L-organizmi genetikament modifikati huma mdawra b'hafna xetticizmu fl-Ewropa, b'differenza ghal dak li jigri fl-Istati Uniti fejn ikel genetikament modifikat huwa kkunsidrat perfettament normali. Bhala rispons ghal din il-preokkupazzjoni tal-pubbliku, L-UE ddecidiet li ddahhal legislazzjoni stretta dwar il-GMOs. Il-kontribuzzjoni ewlenija tal-Parlament Ewropew kienet li nsista dwar ittikkettjar car, sabiex il-konsumaturi Ewropej ikollhom ghazla dwar jekk iridux jew le jieklu prodotti genetikament modifikati.
Organizmi genetikament modifikati, u b'mod partikolari l-uzu taghhom fil-koltivazzjoni tal-ikel, kienu c-centru ta' dibattiti pubblici intensi matul l-Unjoni Ewropea kollha. L-industrija tishaq li l-prodotti agrikoli genetikament modifikati joholqu riskju zghir u li l-beneficcji potenzjali taghhom huma enormi. Minn naha l-ohra, l-ambjentalisti jindikaw in-nuqqas ta' informazzjoni u komprensjoni tar-riskji, waqt li konsumaturi jilmentaw li prodotti genetikament modifikati gew imposti fuqhom u li s-sistema ta' ttikkettjar m'hix trasparenti u tfixkel l-ghazla.
Wara li ghamlet moratorium fl-1998 fuq bejgh ta' ikel genetikament modifikat u l-uzu ta' prodotti agrikoli genetikament modifikati, l-UE ddecidiet li tindirizza il-preokkupazzjonijiet tal-konsumaturi billi ntroduciet sensiela ta' legislazzjonijiet relatata mal-GMOs u bbazata fuq il-principju tal-prekawzjoni: meta hemm dubbju, ghid le. Dawn il-legislazzjonijiet kollha kellhom jigu approvati mill-Parlament Ewropew.
L-ewwel nett, il-Kummissjoni fasslet abbozz ta' direttiva dwar il-bejgh fil-hwienet ta' prodotti ta' l-ikel genetikament modifikat u dwar il-hrug ta' prodotti agrikoli genetikament modifikati fl-ambjent naturali mill-bdiewa. Waqt in-negozjati mal-gvernijiet nazzjonali, il-Parlament argumenta b'success li kull GMO li jinghata permess ghall-perjodu ta' prova fl-Ewropa ghandu jkun registrat u li d-dettalji tieghu jridu jkunu mghoddija lill-pubbliku. Ghalhekk, meta GMOs jigu wzati ghal skopijiet ta' biedja kummercjali, il-pozizzjoni taghhom ghandha tigi nnotifikata lill-awtoritajiet u informazzjoni dwarhom ghandha tigi mghoddija lill-pubbliku. F'din id-direttiva, li dahlet fis-sehh fl-2001, il-Membri tal-Parlament Ewropew talbu lill-Kummissjoni sabiex tipprezenta legislazzjoni specjali dwar l-ittikkettjar u t-traccabiltà tal-GMOs u fuq il-Protokoll ta' Kartagena dwar il-Bijosigurtà, b'riferenza ghall-GMOs.
Id-decizjoni ghandha tkun tal-konsumatur
Il-legislazzjoni dwar it-traccabiltà u l-ittikketjar giet abbozzata malajr mill-Kummissjoni izda l-Parlament ma kienx sodisfatt bir-regoli dwar l-ittikketjar u irnexxielu jaghmilhom iktar retti. Il-Membri tal-Parlament Ewropew opponew ix-xewqa tal-Kunsill li ried jippermetti li deskrizzjonijiet precizi ta' l-ingredjenti komposti minn diversi GMOs f'prodott wiehed jigu sostitwiti b'"dikjarazzjoni ta' uzu" kemmxejn vaga mill-produttur. Il-Membri tal-Parlament Ewropew insistew li prodotti li jkun fihom GMOs ghandhom jigu deskritti li huma hekk, bl-uzu tal-kliem "Dan il-prodott fih organizmi genetikament modifikati" jew "Dan il prodott fih [l-isem ta' l-organizmu] genetikament modifikat" fuq it-tikketta kif ukoll bhala parti minn kwalunkwe espozizzjoni jew riklam. Dan ir-regolament dahhal fis-sehh f'Novembru 2003.
Proceduri biex jigi awtorizzat u mhares l-ikel u l-ghalf li fih GMOs kienu s-suggett ta' regolament iehor li dahal fis-sehh lejn l-ahhar ta' l-2003. F'dan il-kaz, il-Parlament irnexxielu jdahhal emenda importanti li tippermetti l-Istati Membri li jipprotegu prodotti agrikoli konvenzjonali, mhux genetikament modifikati u ucuh tar-raba' organici milli jkunu kontaminati billi jimponu restrizzjonijiet fuq it-tkabbir ta' prodotti agrikoli genetikament modifikati. Il-Kummissjoni se jkollha tohloq linji ta' gwida dwar kif dan ghandu jsehh fil-prattika. Il-Kummissjoni ressqet ukoll regolament sabiex timplementa l-Protokoll ta' Kartagena dwar il-Bijosigurtà, b'riferenza ghal GMOs, tal-Gnus Maqghuda, li kien iddisinjat sabiex jghin pajjizi jevalwaw ir-riskji u l-beneficcji ta' organizmi genetikament modifikata. Dan ir-Regolament li kien approvat f'Gunju ta' l-2003, jistabbilixxi sistema komuni ta' notifika u nformazzjoni dwar il-movimenti tal-GMOs bejn pajjizi differenti. Il-Parlament sahhah dan ir-regolament billi talab b'success li l-esportaturi kollha ghandhom jistennew kunsens bil-miktub qabel ma jesportaw ghall-ewwel darba xi GMO intenzjonat li jinhareg fl-ambjent.
L-ezistenza ta' dawn il-ligijiet godda ta' l-UE ma tnehhix awtomatikament il-moratorium fuq il-GMOs, li xi Stati Membri xorta xtaqu jzommu, izda taghmillha aktar facli f'termini politici li l-moratorium jintemm. Illum il-gurnata il-Kummissjoni Ewropea tidher deciza li tapprova l-bejgh ta' qamhirrun genetikament modifikat, wara li l-Istati Membri ma rnexxielhomx jiftehmu biex ikomplu bil-projbizzjoni kontra l-bejgh tieghu.
|