|
Sa mill-holqien tal-Komunitajiet Ewropej, il-Parlament Ewropew ha hsieb illi jiddefendi l-flus tac-cittadin permezz tat-twaqqif ta’ bagit responsabbli u ra l-kompetenzi tieghu jitwessghu bil-mod il-mod. Sa mill-ahhar tas-snin tmenin, il-konfrontazzjonijiet bejn il-Kunsill (l-Istati) u l-Parlament taw posthom ghal negozjati aktar pacifici li permezz taghhom il-Parlament jikkontrolla aktar id-decizjonijiet politici ta’ l-Unjoni. Skond il-progett ta’ Kostituzzjoni futura, il-poteri bagitarji tal-PE ghandhom jizdiedu aktar fis-snin li gejjin.
Bid-dahla ta’ ghaxar Stati Membri godda, l-ammont totali tal-bagit tal-Komunità se jwassal, ghall-ewwel darba fl-istorja ta’ l-Unjoni, ghal ghatba simbolika : it-targa tal-100 biljun euro. Dan l-ammont huwa komparabbli ghat-total ta’ l-ispiza pubblika ta’ pajjiz bhad-Danimarka. Il-Parlament Ewropew, min-naha tieghu, jassorbi 1% tal-bagit ta’ l-Unjoni. L-ispiza ghat-thaddim tal-PE hija daqs dik tal-Kamra tad-Deputati ta’ l-Italja jew daqs terz tal-bagit tal-Ville de Paris.
Il-parti l-kbira tal-bagit Ewropew huwa ffinanzjat minn tlett rizorsi principali : il-kontribuzzjonijiet diretti ta’ l-Istati Membri fi proporzjon ghall-prodott gross domestiku taghhom (PGD), it-taxxa tal-VAT u d-drittijiet doganali migburin mal-fruntjieri esterni ta’ l-Unjoni.
Sa mill-ahhar tas-snin 1980, qafas multi-annwali jiffissa l-ghola limitu ta’ nfiq skond is-setturi. Huwa hadem l-aktar, dak iz-zmien, sabiex jikkontrolla ahjar l-evoluzzjoni fuq medda ta’ zmien medju ta’ certu spejjez, b’mod partikolari fis-settur agrikolu. Dan huwa dak li jissejjah ‘il-prospetti finanzjarji‘, li gej minn qbil bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni. Ezempju, il-bagit ta’ l-2004 jaqa’ ghalhekk, taht il-qafas generali tal-prospetti finanzjarji 2000-2006 li kienu gew addattati sabiex ikopru l-ispejjez godda li kellhom x’jaqsmu mat-tkabbir. Ghalhekk fl-2006 ser ikollu jigi nnegozjat qafas multiannwali gdid, sabiex ikopri l-ispejjez tas-snin ta’ wara. B’mod generali, iz-zewg ferghat ta’ l-awtroità bagitarja – il-Parlament u l-Kunsill – ftehmu f'dawn l-ahhar snin illi jzommu n-nefqa taht il-limiti previsti ghall-qafas multiannwali.
Il-procedura bagitarja annwali
Kull sena, il-Kummissjoni tipproponi abbozz tal-bagit annwali li jaqa’ taht il-qafas tal-prospetti finanzjarji. L-ispejjez huma maqsumin skond is-setturi ta’ l-attività ta’ l-Unjoni. Hemm zewg kategoriji ta’ nfiq. L-infiq imsejjah ‘obbligatorju’ jigi mit-trattati; dan huwa l-ghajnuna ghall-prezzijiet agrikoli (garanziji FAEGG), infiq agrikolu strutturali (orjentazzjoni FAEGG), il-politika tas-sajd u certa ghajnuna ghall-izvilupp. Permezz ta’ l-ahjar kontroll ta’ l-infiq agrikolu, dan l-infiq obbligatorju, illum, jirraprezenta inqas min-nofs il-bagit generali. Il-Kunsill ghandu l-ahhar kelma f’din il-parti tal-bagit.
Minn naha l-ohra, huwa l-Parlament li ghandu l-ahhar kelma dwar l-infiq imsejjah ‘mhux obbligatorju’ li t-tqassim tieghu jista’ ghalhekk jirrifletti aktar il-prijoritajiet politici tad-deputati. Dan l-infiq illum jirrapprezenta 55% tal-bagit generali u jkopri l-fondi socjali u regjonali, l-energija, ir-ricerka, it-trasport, l-ghajnuna ghall-izvilupp, l-ambjent, l-edukazzjoni u l-kultura. Minbarra li ghandu poter sinnifikanti li jinfluwenza t-tqassim tal-krediti, huwa wkoll il-Parlament li jadotta b’mod definittiv il-bagit. Jista’ wkoll ma jaccettahx. La darba stabbilit, il-bagit jigi amministrat mill-Kummissjoni, bil-hsieb kostanti li jilhaq l-ahjar efficjenza fl-ispiza tal-Komunità u taht il-kontroll tal-Parlament (ara d-dossier taghna ‘Kontroll li l-flus ta’ min ihallas it-taxxi jintnefqu tajjeb’).
Jaqbez ghac-cittadin
Il-Parlament wera prova wkoll tad-disponibbilità tieghu illi jghin lic-cittadin fiz-zmien ta’ l-aktar krizijiet gravi li laqtu lill-Ewropa dawn l-ahhar snin. B’mod car, dan kien il-kaz fl-2002 meta gharghar kbar ghamlu herba minn regjuni shah. Il-Germanja, l-Awstrija, Franza, u r-Repubblika Ceka talbu u hadu ghajnuna minn Fond ta’ solidarjetà, mahluq malajr b'mod specjali f’din l-okkazjoni sabiex ikunu jistghu jigu ffaccjati l-katastrofi naturali. Fuq spinta mill-Parlament, il-limitu ta’ dan il-Fond ittella’ ghal biljun euro, li huwa d-doppju tal-proposta tal-bidu tal-Kunsill. Dan il-Fond intuza wkoll wara l-effetti dizastruzi tal-mewga ta’ shana ta’ l-2003.
Bl-istess mod, il-Parlament wera ruhu attent ghall-problemi li ghandhom x’jaqsmu mal-mard ta’ l-annimali u l-impatt taghhom fuq is-sahha tal-bniedem. Ghalhekk, fl-2001, id-deputati approvaw envelop ta’ 971 miljun euro sabiex jigu ffaccjati l-ispejjez relatati mal-‘mad cow’. Wara din l-esperjenza, il-Parlament, kull sena, waqt il-preparazzjoni tal-bagit, jiehu hsieb li jigu kkunsidrati l-kwistjonijiet tas-sigutà alimentari fil-bagit generali ta’ l-Unjoni.
Mhabbra rivoluzzjoni
Il-Parlament Ewropew ilu jaspira ghal diversi snin ghal riforma qawwija fill-procedura bagitarja li skond huwa, ghandha tkun ibbazata fuq il-procedura ta’ ko-decizjoni u ghandha tnehhi d-distinzjoni bejn l-ispejjez obbligatorji u dawk mhux obbligatorji. Il-Konvenzjoni ghall-futur ta’ l-Ewropa u l-progett ta’ Trattat kostituzzjonali li din ipprezentat jirrispondu ghal dawn iz-zewg xewqat. Il-bagit annwali ghandu, fil-futur, jigi adottat b’mod kongunt mill-Parlament u mill-Kunsill skond procedura ta’ ko-decizjoni bagitarja gdida. F’kaz ta’ nuqqas ta’ qbil, il-PE ghandu jkollu l-ahhar kelma fuq it-totali tan-nefqa.
Fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, dan jigi deciz bil-maggoranza kwalifikata tal-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Parlament. Madankollu, l-unanimità tal-Kunsill sejra tibqa' mitluba ghall-ewwel qafas finanzjarju ta’ wara d-dhul fis-sehh tal-Kostituzzjoni futura.
|