| Fl-1996 - 1997, il-Parlament Ewropew kien waqqaf zewg kumitati ta’ inkjesta, wahda fuq is-sistema ta' transitu Kommunitarja u l-ohra, li holqot iktar dibbatitu, dwar il-gestjoni tal-krizi tal-mad cow. Taht din il-legislatura, ma twaqqaf l-ebda kumitat ta’ inkjesta izda erba’ kumitati temporanji. Bla dubju dawn huma anqas spettakolari imma madankollu jippermettu lid-deputati biex jiccaraw id-dibattitu pubbliku u biex jifformulaw proposti siewja. Dawn l-erba' kumitati ttrattaw is-sistema "Echelon" (sistema ta’ intercettazjoni tal-komunikazzjonijiet), il-genetika umana, il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u s-sigurtà marittima (wara n-nawfragji tal-Prestige u tal-Erika).
Kumitati ta’ inkjesta u kumitati temporanji flimkien mal-kumitati parlamentari permanenti u mas-seduti pubblici jifformaw parti mis-sistema ta' gbir ta' nformazzjoni li minnhom jiddisponu d-deputati. Jekk kwart tad-deputati jaghmlu rikjesta, il-Parlament jista’ jikkostitwixxi kumitat ta’ nkjesta, basta din it-talba tigi milqugha mill-Konferenza tal-Presidenti (jigifieri il-kapijiet tal-gruppi politici), u mbaghad mill-plenarja. Kumitat ghandu 12–il xahar sabiex jaghmel l-investigazzjonijiet tieghu, u jista’ jigi mgedded darbtejn, bi tlett xhur. Izda, inkjesta tista ssir biss fuq allegazzjonijiet ta’ ksur tal-ligi komunitarja jew ta' amministrazzjoni hazina minn istituzzjoni komunitarja jew minn korp amministrattiv pubbliku ta’ Stat Membru.
Per ezempju, l-inkjesta dwar il-marda tal-mad cow kienet tikkoncerna l-mod li bih il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Gvern Ingliz ittrattaw din il-krizi li gabet tant inkwiet ghas-sahha umana. Din wasslet ghal rakkomandazzjonijiet stretti u ghal riforma interna tal-Kummissjoni sabiex tigi kkunsidrata aktar protezzjoni ghall-konsumatur.
Il-kummitati temporanji huma mwaqqfa ghal perjodu ta’ 12–il xahar imma jistghu jigu mgedda minghajr limiti u l-ghan ta’ l-investigazzjonijiet taghhom jista’ jmur lill hinn mill-qafas strett ta’ l-applikazzjoni tad-dritt komunitarju. Kien ghalhekk li l-metodu tal-kumitat temporanju kien gie ppreferut minn dak tal-kumitat ta’ nkjesta biex jitkixfu u jsiru jafu aktar dwar is-sistema "Echelon", li l-implikazzjonijiet taghha jmorru ’l hinn mid-dritt komunitarju, li kien ghadu kwazi nezistenti f’dan is-settur. Minbarra hekk, kumitat ta’ nkjesta kien ikollu anqas libertà ta’ azzjoni billi skond ir-regoli fis-sehh din kienet tkun limitata, minhabba ragunijiet ta’ segretezza jew ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali.
Protezzjoni kontra s-sistema Echelon
Fl-1999, il-Parlament Ewropew kien sorpriz hafna bil-kontenut tar-rapport li hu kien talab lill-gurnalist investigattiv Ingliz, Duncan Campbell, sabiex ihejji. Dan ir-rapport kixef l-ezistenza ta’ sistema dinjija ta’ intercettazzjoni tat-telekommunikazzjonijiet, maghrufa bhala "Echelon", li l-attivitajiet taghha jmorru ’l hinn mill-attivitajiet ta’ spunagg klassiku, u li huma konnessi ma’ l-ispjunagg industrijali u s-smiegh ta' komunikazzjonijiet privati. Dan ir-rapport spjega kif din in-netwerk kienet tinvolvi l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja u New Zealand, u li permezz ta’ din is-sistema, s-servizzi ta’ l-ispunagg ta’ l-Istati Uniti jghinu lil kumpanijji Amerikani sabiex jirbhu kuntratti kummercjali meta jikkompetu ma' konkorrenti Ewropej.
Il-Parlament iddecieda li jwaqqf kumitat temporanju biex jivverifika dawn l-allegazzjonijiet u sabiex jezamina l-mizuri li kellhom jittiehdu. Minn Lulju 2000, id-deputati semghu x-xiedha ta’ numru ta’ esperti tat-telekomunikazzjoni u tal-protezzjoni tad-data, membri tas-servizzi ta’ l-ispunagg, gurnalisti, avukati u deputati mill-Parlamenti nazzjonali. Il-kumitat temporanju ppresenta l-konkluzjonijiet tieghu f’Settembru 2001 taht forma ta’ risoluzzjoni adottata mill-plenarja. Il-Parlament Ewropew ikkonkluda li din in-netwerk tezisti verament u li l-ghan taghha hu li tintercetta kommunikazzjonijiet privati u kummercjali. Id-deputati ghamlu appell lill-Istati Membri kollha biex jizviluppaw software ta’ kriptagg u biex jinfurmaw lill-pubbliku u l-kumpaniji kummercjali dwar il-bzonn li jipprotegu ruhhom. Il-Kummissjoni Ewropea giet mitluba ssahhah is-sistema ta’ sigurtà taghha filwaqt li l-kumpaniji kummercjali gew mitluba jikkooperaw aktar mill-vicin mas-servizzi tal-kontraspjunagg. Kien wara r-rakkommandazzjonijiet tal-Parlament li l-Unjoni waqqfet agenzija inkarigata mis-sigurtà tan-netwerks ta’ l-informazzjoni.
Il-genetika umana: kwistjoni delikata
F’Dicembru 2000, twaqqaf kumitat temporanju iehor sabiex jezamina l-izviluppi recenti fil-qasam tal-genetika umana u tat-teknologija gdida fil-qasam tal-medicina moderna, bhal klonazzjoni u stem cell research. Wara t-twelid ta’ Dolly, l-ewwel naghga li giet ikklonata fl-1996, ix-xjenza u il-bioteknologija avvanzaw b’pass mghaggel hafna. Fl-2000, il-Gvern Ingliz kien iddecieda li jappoggja l-klonazzjoni terapewtika. Dawn l-evoluzzjonijiet xjentifici kellhom implikazzjonijiet etici, guridici, ekonomici u socjali, li nkwetaw lill-Parlament Ewropew li ried jizgura li jinforma ruhu tajjeb sabiex jassumi r-responsabbiltajiet politici tieghu bl-ahjar mod possibli u biex jkun jista jifformula xi rakkomandazzjonijiet.
F’Jannar 2001, id-deputati bdew il-hidma taghhom. Matul perjodu ta' sitt xhur, huma organizzaw 11–il seduta ta’ diskussjonijiet ma' esperti u deputati mill-Parlamenti nazzjonali. Minhabba l-karattru delikat u kontroversjali tas-suggett, ir-rapport finali sarulu aktar minn 500 emenda. Gie finalment adottat fil-kumitat bi 18 il-vot favur, 13 kontra u 3 astinenzi. Il-kumitat temporanju ddikjara ruhu kontra l-klonazzjoni terapewtika kif ukoll riproduttiva. Dan ir-rapport sostna wkoll li ma ghandux ikun permess li jigu wzati stem cells embrijonici kkreati "in vitro" ghal ghanijiet ohra hlief it-tqala, u li l-anqas ma jkunu iffinanzjati ricerki dwar il-klonazzjoni umana mill-bagit komunitarju. Lanqas ma ghandu jkun permess li ssir kummercjalizzazzjoni ta’ l-embrijoni umani jew ta' stem cells embrijonici. Il-kumitat temporanju eziga wkoll qafas legali ghar-ricerka kollha li tirrigwardja teknologija gdida fil-qasam tal-medicina moderna u ppropona qafas generali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Hu oppona li jinhargu patenti ghal dak li jikkoncerna l-hajja umana izda appoggja ricerka fil-qasam ta' stem cells f'nies adulti.
Ir-rapport qanqal dibattitu ntensiv waqt il-plenarja tad-29 ta’ Novembru 2001. Hafna emendi kontradittorji rriskjaw li jaghmlu l-posizzjoni tal-Parlament bhala wahda li ma tiftiehemx. Il-maggoranza tal-gruppi politici hassew li l-pozizzjoni taghhom ma kienitx irraprezentata b'mod siewi fil-proposta tar-risoluzzjoni. Ghalhekk fl-ahhar din giet irrifjutata b’maggoranza qawwija: 319 vot kontra, 37 favur u 47 astinenza. Madankollu x-xoghol tal-kumitat temporanju ippermetta lill-Parlament jinforma ruhu sew dwar dawn il-kwistjonijiet kumplessi u biex jghollu l-profil tad-dibattitu. Ghalkemm ir-risoluzzjoni ma ghaddietx il-Parlament xorta wahda ha pozizzjoni fuq certi aspetti. F’Settembru 2000, kienet adottata risoluzzjoni li tipprojbixi kull ricerka dwar il-klonazzjoni umana u f’Ottubru 2001, iddiecida kontra li jinhargu patenti ghal dak li jikkoncerna l-hajja umana u ghal celloli jew geni taghhom.
Kif nilqghu ghall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer?
Fir-Rebbiegha 2001, faqqet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit, fl-Olanda u, bi ftit inqas, fi Franza u fl-Irlanda. Ittiehdet decizjoni li l-annimali jinqatlu minflok ikunu mlaqqma. Il-maggoranza tal-bdiewa Inglizi, opponew it-tilqim ghar-raguni li din kienet se tipprojbixxi kull access tal-produzzjoni taghhom fl-industrija ta’ l-ikel. Fir-Renju Unit biss kienu maqtula 6,5 miljun annimal. L-impatt ekonomiku ta’ l-epidemija kien konsiderevoli kif kien ukoll l-inkwiet tal-pubbliku dwar is-sigurta' ta' l-ikel. Il-legislazzjoni ta’ l-UE kienet adekwata? Giet implimentata kif suppost? U kif jistghu jigu evitati krizijiet ohra?
F’Jannar 2002, il-Parlament Ewropew iddecieda li jwaqqaf kumitat temporanju sabiex jirrispondi ghal dawn il-mistoqsijiet u biex jifformula rakkomandazzjonijiet. Instemghat ix-xhieda ta' bosta ufficjali kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej, xjentisti u rapprezentanti tas-settur agrikolu. Bosta delegazzjonijiet zaru r-regjuni l-aktar milquta tar-Renju Unit u ta’ l-Olanda.
F’Dicembru 2002, il-kumitat temporanju ssottometta r-rapport ta' hidma tieghu lil plenarja li adottat risoluzzjoni li rrakkommandat li meta tfaqqa epidemija bhal din, l-ewwel ghandu jkun hemm rikors ghat-tilqim sabiex jigi evitat il-qtil ta’ l-annimali. Izda minhabba l-varjeta' tal-virus, tilqima preventiva b’vaccin wiehed ma kienitx possibli.
Il-Kummissjoni Ewropea ipproponiet direttiva gdida biex taggorna l-metodi ta' kif tilqa' kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, kif kien ikkonkluda u rrakkomanda l-Parlament. Kien irrakmandat it-tilqim urgenti, kif xtaqu d-deputati, imma mhux b’mod obbligatorju. Sar obbligatorju biss ghall-merhliet infettati li ma jkunux jistghu jigu eliminati fi zmien 24 siegha u ghall-merhliet l-aktar esposti fi zmien 48 siegha. F’rapport iehor, il-Parlament insista fuq din il-proposta tal-kummissjoni, filwaqt li insista wkoll sabiex il-mizuri li jittiehdu jittrattaw l-impatt socjali u psikologici ta’ kull krizi gdida.
Rinfurzar tas-sigurtà marittima
Wara n-nawfragju ta’ l-Erika u tal-Prestige kif ukoll incidenti ohra, twaqqaf ir-raba’ kumitat temporanju f'din l-aministrazzjoni legislattiva. L-ghan kien li jezamina x'kien li wassal biex issehhu dawn il-katastrofi, jaghmel evalwazzjoni tal-konsegwenzi ekonomici u socjali taghhom, jivverifika l-infurzar tar-regoli komunitarji u jipproponi mizuri kumplimentarji.
Ix-xoghol li ghamel dan il-kumitat huwa deskritt f’nota ohra taghna dawr is-sigurtà marittima, settur li fih gew introdotti bosta legislazzjonijiet komunitarji u li fihom ukoll il-Parlament kellu r-rwol importanti ta’ kolegislatur.
|