| Illum kolllox sar digitali: Minhabba l-izviluppi tat-teknologija, dokumenti, muzika u films qeghdin jigu kkupjati bi ftit flus, il-hin kollu u kullimkien. Fis-socjetà ta’ l-informatika l-konsumatur ghandu dejjem access akbar ghal data hu fejn hu u l-hin kollu. Kull ma jmur, ir-ritmu qieghed isir dejjem aktar mghaggel u b’hekk ix-xoghol qed dejjem jithaffef . Wiehed ghandu access ghall-firxa wiesgha ta’ informazzjoni. Wiehed jista’ jaqra dokumenti xjentifici mill-Internet minghajr ma jmur ifittex fil-librerija, u anki jirrekordja / jikkopja CDs muzikali, fost affarijiet ohra.
It-Teknologija l-gdida ggib maghha opportunitajiet godda. Izda, ghalkemm it-teknologija toffri possibilitajiet biex nuzaw il-kreattività ta' haddiehor, dan ma ghandux isservi biex l-awturi, l-produtturi u l-atturi ma jithallsux kif jixirqilhom. Dan japplika ukoll ghall-kummerc tax-xoghlijiet ta’ l-arti. Il-legislaturi ta’ l-Unjoni Ewropea jemmnu li huwa xieraq li l-artist jaghmel profitt mhux biss meta ix-xoghol tieghu jinbiegh l-ewwel darba, izda anke aktar ‘il quddiem meta x-xoghol tieghu jerga’ jinbiegh. Zewg ligijiet godda, li kienu diskussi fil-legislatura ta' dan il-Parlament, jahsbu biex min johloq bicca xoghol kreattiva jibqa’ japprofitta minha fit-tul, biex b’hekk fil-futur, il-kreattività ma tonqosx.
L-awturi ma johorgux telliefa.
L-Unjoni Ewropea trid iggib is-socjetà ta’ l-informatika ‘l quddiem. Hi tixtieq li tiffavorixxi l-innovazzjoni tal-prodotti u s-servizzi, izda fil-istess waqt, tixtieq tassigura renumerazzjoni gusta. L-Unjoni taghmel dan permezz ta' linji ta' gwida li jahsbu sabiex d-dritt tal-protezzjoni ta’ l-awtur jigi ggarantit u fl-istess hin ikun hemm hlas xieraq. L-Unjoni qeghda tissielet kontra prodotti li ma jkunux originali u ghalhekk qeghda tohrog ligijiet ghall-Istati Membri dwar kopji u tixrid ta’ xoghlijiet. Il-linji ta' gwida li jokpru d-drittijiet tal-awtur jadattaw l-ligi tal-Unjoni Ewropea ghall-izvilupp fit-teknologija. Dawn jinkludu wkoll l-obbligi internazzjonali ta' zewg trattati ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO).
Din il-gwida tal-copyright (dritt ta’ protezzjoni ta’ l-awtur) tipprotegi lill-kompozituri, lil awturi ta’ kotba u produtturi tal-films. L-istess japplika f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-irrekordjar ta’ xoghlijiet ta' muzicisti, awturi jew produtturi ta’ films u awtoritajiet tax-xandir. Il-ligijiet ta' l-Istati Membri ghandhom ikunu konformi ma’ din il-gwida ta’ l-Unjoni Ewropea sat-22 ta’ Dicembru 2002.
Permezz ta' din il-gwida, l-awtur jista jikkontrolla li x-xoghol tieghu ma jigix riprodott minghajr kumpens. Fl-istess hin, hemm ftit eccezzjonijiet sabiex jizguraw li d-drittijiet tal-pubbliku wkoll jigu mharsa. L-Istati Membri jistghu jiddeciedu huma kif juzaw dawn l-eccezzjonijiet mir-regoli. Bhala ezempju, Stat Membru jista’ jaghzel li l-konsumatur jaghmel kopji ghall-uzu personali. L-eccezzjonijiet jistghu jintuzaw ukoll fil-kaz tax-xjenza, skejjel/ghat-taghlim, fil-libreriji u arkivji, ghax-xandir jew ghal grupp specjali ta’ nies bhal dawk bi bzonnijiet specjali.
Id-delegati Ewropej riedu jilhqu l-interessi tal-pubbliku izda fl-istess hin ma riedux johonqu d-drittijiet ta’ l-awturi. Sahansitra sahqu li anke f’certi eccezzjonijiet l-awturi ghandhom jigu kkumpensati ghall-uzu tax-xoghlijiet taghhom. Waqt laqgha ta’ konsultazzjoni bejn il-Membri Parlamentari u l-Istati Membri, d-delegati ssugerew li l-isem ta’ l-awtur ghandu jidher fuq ix-xoghlijiet kollha ghajr dawk il-kazijiet meta dan ma jkunx possibbli. Izda l-Kunsill ried li jkun hemm formulazzjoni aktar dghajfa. Il-Membri Parlamentari talbu u jirnexxielhom jakkwistaw li dan it-tibdil fir-regoli jidhol fis-sehh fl-Istati Memberi tal-Unjoni fi zmien sena u nofs minflok f’sentejn kif kien propost mill-Kunsill.
L-artisti ghandu jkollhom kumpens xieraq
In-nuqqas ta’ harsien tal-copyright inhass mill-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-arti viswali wkoll. Sal-lum hafna artisiti ta' l-arti viswali kienu zvantaggjati meta mqabbla ma’ artisti ohra, f'certi pajjizi tal-Unjoni Ewropea. Dan ghaliex, filwaqt li l-kompozituri jddahlu l-flus kull meta jindaqq ix-xoghol taghhom fuq ir-radju, l-artist jithallas biss l-ewwel darba li jinbiegh ix-xoghol tieghu . Veru li l-Konvenzjoni ta' Berna tahseb sabiex l-artist jkollu sehem mill-profitti meta x-xoghol tieghu jerga’ jinbiegh, izda din il-konvenzjoni ma torbot lil hadd. Ghalhekk, f’xi ftit mill-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea din ir-regola mhiex imharsa, filwaqt li f’ohrajn din giet applikata, izda b'varjazzjoni fl-istandards.
Skond ir-regoli l-godda ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-futur l-artisti ghandhom jiggwadanjaw anke meta l-pitturi taghhom jergghu jinbieghu. Il-gwidi l-godda sejrin jibdew jghoddu mill-1 ta’ Jannar 2006 u sejrin ikunu limitati ghall-arti kontemporanja. Dan minhabba l-fatt li t-talba ghall-kumpens tibqa valida sa sebghin sena wara l-mewt ta’ l-artist. Dan id-dritt jghodd biss jekk ix-xoghlijiet ikunu inbieghu minn nies professjonisti bhal negozjanti ta’ l-arti. Il-kumpens huwa gradat – igifieri s-somma tinzel minn 4 fil-mija ghal kwart fil-mija aktar ma jizdied il-prezz tal-bejgh. L-Istati Membri jistghu jintroducu certi eccezzjoni ghal dawn ir-regoli.
Ghalkemm il-Membri Parlamentari u l-Kunsill tal-Ministri kienu qablu fuq l-ghanijiet, huma baqghu jillitigaw fuq zewg temi. L-ewwel kienet fuq liema ghanda tkun is-somma minima li dawn il-legislazzjonijiet godda ghandhom jigu applikati. Il-Kunsill kien ippropona s-somma ta’ 4000 Euro – f’dan il-kaz, il-legislazzjoni kienet ser tolqot numru anqas ta’ xoghlijiet ta’ l-arti – minn dak li pproponew id-delegti li kienet is-somma ta’ 1000 Euro. It-tieni disgwit kien dwar il-perjodu ta’ transizzjoni. Il-Kunsill tal-Ministri ried jaghti aktar zmien lill-Istati Membri, mill-Parlament, biex jidhlu fis-sehh ir-regoli l-godda. Fl-ahhar intlahaq kompromess bejniethom – il-legislazzjoni l-gdida tapplika ghal dawk l-oggetti li jiswew mill-inqas 3000 Euro, izda l-Istati Membri jistghu jispecifikaw somma aktar baxxa. Il-Kunsill iddecieda li l-artist jista’ jigi kkumpensat sa 12,500 Euro ghal kull bejgh. Intlahaq ukoll kompromess rigward il-perjodu ta’ transizzjoni: erba’ snin minflok il-perjodu ta' sentejn li kien ippropona l-Parlament u l-hames snin li kien talab il-Kunsill.
Kliem ewlieni
L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO). Il-WIPO hija organizzazzjoni specjali tal-Gnus Maghquda bil-ghan li tippromovi d-dritt ta’ protezzjoni kummercjali – u protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur. F’din l-Organizzazzjoni, li twaqqfet fl-1967, hemm 180 Stat Membru. Is-sede tinsab f’Ginevra. L-origini ta’ l-WIPO tmur lura ghas-snin 1880, meta fl-1883, f’Parigi, intlahaq ftehim ta’ protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u wara fl-1886, f’Berna, saret il-konvenzjoni ghall-Potezzjoni tax-Xoghlijiet tal-Letteratura u Arti. L-Artiklu 14 tal-Konvenzjoni ta’ Berna, li gie rivedut fl-1971 f’Parigi, jindirizza specifikament id-dirtt ta' biegh mill-gdid.
|