Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniggis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iz-zjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniggis bil-hsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u c-celloli umani
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Environmental Policy


Skart ta’ l-ippakkjar – il-prevenzjoni hija ahjar mill-kura

Fl-2001, bit-tkabbir ta' l-EU fuq ix-xefaq, l-UE ddecidiet li taggorna d-Direttiva ta’ l-1994 dwar l-Iskart ta’ l-Ippakkjar biex tevita l-iskart ta’ l-ippakkjar u sabiex tinkoraggixxi modi kif materjal mhux ipprocessat li jinsab fih jerga' jintuza. Gew introdotti miri ambizzjuzi godda ta’ reciklagg. Il-Parlament Ewropew kieku xtaq li l-miri l-godda jidhlu fis-sehh qabel. Hu rnexxilu jiggarantixxi li l-legislazzjoni riveduta taghmel enfasi aktar qawwija fuq il-prevenzjoni.

L-iskart ta’ l-ippakkjar illum jirraprezenta madwar 20% tal-piz u 40% tal-volum ta’ l-iskart municipali, li hafna minnu jispicca f’incineraturi jew f'mizbliet. Il-politika ta’ l-ippakkjar li tnaqqas l-iskart mhux biss tikkontribwixxi ghal ambjent aktar nadif imma wkoll tista’ tghin l-ekonomija billi tnaqqas il-prezzijiet tal-produzzjoni u anke tistimula l-holqien tax-xoghol fl-industriji ta’ rkupru u reciklagg.

Id-direttiva l-gdida, li dahlet fis-sehh fi Frar 2004, tippermetti li l-Istati Membri jiddeciedu huma stess kif ghandhom jilhqu l-miri taghhom u b’hekk kif jaqsmu r-responsabbiltà bejn l-industrija u l-awtoritajiet pubblici. Huwa zgur li hafna industriji sejrin jigu affettwati, minhabba li hafna prodotti huma ppakkjati. Il-miri l-aktar stretti japplikaw ghal ippakkjar li fih l-azzar, injam, hgieg, plastik jew karta.

Reciklagg u rkupru

Ir-reciklagg u l-irkupru huma zewg metodi relatati mill-qrib ta’ kif wiehed jiehu hsieb l-iskart ta’ l-ippakkjar. Interpretazzjoni wiesa’ tal-kelma reciklagg tfisser ipprocessar biex l-iskart jinbidel lura ghall-istess materjal originarju jew ghall-materjal iehor (ez. karti f’karti; karti f’kompost). L-irkupru huwa reciklagg u rkupru ta’ energija, bhal per ezempju uzu ta' l-iskart bhala fjuwil ghall-kalkara tas-siment.
F’dak li ghandu x’jaqsam mar-reciklagg, il-legislazzjoni riveduta ssejjah ghal zjieda sostanzjali fil-mira generali meta mqabbla mad-Direttiva ta' l-1994. Infatti, hi tgholli l-mira minima ghal kull Stat Membru minn 25% ghal 55% ta’ l-iskart ta’ l-ippakkjar totali tieghu. Din il-mira ta' 55% ghandha tintlahaq sal-31 ta' Dicembru 2008. Barra minhekk hemm ukoll miri minimi ghar-reciklagg ta’ materjal specifiku li jinstab fi skart bhal dan, li wkoll iriedu jintlahqu sa l-istess data. Dawn huma 60% skond il-piz ghall-hgieg, 60% ghall-karti u kartun, 50% ghall-metalli, 22.5% ghall-plastik u 15% ghall-injam. Flimkien ma’ dan, l-Istati Membri ghandhom jiehdu passi biex jinkoraggixxu l-manifattura ta’ l-ippakkjar u prodotti ohra biex juzaw materjal maghzul mill-iskart ta’ l-ippakkjar.

F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ rkupru, id-direttiva l-gdida thalli l-istess mira minima li kienet stabbilita fid-Direttiva ta' l-1994. Dan ifisser li sal-31 ta’ Dicembru 2008, kull Stat Membru jkun mehtieg li jirkupra mill-anqas 60% skond il-piz ta’ l-iskart ta’ ippakkjar tieghu.
Il-ligi l-gdida ticcara d-definizzjoni ta’ "rkupru" sabiex tinkludi l-hruq ta’ skart ta’ l-ippakkjar f’impjanti ta’ incinerazzjoni b’facilitajiet ta’ rkupru ta’ energija li jaghzlu u li juzaw energija li hija prodott sekondarju ta’ l-incinerazzjoni. Il-Qorti tal-Gustizzja ta’ l-UE kienet hadet decizjoni li l-hruq ta’ skart ma setax jigi meqjus bhala parti mill-miri ta’ rkupru tad-Direttiva ta’ l-Iskart ta’ l-Ippakkjar izda jrid jigi meqjus purament bhala rimi ta’ skart, anke jekk bhala rizultat ta’ dan kienet iggenerata l-energija.

Biex jassigura li l-Istati Membri ma jdurux mar-regoli billi jesportaw l-iskart taghhom lejn pajjizi li mhumiex fl-UE bi standards ambjentali aktar baxxi, il-Parlament zied klawsola fil-legislazzjoni li tistipula li l-iskart ta’ l-ippakkjar esportat mill-UE jista’ jigi meqjus biss ghall-miri jekk min jesporta jista’ jaghti prova li l-operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ reciklagg li ntuzat tissodisfa l-kundizzjonijiet li huma ekwivalenti ta’ dawk li huma stipulati fil-ligi ta’ l-UE.

Prevenzjoni – aktar ippakkjar li jista' jigi riciklat

Il-Parlament rnexxielu wkoll li jzomm il-qofol ta' l-attenzjoni tar-revizjoni tad-Direttiva ta’ l-Ippakkjar fuq il-prevenzjoni, jigifieri zamm l-istess principju ewlieni tal-legislazzjoni ta’ l-1994 – aktar milli miri godda ta’ reciklagg kif fil-bidu nett kienet ipproponut mill-Kummissjoni. Bhala rizultat tas-suggeriment tal-Parlament, dawk li jipproducu jridu jkunu aktar responsabbli biex inaqqsu l-impatt ambjentali ta’ l-ippakkjar taghhom.

Il-MPE insistew ukoll li l-Kummissjoni ghandha thejji rapport sa Gunju 2005 fuq l-impatt tad-Direttiva. Ir-rapport ghandu jhares lejn modi kif il-prevenzjoni ta’ l-iskart ta’ l-ippakkjar issir aktar semplici u aktar effettiva u wkoll tipparaguna l-ispejjes u l-beneficcji ta’ dak l-ippakkjar li jerga’ jintuza ma r-reciklagg.

Imma x’jghodd bhala ippakkjar?

Fl-Istati Membri kien hemm interpretazzjonijiet li jvarjaw tad-Direttiva ta' l-1994, specjalment fuq id-defenizzjonijiet ta’ ippakkjar. Ghalhekk il-legislazzjoni reveduta taghmel distinzjoni aktar cara bejn "ippakkjar" u "dak li mhux ippakkjar", u telenka lista ta' ezempji. Kaxxi tal-helu u karti tal-plastik madwar kaxxa tas-CD huma meqjusa bhala ippakkjar, imma kaxxi ta’ l-ghodda, boroz zghar tat-tè, saffi tax-xama’ madwar il-gobon, il-glud taz-zalzett u qsari tal-fjuri "li huma intenzjonati li jibqghu mal-pjanta tul hajjitha kollha" mhumiex. Il-MPE irnexxielhom iggibu impenn biex tigi riveduta l-lista ta’ l-ezempji mill-Kummissjoni, u tinghata priorità lill-klassifikazzjoni ta’ l-oggetti fil-lista bhall-kaxxi tas-CD u tal-video, qsari tal-fjuri, rollijiet tat-toilet paper, tikketti li jitwahhlu u karti ghat-tgezwir ta’ pakketti. Dan ghandu jipprovidi aktar carezza fil-futur lill-industriji kkoncernati.

Ezenzjonijiet

Il-legislazzjoni l-gdida thalli ammont ta’ flessibilità fuq id-dati mmirati ta’ rkupru u ta’ reciklagg, minhabba li xi Stati Membri jkollhom diffikultà biex jilhqu l-miri fi zmien qasir. Il-Grecja, bil-hafna gzejjer taghha, l-Irlanda biz-zoni rurali u ta’ muntanji taghha, u l-Portugall, fejn il-konsum ta’ l-ippakkjar huwa baxx hafna, kollha nghataw estenzjoni ghall-irkupru u r-reciklagg sa l-ahhar tal-2011, minflok sa l-2008.

Fl-ahhar nett, bhala rizultat ta' pressjoni mill-Parlament intlahaq qbil sabiex l-Istati Membri l-godda jigu moghtija estensjonijiet fuq id-dati mmirati fuq il-bazi tax-xewqat li huma kienu digà ressqu: 2012 ghal Cipru, ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, l-Islovakkja u l-Islovenja; 2013 ghal Malta; 2014 ghall-Polonja u 2015 ghal-Latvja.



  
Rapporteurs
  
>  Ippakkjar u skart ta’ l-ippakkjar: Dorette Corbey (PES, NL)
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
>  Ippakkjar u skart ta’ l-ippakkjar

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004