Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniggis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iz-zjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniggis bil-hsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u c-celloli umani
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Environmental Policy


Inqas skart ta' apparat ta' l-elettriku u ta' l-elettronika - u l-fabbrikant ihallas

Qeghda tinbena muntanja ta' skart ta' appart ta' l-elettriku u ta' l-elettronika madwar l-Ewropa kollha. Kull konsumatur jiggenera medja ta' 16-il kg ta' dan l-iskart fis-sena, li jammonta ghal sitt miljun tunnellata kull sena madwar l-Ewropa. Dan huwa rimi enormi ta' rizorsi. Huwa wkoll perikolu ambjentali kbir: apparat ta' l-elettriku u taghmir elettroniku fihom metalli tqal u sostanzi organici ta' tniggis li huma tossici hafna. Taht il-ligijiet il-godda ta' l-UE, il-fabbrikanti issa ghandhom ihallsu ghall-gbir u ghar-rimi ta' dawn l-oggetti.

Miljuni ta' towsters, kompjuters, kukers, radji u televizjonijiet antiki jiffurmaw l-aktar nixxiegha li qeghda tikber malajr fl-UE - kemm jekk jittiehdu f'mizbla municipali, mormija f'ghalqa jew sempliciment mormija f'barmil taz-zibel fl-ahhar tal-hajja qasira taghhom.
F'Dicembru 2002, il-Parlament Ewropew approva zewg direttivi godda mfassla sabiex jiggieldu l-munzell dejjem jikber ta' skart ta' apparat ta' l-elettriku u ta' l-elettronika. Il-MPE insistew fuq li jaghmlu l-abbozz tal-legislazzjoni aktar strett, fuq kollox billi jaghmlu zgur li produtturi individwali jhallsu l-ispejjez ta' l-ipprocessar ta' l-iskart iggenerat mill-prodotti taghhom stess. Izda, l-konsumaturi wkoll sejjer ikollhom responsabilitajiet godda.

Il-fabbrikant ihallas

Grazzi ghall-Parlament, l-Istati Membri ghandhom jizguraw li l-fabbrikanti jhallsu l-ispiza tal-gbir, irkupru u riciklagg ta' skart ta' apparat ta' l-elettriku u ta' l-elettronika ggenerat mill-prodotti taghhom stess. Dan ifisser, bhala ezempju, li l-konsumaturi jkunu jistghu jiddepositaw apparat ta' l-elettriku antik minghajr hlas f'facilitajiet ta' gbir fid-distrett taghhom. Il-produtturi ghandhom igarrbu l-ispejjez tat-thaddim ta' dawn il-postijiet ta' gbir kif ukoll l-ispiza tar-riciklagg jew ta' l-irkupru sussegwenti. Izda, sejrin ikunu jistghu jaghzlu bejn li jamministraw il-facilitajiet taghhom jew li jinghaqdu fi skemi ta' gbir.

L-ispiza tal-gbir ta' prodotti mpoggija ghall-bejgh sa tletin xahar wara li tidhol fis-sehh din id-Direttiva ("skart storiku") sejra tinqasam bejn il-produtturi li jkunu ghadhom ezistenti meta jintalbu l-ispejjez ghar-rimi ta' l-iskart, kif mitlub mill-Parlament. Il-fabbrikanti sejrin jikkontribwixxu ghall-ispejjez fi proporzjon ghas-sehem taghhom tas-suq ghal kull tip ta' apparat.

Skart orfni

Meta fabbrikanti jew importaturi ta' oggetti ta' l-elettriku jkunu fallew jew ma jibqghux traccabbli, ma jibqa' hadd min jiehu r-responsabilità diretta ghall-appart mormi taghhom. Sabiex isir il-hlas ghall-gbir u ghar-rimi ta' dawn "il-prodotti orfni", il-Parlament insista fuq garanziji bil-quddiem mill-fabbrikanti sabiex kwalunkwe spejjez minn skart bhal dan ma jaqax fuq il-fabbrikanti li jibqa' jew fuq is-socjetà in generali. Dawn il-garanziji jistghu jiehdu l-forma ta' assikurazzjoni ta' riciklagg, kont tal-bank iffrizat jew kontribuzzjoni ghal skema li taghti fondi ghall-gestjoni ta' dan l-iskart.

Il-Parlament ghamel zgur li l-fabbrikanti ma jkunux jistghu iduru mar-regoli tar-riciklagg permezz tad-disinn tal-prodotti taghhom, ezempju billi joholqu prodotti b' "chips intelligenti" sabiex ma jkunux jistghu jigu riciklati (ez. cartridges ta' l-inka ghall-printers). Barra minn hekk, gew introdotti regoli stretti li jizguraw li l-apparat jigi mmarkat sabiex jigi identifikat il-fabbrikant fuq l-insistenza tal-MPE, minhabba li l-ittikkettjar huwa c-cavetta li tizgura li s-sistema tahdem. Metalli tqal u ritardanti ta' fjammi tossici wzati fil-fabbrikazzjoni ta' apparat ghandhom jigu aboliti ghal kollox minn Lulju 2006.

Mira obbligatorja ghall-gbir ta' l-iskart

Stati Membri ghandhom jizguraw li tingabar medja ta' ghallinqas erba' kilogrammi ta' skart ta' apparat ta' l-elettriku u elettroniku ghal kull abitant fis-sena minn djar privati sa l-ahhar ta' l-2006. Din il-figura hija obbligatorja, milli volontarja, minhabba l-pressjoni mill-Parlament biss. Mira obbligatorja gdida sejra tigi stabbilita sa l-ahhar ta' l-2008.

Ir-responsabilitajiet tal-konsumatur

Il-konsumaturi ghandhom jaqsmu l-piz tas-sehem taghhom tar-responsabilità ghall-prodotti li huma jixtru: sejrin ma jithallewx jarmu apparat ta' l-elettriku u apparat elettroniku billi jhalltuh ma' skart tad-dar ordinarju.

L-Istati Membri ghandhom jiehdu l-mizuri sabiex jizguraw dawn l-arrangamenti kollha. Sejrin ikunu jistghu jimponu penali lil perusni li ma jobdux dawn ir-regoli l-godda - produtturi u konsumaturi bl-istess mod.

Fl-ahhar, ta' min wiehed jenfasizza li organizzazzjonijiet li jirraprezentaw l-industrija, kif ukoll korpi tal-konsumaturi u ambjentali, taw appogg pubbliku kbir lit-talbiet fl-ahhar mill-ahhar ta' success tal-Parlament ghal fabbrikanti individwali sabiex ihallsu ghall-ispejjez ta' gbir u ta' riciklagg u ghal produtturi sabiex jipprovdu garanziji bil-quddiem sabiex jiffaccjaw il-problema ta' l-iskart orfni.



  
Relatur:
  
>  Apparat ta’ l-elettriku u elettroniku ta’ skart (WEEE): Karl-Heinz Florenz (EPP-ED, D)
  
Restrizzjoni ta’ sostanzi ta’ perikolu (RoHS): Karl-Heinz Florenz (EPP-ED, D)
  
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>   Apparat ta’ l-elettriku u elettroniku ta’ skart (WEEE)
>   Restrizzjoni ta’ sostanzi ta’ perikolu (RoHS)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004