Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet ghall-PE
L-organizzazzjoni
u t-thaddim tal-PE
Id-decizjoni kongunta
u proceduri ohra
Is-setghat bagitarji
Il-kontroll bagitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politici Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stharrig
Istituzzjonijiet ohra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> A more accountable Europe


Kontrolli mill-Parlament Ewropew - Necessità Demokratika

Ir-Rizenja tal-Kummisjoni Ewropea taht Jacques Santer fl-1999 u l-affari tal- Eurostat fl-2003 regghu gibdu l-attenzjoni fuq l-importanza tar-rwol ta' kontroll tal-Parlament Ewropew. Dawn iz-zewg kazi wrew kif il-membri parlamentari isegwu b'mod kritiku x-xoghol tal-Unjoni Ewropea u fuq kollox jissorveljaw il- Kummissjoni.

Il-funzjoni ta' "kontroll tal-bagit" li l-membri parlamentari ezercitaw fil-kas ta' suspett ta' mmanigjar hazin fl-Awtorità ta' l-Istatistika, l-Eurostat, huwa dritt klassiku tal-parlamentari. Mill-bidu ta' l-unifikazzjoni Ewropea, il-parlamentari ta' l-Ewropa akkwistaw dejjem aktar drittijiet ta' kontroll.

Mistoqsijiet bil-miktub u bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiehdu hafna mill-hin tal-gurnata ta' xoghol parlamentari. Barra min hekk, kull xahar ikun hemm siegha ghal mistoqsijiet sew lill-Kunsill u sew lill-Kummissjoni. B'hekk il-membri parlamentari jkunu jistghu jaraw kif jahsbuha l-mexxeja tal-Unjoni Ewropea. Mis-sena 2000 sa l-ahhar tal-2003 il-membri parlamentari ghamlu aktar minn 20,000 mistoqsija, l-bicca l-kibra minhom kienu bil-miktub.

Il-membri parlamentari jistghu jwaqqfu kumitati investigattivi sabiex jezaminaw ksur tal-ligi komunitarja. Kien b'risultat ta'dawn il-kumitati li twaqqfet l-Agencija Veterinarja ta' l-UE wara l-krizi tal-"Mad Cow Disease" u b'rabta mal-kontroll tal-bagit li twaqqfet l-Awtorita' kontra l-Frodi, l-OLAF.

Il-Vot ta' Sfiducja: L-Arma l-aktar b'sahhitha tal-Membri Tal-Parlament Ewropew

"Il-possibilità tad-deputati biex jezercitaw l-kontroll fuq il-politika ordinarja hija sostenuta bl-arma l-aktar b'sahhitha li ghandhom il-membri parlamentari: Jekk is-sitwazzjoni tkun gravi hafna, huma jistghu bil-vot ta' sfiducja taghhom jgieghlu lill-kullegg kollu tal-Kummissjoni Ewropea jirrizenja. S'issa tressqu sebgha mozzjonijiet ta' sfiducja ghalkemm l-ebda wahda ma giet approvata. Biex tkun approvata tali mozzjoni li twassal ghat-tmiem tal-Kummissjoni hemm bzonn ta' maggoranza ta' zewg terzi tal-voti mitfugha u l-maggoranza tal-Kamra. Il-membri parlamentari m'ghandhomx il-possibiltà, ghalkemm din il-possibiltà qed tkun aktar rikjesta, li jgieghlu jirrizenja kummissarju wiehed biss jew il-President tal-Kummissjoni. Però l-President tal-Kummissjoni Romano Prodi waqt il-hatra tieghu fl-1999, wieghed lill-Parlament li f'kaz li dan jitlef il-fiducja f'membru tal-kummisjoni, huwa jikkonsidra t-tkeccija tieghu."

L-Ebda Kummissjoni minghajr l-approvazzjoni tal-Parlament

Pass wara pass, trattat wara trattat, il-Parlament Ewropew wessa' u sahhah il-funzjoni ta' kontroll tieghu. Digà mill-1981, il-Kummisjoni kienet kwazi tinghata l-hatra mill-Parlament. Ghall-ewwel dan kien issir b'mod informali, fis-sens li l-membri parlamentari kienu jesprimu ruhhom fuq il-programm tal-Kummissjoni. Imbghad, mill-1993 meta gie fis-sehh it-Trattat ta' Maastricht, il-President tal-Kummissjoni u l-kummissarji sar ghandhom bzonn l-approvazzjoni tal-Parlament. Finalment, bid-dhul fis-sehh tat-Trattat ta' Amsterdam fl-1999, il-membri parlamentari japprovaw il-hatra tal-President tal-Kummissjoni b'mod separat qabel ma tkun approvata l-bqija tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-membri tal-Kummissjoni, inkluz il-President taghhom, jridu jissotomettu ruhhom ghall-smiegh li jdum is-sieghat quddiem il-Kumitati rispettivi tal-Parlament, b'mod simili ghall-mudell tal-Kungress Amerikan. Wara, d-deputati jiddiskutu fil-maghluq il-kapacita' u l-kontenut tal-programm ta' hidma tal-kummissarji futuri u mbaghad jaghmlu r-rakkomandazzjoni taghhom lill-Kamra.

Battibek politiku bejn il-Parlament u l-Kunsill u l-Kummissjoni

Il-Parlament jikkontrolla wkoll dawk is-setturi li fihom ma ghandux setgha tad-decizjoni. Fil-Politika Barranija u ta' Sigurta' Komuni u f'affarijiet li jirrigwardaw il-Koperazzjoni fil-qasam tal- Gustizzja u tal-Intern, hemm l-obbligu tal-Kunsill u l-Kummissjoni ta' informazzjoni lejn il-Parlament. Ir-rapprezentanti jistghu jaghmlu mistoqsijiet u jaghmlu rakkomandazzjonijiet u l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur, hija fid-dmir li tikkunsidrahom b'mod xieraq. Barra min hekk, il-Parlament jista' jaghmel enfasi akbar fuq il-prijoritajiet politici tieghu billi jalloka aktar flus fil-bagit anwali ghalihom.

Opportunitajiet ohra ta' kontroll li ghandu l-Parlament fir-rigward tal-Kunsill u l-Kummissjoni jqumu waqt id-dibattiti li fihom il-Presidenza tal-Kunsill kurrenti tipprezenta l-programm taghha ghas-sitt xhur li jkunu gejjin, fit-tmiem tipprezenta l-Bilanc u fil-frattemp, tipprezenta rapport fuq il-Laqghat Gholja. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jiffacjaw flimkien lill-Parlament fl-okkazzjoni tat-tnedija tar-rapport annwali fuq l-hidma tal-Unjoni Ewropea. Minn naha taghha l-Kummissjoni terga' tidher quddiem il-Parlament meta tressaq ir-rapport generali annwali taghha u l-programm legislattiv ghas-sena ta' wara. Dawn kollha huma opportunitajiet ghar-rapprezentanti biex jevalwaw politkament u janalizzaw b'mod kritiku l-intenzjonijiet, il-kontenut u r-rizultati tax-xoghol tal-Kunsill u l-Kummissjoni.

Ir-Responsabilità Tal-Bank Centrali Ewropew lejn il-Parlament.

Anke il-Bank Centrali Ewropew li huwa istituzzjoni indipendenti huwa responsabbli lejn il-Parlament. Ir-responsabilità ewlenija tal-Bank hija l-istabilità tal-Euro. Il-President tal-Bank Centrali Ewropew jipprezenta rapport darba f'sena lir-rapprezentanti f'sessjoni plenarja. Hu jidher b'mod regolari quddiem il-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament sabiex jghati rendikont lir-rapprezentanti.

Il-Membri tal-Parlament bhala punt ta' koordinament bejn ic-cittadini u l-organi tal-UE.

Bil-kontroll tieghu tal-hidma ta' l-UE, il-Parlament mhux biss jirapprezenta lic-cittadini Ewropej izda isservi wkoll bhala kuntatt ghall-pubbliku. Infatti il-pubbliku jista' jaghmel petizzjonijiet li imbghad il-parlamentari jezaminaw u jiddiskutu. Barra min hekk, il-Parlament jahtar Ombudsman Ewropew, li jinvestiga b'mod indipendenti l-ilmenti tac-cittadini dwar abbuz fl-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Ilmenti mic-cittadini lir-rapprezentanti jistghu wkoll iwasslu ghall-kontroll mill-Parlament fuq l-Istati Membri tal-UE. F'numru ta' kazi li dejjem jizdied, r-rapprezentanti qed jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea, bhala l-gwardjan tat-trattati, meta xi uhud mill-pajjizi membri ma jimplimentawx il-ligijiet Ewropej. Dan jista' jwassal ghal azzjoni mill-Kummissjoni li tvarja minn twissijiet sa procedura legali kontra l-Istati Membri sabiex jigu mgieghla jsegwu l-ligijiet tal-UE.



  
Rapporti
  
It-Trattati
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kunsill tal-UE
L-Ombudsman Ewropew
Il-Portal tal-Parlament Ewropew ghac-cittadini

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004