahjar tal-marda sa wara l-kura fejn jittiehdu in konsiderazzjoni l-bzonnijiet psikologici tan-nisa.

B'mod konkret f'rapport ta' inizjattiva, l-Membri tal-Parlament Ewropew qed jitolbu li n-nisa bejn il- 50 u tal- inqas 69 sena jigu offruti mammografiji b'xejn kull sentejn, cioe ezaminazzjoni radjografika tas-sider. Fil- prezent dan l-ezami tal-massa ghadu mhux mifrux mal-UE kollha izda mifrux biss fit-territorju kollu ta' tmien stati membri u anke hawn b'differenzi fejn tidhol kwalità. Sabiex jigi eliminat is-suspett tal- kancer hemm bzonn ta' azzjoni malajr: Fil-futur il-pazjenti nisa ser jircievu d-djanjozi taghhom bejn wiehed u iehor f' hamest' ijiem tax-xoghol. Skond ir-rizultati ta' "Il-Kancer tas-Sider" it-trattament irid jibda mill-anqas wara erba' gimghat u dan f'centri specjalizzati fis-sider minn tim ta' esperti.

Barra minn hekk il-Membri tal-Parlament Ewropew qed jitolbu li l-UE u l-Istati Membri jinvestu b'aktar qawwa fir-ricerka ta' kawzi tal-marda u ta' terapiji godda. Skond ix-xewqa tal-Membri tal-Parlament Ewropew fil-futur ghandhom jibdew jinzammu registri nazzjonali tal- kancer mal-Ewropa kollha, peress li mhux l-Istati Membri kollha ghandhom, u jigu mghejjuna r-ricerkaturi fil- gabra ta' data. Barra minn hekk il-Membri tal- Parlament Ewropew iridu aktar drittijiet ghall-pazjenti: Dawn ghandhom jigu infurmati b'mod aktar shih, jkollhom sehem fl-ghazla tat-terapija taghhom u jkunu jistghu jitolbu konsulta ma' specjalista iehor.


  
Relaturi:
  
Il-Programm DAPHNE II 2004-2008: niggieldu l-vjolenza fuq it-tfal, zghazagh u nisa: Lissy Gröner ( PES, D)
Is-Sahha u d-drittijiet sesswali u riproduttivi: Anne Van Lancker ( PES, B)
Il-Kancer tas- Sider fl- Unjoni Ewropea: Karin Jöns ( PES, D)
L-Organizzazjoni Dinija Tas-Sahha( Sahhet in- nisa)
Il-Programm DAPHNE
  
Gazzetta Ufficjali – atti finali:
  
Il-Programm Daphne II 2004-2008 : niggieldu l-vjolenza fuq it-tfal, zghazagh u nisa - procedura ghadha ma ntemmitx
Is-Sahha u d-drittijiet sesswali u riproduttivi – test adottat mill-Parlament.
Il-Kancer tas- Sider fl- Unjoni Ewropea – test adottat mill- Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004