Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet għall-PE
L-organizzazzjoni
u t-tħaddim tal-PE
Id-deċizjoni konġunta
u proċeduri oħra
Is-setgħat baġitarji
Il-kontroll baġitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politiċi Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stħarriġ
Istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Members - Committee on Budgets
> Fighting against fraud
> James Elles MEP on Budget


Il-Kompetenzi baġitarji tal-PE

Sa mill-ħolqien tal-Komunitajiet Ewropej, il-Parlament Ewropew ħa ħsieb illi jiddefendi l-flus taċ-ċittadin permezz tat-twaqqif ta’ baġit responsabbli u ra l-kompetenzi tiegħu jitwessgħu bil-mod il-mod. Sa mill-aħħar tas-snin tmenin, il-konfrontazzjonijiet bejn il-Kunsill (l-Istati) u l-Parlament taw posthom għal negozjati aktar paċifiċi li permezz tagħhom il-Parlament jikkontrolla aktar id-deċiżjonijiet politiċi ta’ l-Unjoni. Skond il-proġett ta’ Kostituzzjoni futura, il-poteri baġitarji tal-PE għandhom jiżdiedu aktar fis-snin li ġejjin.

Bid-daħla ta’ għaxar Stati Membri ġodda, l-ammont totali tal-baġit tal-Komunità se jwassal, għall-ewwel darba fl-istorja ta’ l-Unjoni, għal għatba simbolika : it-tarġa tal-100 biljun euro. Dan l-ammont huwa komparabbli għat-total ta’ l-ispiża pubblika ta’ pajjiż bħad-Danimarka. Il-Parlament Ewropew, min-naħa tiegħu, jassorbi 1% tal-baġit ta’ l-Unjoni. L-ispiża għat-tħaddim tal-PE hija daqs dik tal-Kamra tad-Deputati ta’ l-Italja jew daqs terz tal-baġit tal-Ville de Paris.

Il-parti l-kbira tal-baġit Ewropew huwa ffinanzjat minn tlett riżorsi prinċipali : il-kontribuzzjonijiet diretti ta’ l-Istati Membri fi proporzjon għall-prodott gross domestiku tagħhom (PGD), it-taxxa tal-VAT u d-drittijiet doganali miġburin mal-fruntjieri esterni ta’ l-Unjoni.

Sa mill-aħħar tas-snin 1980, qafas multi-annwali jiffissa l-għola limitu ta’ nfiq skond is-setturi. Huwa ħadem l-aktar, dak iż-żmien, sabiex jikkontrolla aħjar l-evoluzzjoni fuq medda ta’ żmien medju ta’ ċertu spejjeż, b’mod partikolari fis-settur agrikolu. Dan huwa dak li jissejjaħ ‘il-prospetti finanzjarji‘, li ġej minn qbil bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni. Eżempju, il-baġit ta’ l-2004 jaqa’ għalhekk, taħt il-qafas ġenerali tal-prospetti finanzjarji 2000-2006 li kienu ġew addattati sabiex ikopru l-ispejjeż ġodda li kellhom x’jaqsmu mat-tkabbir. Għalhekk fl-2006 ser ikollu jiġi nnegozjat qafas multiannwali ġdid, sabiex ikopri l-ispejjeż tas-snin ta’ wara. B’mod ġenerali, iż-żewġ fergħat ta’ l-awtroità baġitarja – il-Parlament u l-Kunsill – ftehmu f'dawn l-aħħar snin illi jżommu n-nefqa taħt il-limiti previsti għall-qafas multiannwali.

Il-proċedura baġitarja annwali

Kull sena, il-Kummissjoni tipproponi abbozz tal-baġit annwali li jaqa’ taħt il-qafas tal-prospetti finanzjarji. L-ispejjeż huma maqsumin skond is-setturi ta’ l-attività ta’ l-Unjoni. Hemm żewġ kategoriji ta’ nfiq. L-infiq imsejjaħ ‘obbligatorju’ jiġi mit-trattati; dan huwa l-għajnuna għall-prezzijiet agrikoli (garanziji FAEGG), infiq agrikolu strutturali (orjentazzjoni FAEGG), il-politika tas-sajd u ċerta għajnuna għall-iżvilupp. Permezz ta’ l-aħjar kontroll ta’ l-infiq agrikolu, dan l-infiq obbligatorju, illum, jirrapreżenta inqas min-nofs il-baġit ġenerali. Il-Kunsill għandu l-aħħar kelma f’din il-parti tal-baġit.

Minn naħa l-oħra, huwa l-Parlament li għandu l-aħħar kelma dwar l-infiq imsejjaħ ‘mhux obbligatorju’ li t-tqassim tiegħu jista’ għalhekk jirrifletti aktar il-prijoritajiet politiċi tad-deputati. Dan l-infiq illum jirrappreżenta 55% tal-baġit ġenerali u jkopri l-fondi soċjali u reġjonali, l-enerġija, ir-riċerka, it-trasport, l-għajnuna għall-iżvilupp, l-ambjent, l-edukazzjoni u l-kultura. Minbarra li għandu poter sinnifikanti li jinfluwenza t-tqassim tal-krediti, huwa wkoll il-Parlament li jadotta b’mod definittiv il-baġit. Jista’ wkoll ma jaċċettahx. La darba stabbilit, il-baġit jiġi amministrat mill-Kummissjoni, bil-ħsieb kostanti li jilħaq l-aħjar effiċjenza fl-ispiża tal-Komunità u taħt il-kontroll tal-Parlament (ara d-dossier tagħna ‘Kontroll li l-flus ta’ min iħallas it-taxxi jintnefqu tajjeb’).

Jaqbeż għaċ-ċittadin

Il-Parlament wera prova wkoll tad-disponibbilità tiegħu illi jgħin liċ-ċittadin fiż-żmien ta’ l-aktar kriżijiet gravi li laqtu lill-Ewropa dawn l-aħħar snin. B’mod ċar, dan kien il-każ fl-2002 meta għargħar kbar għamlu ħerba minn reġjuni sħaħ. Il-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, u r-Repubblika Ċeka talbu u ħadu għajnuna minn Fond ta’ solidarjetà, maħluq malajr b'mod speċjali f’din l-okkażjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati l-katastrofi naturali. Fuq spinta mill-Parlament, il-limitu ta’ dan il-Fond ittella’ għal biljun euro, li huwa d-doppju tal-proposta tal-bidu tal-Kunsill. Dan il-Fond intuża wkoll wara l-effetti diżastrużi tal-mewġa ta’ sħana ta’ l-2003.

Bl-istess mod, il-Parlament wera ruħu attent għall-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-mard ta’ l-annimali u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, fl-2001, id-deputati approvaw envelop ta’ 971 miljun euro sabiex jiġu ffaċċjati l-ispejjeż relatati mal-‘mad cow’. Wara din l-esperjenza, il-Parlament, kull sena, waqt il-preparazzjoni tal-baġit, jieħu ħsieb li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet tas-sigutà alimentari fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni.

Mħabbra rivoluzzjoni

Il-Parlament Ewropew ilu jaspira għal diversi snin għal riforma qawwija fill-proċedura baġitarja li skond huwa, għandha tkun ibbażata fuq il-proċedura ta’ ko-deċiżjoni u għandha tneħħi d-distinzjoni bejn l-ispejjeż obbligatorji u dawk mhux obbligatorji. Il-Konvenzjoni għall-futur ta’ l-Ewropa u l-proġett ta’ Trattat kostituzzjonali li din ippreżentat jirrispondu għal dawn iż-żewġ xewqat. Il-baġit annwali għandu, fil-futur, jiġi adottat b’mod konġunt mill-Parlament u mill-Kunsill skond proċedura ta’ ko-deċiżjoni baġitarja ġdida. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-PE għandu jkollu l-aħħar kelma fuq it-totali tan-nefqa.

Fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, dan jiġi deċiż bil-maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Parlament. Madankollu, l-unanimità tal-Kunsill sejra tibqa' mitluba għall-ewwel qafas finanzjarju ta’ wara d-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni futura.



  
Relaturi:
  
>  Bagit ta' l-2000 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea): Jean-Louis Bourlanges (EPP-ED, F)
>  Bagit ta' l-2000 (Taqsimiet ohra tal-bagit): Kyösti Tapio Virrankoski (ELDR, FIN)
>  Bagit ta' l-2001 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea): Jutta Haug (PES, D)
>  Bagit ta' l-2001 (Taqsimiet ohra tal-bagit): Markus Ferber (EPP-ED, D)
>  Bagit ta' l-2002 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea): Carlos Costa Neves (EPP-ED, P) - no longer a MEP
>  Bagit ta' l-2002 (Taqsimiet ohra tal-bagit): Kathalijne Maria Buitenweg (Greens/EFA, NL)
>  Bagit ta' l-2003 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea): Göran Färm (PES, S)
>  Bagit ta' l-2003 (Taqsimiet ohra tal-bagit): Per Stenmarck (EPP-ED, S)
>  Bagit ta' l-2004 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea): Jan Mulder (ELDR, NL)
>  Bagit ta' l-2004 (Taqsimiet ohra tal-bagit): Neena Gill (PES, UK)
  
Forom ta’ procedura :
  
>  Bagit ta' l-2000 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2000 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2001 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2001 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2002 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2002 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2003 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2003 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2004 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2004 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Bagit ta' l-2000 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2000 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2001 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2001 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2002 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2002 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2003 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea)
>  Bagit ta' l-2003 (Taqsimiet ohra tal-bagit)
>  Bagit ta' l-2004 (Taqsima III tal-bagit - Kummissjoni Ewropea) - ghadhom mhux disponibbli
>  Bagit ta' l-2004 (Taqsimiet ohra tal-bagit) - ghadhom mhux disponibbli

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004