Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
It-telekomunikazzjonijiet
L-Internet
Il-Copyright /
Socjetà ta’ l-Informatika
It-TV u l-industriji tal-films
Il-liberalizzazzjoni ta’ l-enerġija
L-enerġija li tiġġedded
Ir-riċerka
(is-6 programm ta' qafas)
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Plenary Speech - 11/2/2003 - Seppänen - eEurope
> Plenary Speech - 13/2/2001 - Fraisse - Copyright
> Plenary Speech - 16/3/2000 - Seppänen - Info Soc for all


Aktar protezzjoni għall-awturi – Biex fil-futur, il-kreattività ma tonqosx.

Illum kolllox sar diġitali: Minħabba l-iżviluppi tat-teknologija, dokumenti, mużika u films qegħdin jiġu kkupjati bi ftit flus, il-ħin kollu u kullimkien. Fis-soċjetà ta’ l-informatika l-konsumatur għandu dejjem aċċess akbar għal data hu fejn hu u l-hin kollu. Kull ma jmur, ir-ritmu qiegħed isir dejjem aktar mgħaġġel u b’hekk ix-xogħol qed dejjem jitħaffef . Wieħed għandu aċċess għall-firxa wiesgħa ta’ informazzjoni. Wieħed jista’ jaqra dokumenti xjentifiċi mill-Internet mingħajr ma jmur ifittex fil-librerija, u anki jirrekordja / jikkopja CDs mużikali, fost affarijiet oħra.

It-Teknoloġija l-ġdida ġġib magħha opportunitajiet ġodda. Iżda, għalkemm it-teknoloġija toffri possibilitajiet biex nuzaw il-kreattività ta' ħaddiehor, dan ma għandux isservi biex l-awturi, l-produtturi u l-atturi ma jitħallsux kif jixirqilhom. Dan japplika ukoll għall-kummerċ tax-xogħlijiet ta’ l-arti. Il-leġislaturi ta’ l-Unjoni Ewropea jemmnu li huwa xieraq li l-artist jagħmel profitt mhux biss meta ix-xogħol tiegħu jinbiegħ l-ewwel darba, iżda anke aktar ‘il quddiem meta x-xogħol tiegħu jerġa’ jinbiegħ. Żewġ liġijiet ġodda, li kienu diskussi fil-leġislatura ta' dan il-Parlament, jaħsbu biex min joħloq biċċa xogħol kreattiva jibqa’ japprofitta minha fit-tul, biex b’hekk fil-futur, il-kreattività ma tonqosx.

L-awturi ma joħorġux telliefa.

L-Unjoni Ewropea trid iġġib is-soċjetà ta’ l-informatika ‘l quddiem. Hi tixtieq li tiffavorixxi l-innovazzjoni tal-prodotti u s-servizzi, iżda fil-istess waqt, tixtieq tassigura renumerazzjoni ġusta. L-Unjoni tagħmel dan permezz ta' linji ta' gwida li jaħsbu sabiex d-dritt tal-protezzjoni ta’ l-awtur jiġi ggarantit u fl-istess ħin ikun hemm ħlas xieraq. L-Unjoni qegħda tissielet kontra prodotti li ma jkunux oriġinali u għalhekk qegħda toħroġ liġijiet għall-Istati Membri dwar kopji u tixrid ta’ xogħlijiet. Il-linji ta' gwida li jokpru d-drittijiet tal-awtur jadattaw l-liġi tal-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fit-teknoloġija. Dawn jinkludu wkoll l-obbligi internazzjonali ta' zewġ trattati ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO).

Din il-gwida tal-copyright (dritt ta’ protezzjoni ta’ l-awtur) tipproteġi lill-kompożituri, lil awturi ta’ kotba u produtturi tal-films. L-istess japplika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irrekordjar ta’ xogħlijiet ta' mużiċisti, awturi jew produtturi ta’ films u awtoritajiet tax-xandir. Il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma’ din il-gwida ta’ l-Unjoni Ewropea sat-22 ta’ Diċembru 2002.

Permezz ta' din il-gwida, l-awtur jista jikkontrolla li x-xogħol tiegħu ma jiġix riprodott mingħajr kumpens. Fl-istess ħin, hemm ftit eċċezzjonijiet sabiex jiżguraw li d-drittijiet tal-pubbliku wkoll jiġu mħarsa. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu huma kif jużaw dawn l-eċċezzjonijiet mir-regoli. Bħala eżempju, Stat Membru jista’ jagħżel li l-konsumatur jagħmel kopji għall-użu personali. L-eċċezzjonijiet jistgħu jintużaw ukoll fil-każ tax-xjenza, skejjel/għat-tagħlim, fil-libreriji u arkivji, għax-xandir jew għal grupp speċjali ta’ nies bħal dawk bi bżonnijiet speċjali.

Id-delegati Ewropej riedu jilħqu l-interessi tal-pubbliku iżda fl-istess ħin ma riedux joħonqu d-drittijiet ta’ l-awturi. Saħansitra saħqu li anke f’ċerti eċċezzjonijiet l-awturi għandhom jiġu kkumpensati għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom. Waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni bejn il-Membri Parlamentari u l-Istati Membri, d-delegati ssuġerew li l-isem ta’ l-awtur għandu jidher fuq ix-xogħlijiet kollha għajr dawk il-każijiet meta dan ma jkunx possibbli. Iżda l-Kunsill ried li jkun hemm formulazzjoni aktar dgħajfa. Il-Membri Parlamentari talbu u jirnexxielhom jakkwistaw li dan it-tibdil fir-regoli jidħol fis-seħħ fl-Istati Memberi tal-Unjoni fi żmien sena u nofs minflok f’sentejn kif kien propost mill-Kunsill.

L-artisti għandu jkollhom kumpens xieraq

In-nuqqas ta’ ħarsien tal-copyright inħass mill-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-arti viswali wkoll. Sal-lum ħafna artisiti ta' l-arti viswali kienu żvantaġġjati meta mqabbla ma’ artisti oħra, f'ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan għaliex, filwaqt li l-kompożituri jddaħlu l-flus kull meta jindaqq ix-xogħol tagħhom fuq ir-radju, l-artist jitħallas biss l-ewwel darba li jinbiegħ ix-xogħol tiegħu . Veru li l-Konvenzjoni ta' Berna taħseb sabiex l-artist jkollu sehem mill-profitti meta x-xogħol tiegħu jerġa’ jinbiegħ, iżda din il-konvenzjoni ma torbot lil ħadd. Għalhekk, f’xi ftit mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea din ir-regola mhiex imħarsa, filwaqt li f’oħrajn din ġiet applikata, iżda b'varjazzjoni fl-istandards.

Skond ir-regoli l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-futur l-artisti għandhom jiggwadanjaw anke meta l-pitturi tagħhom jerġgħu jinbiegħu. Il-gwidi l-ġodda sejrin jibdew jgħoddu mill-1 ta’ Jannar 2006 u sejrin ikunu limitati għall-arti kontemporanja. Dan minħabba l-fatt li t-talba għall-kumpens tibqa valida sa sebgħin sena wara l-mewt ta’ l-artist. Dan id-dritt jgħodd biss jekk ix-xogħlijiet ikunu inbiegħu minn nies professjonisti bħal negozjanti ta’ l-arti. Il-kumpens huwa gradat – iġifieri s-somma tinżel minn 4 fil-mija għal kwart fil-mija aktar ma jiżdied il-prezz tal-bejgħ. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu ċerti eċċezzjoni għal dawn ir-regoli.

Għalkemm il-Membri Parlamentari u l-Kunsill tal-Ministri kienu qablu fuq l-għanijiet, huma baqgħu jillitigaw fuq żewġ temi. L-ewwel kienet fuq liema għanda tkun is-somma minima li dawn il-leġislazzjonijiet ġodda għandhom jiġu applikati. Il-Kunsill kien ippropona s-somma ta’ 4000 Euro – f’dan il-każ, il-legislazzjoni kienet ser tolqot numru anqas ta’ xogħlijiet ta’ l-arti – minn dak li pproponew id-delegti li kienet is-somma ta’ 1000 Euro. It-tieni disgwit kien dwar il-perjodu ta’ transizzjoni. Il-Kunsill tal-Ministri ried jagħti aktar żmien lill-Istati Membri, mill-Parlament, biex jidħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda. Fl-aħħar intlaħaq kompromess bejniethom – il-legislazzjoni l-ġdida tapplika għal dawk l-oġġetti li jiswew mill-inqas 3000 Euro, iżda l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw somma aktar baxxa. Il-Kunsill iddeċieda li l-artist jista’ jiġi kkumpensat sa 12,500 Euro għal kull bejgħ. Intlaħaq ukoll kompromess rigward il-perjodu ta’ transizzjoni: erba’ snin minflok il-perjodu ta' sentejn li kien ippropona l-Parlament u l-ħames snin li kien talab il-Kunsill.

Kliem ewlieni

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO). Il-WIPO hija organizzazzjoni speċjali tal-Ġnus Magħquda bil-għan li tippromovi d-dritt ta’ protezzjoni kummerċjali – u protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur. F’din l-Organizzazzjoni, li twaqqfet fl-1967, hemm 180 Stat Membru. Is-sede tinsab f’Ġinevra. L-oriġini ta’ l-WIPO tmur lura għas-snin 1880, meta fl-1883, f’Pariġi, intlaħaq ftehim ta’ protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u wara fl-1886, f’Berna, saret il-konvenzjoni għall-Potezzjoni tax-Xogħlijiet tal-Letteratura u Arti. L-Artiklu 14 tal-Konvenzjoni ta’ Berna, li ġie rivedut fl-1971 f’Pariġi, jindirizza specifikament id-dirtt ta' biegħ mill-ġdid.



  
Rapporteurs:
  
>  Copyright: Enrico Boselli (PES, I)
>  Proprjetà intelletwali: drittijiet ta’ bejgh mill-gdid ghall-beneficcju ta’ l-awtur: Jürgen Zimmerling (EPP-ED, D)
>  WIPO (Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali)
  
Dehra generali tal-procedura legizlattiva:
  
>  Copyright
>  Proprjetà intelletwali: drittijiet ta’ bejgh mill-gdid ghall-beneficcju ta’ l-awtur
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali
  
>  Copyright
>  Proprjetà intelletwali: drittijiet ta’ bejgh mill-gdid ghall-beneficcju ta’ l-awtur

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004