Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniġġis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iż-żjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniġġis bil-ħsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u ċ-ċelloli umani
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Food safety
> Striking the right balance
> Consumer Protection


Ittikkettjar ċar tal-GMOs (organiżmi ġenetikament modifikati)

L-organiżmi genetikament modifikati huma mdawra b'ħafna xettiċiżmu fl-Ewropa, b'differenza għal dak li jiġri fl-Istati Uniti fejn ikel ġenetikament modifikat huwa kkunsidrat perfettament normali. Bħala rispons għal din il-preokkupazzjoni tal-pubbliku, L-UE ddeċidiet li ddaħħal leġislazzjoni stretta dwar il-GMOs. Il-kontribuzzjoni ewlenija tal-Parlament Ewropew kienet li nsista dwar ittikkettjar ċar, sabiex il-konsumaturi Ewropej ikollhom għażla dwar jekk iridux jew le jieklu prodotti ġenetikament modifikati.

Organiżmi ġenetikament modifikati, u b'mod partikolari l-użu tagħhom fil-koltivazzjoni tal-ikel, kienu ċ-ċentru ta' dibattiti pubbliċi intensi matul l-Unjoni Ewropea kollha. L-industrija tisħaq li l-prodotti agrikoli ġenetikament modifikati joħolqu riskju żgħir u li l-benefiċċji potenzjali tagħhom huma enormi. Minn naħa l-oħra, l-ambjentalisti jindikaw in-nuqqas ta' informazzjoni u komprensjoni tar-riskji, waqt li konsumaturi jilmentaw li prodotti ġenetikament modifikati ġew imposti fuqhom u li s-sistema ta' ttikkettjar m'hix trasparenti u tfixkel l-għażla.

Wara li għamlet moratorium fl-1998 fuq bejgħ ta' ikel ġenetikament modifikat u l-użu ta' prodotti agrikoli ġenetikament modifikati, l-UE ddeċidiet li tindirizza il-preokkupazzjonijiet tal-konsumaturi billi ntroduċiet sensiela ta' leġislazzjonijiet relatata mal-GMOs u bbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni: meta hemm dubbju, għid le. Dawn il-leġislazzjonijiet kollha kellhom jiġu approvati mill-Parlament Ewropew.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni fasslet abbozz ta' direttiva dwar il-bejgħ fil-ħwienet ta' prodotti ta' l-ikel ġenetikament modifikat u dwar il-ħruġ ta' prodotti agrikoli ġenetikament modifikati fl-ambjent naturali mill-bdiewa. Waqt in-negozjati mal-gvernijiet nazzjonali, il-Parlament argumenta b'suċċess li kull GMO li jingħata permess għall-perjodu ta' prova fl-Ewropa għandu jkun reġistrat u li d-dettalji tiegħu jridu jkunu mgħoddija lill-pubbliku. Għalhekk, meta GMOs jiġu wżati għal skopijiet ta' biedja kummerċjali, il-pożiżżjoni tagħhom għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet u informazzjoni dwarhom għandha tiġi mgħoddija lill-pubbliku. F'din id-direttiva, li daħlet fis-seħħ fl-2001, il-Membri tal-Parlament Ewropew talbu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta leġislazzjoni speċjali dwar l-ittikkettjar u t-traċċabiltà tal-GMOs u fuq il-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosigurtà, b'riferenza għall-GMOs.

Id-deċiżjoni għandha tkun tal-konsumatur

Il-leġislazzjoni dwar it-traċċabiltà u l-ittikketjar ġiet abbozzata malajr mill-Kummissjoni iżda l-Parlament ma kienx sodisfatt bir-regoli dwar l-ittikketjar u irnexxielu jagħmilhom iktar retti. Il-Membri tal-Parlament Ewropew opponew ix-xewqa tal-Kunsill li ried jippermetti li deskrizzjonijiet preċiżi ta' l-ingredjenti komposti minn diversi GMOs f'prodott wieħed jiġu sostitwiti b'"dikjarazzjoni ta' użu" kemmxejn vaga mill-produttur. Il-Membri tal-Parlament Ewropew insistew li prodotti li jkun fihom GMOs għandhom jiġu deskritti li huma hekk, bl-użu tal-kliem "Dan il-prodott fih organiżmi ġenetikament modifikati" jew "Dan il prodott fih [l-isem ta' l-organiżmu] ġenetikament modifikat" fuq it-tikketta kif ukoll bħala parti minn kwalunkwe espożizzjoni jew riklam. Dan ir-regolament daħħal fis-seħħ f'Novembru 2003.

Proċeduri biex jiġi awtorizzat u mħares l-ikel u l-għalf li fih GMOs kienu s-suġġett ta' regolament ieħor li daħal fis-seħħ lejn l-aħħar ta' l-2003. F'dan il-każ, il-Parlament irnexxielu jdaħħal emenda importanti li tippermetti l-Istati Membri li jipproteġu prodotti agrikoli konvenzjonali, mhux ġenetikament modifikati u uċuħ tar-raba' organiċi milli jkunu kontaminati billi jimponu restrizzjonijiet fuq it-tkabbir ta' prodotti agrikoli ġenetikament modifikati. Il-Kummissjoni se jkollha toħloq linji ta' gwida dwar kif dan għandu jseħħ fil-prattika.
Il-Kummissjoni ressqet ukoll regolament sabiex timplementa l-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosigurtà, b'riferenza għal GMOs, tal-Ġnus Maqgħuda, li kien iddisinjat sabiex jgħin pajjiżi jevalwaw ir-riskji u l-benefiċċji ta' organiżmi ġenetikament modifikata. Dan ir-Regolament li kien approvat f'Ġunju ta' l-2003, jistabbilixxi sistema komuni ta' notifika u nformazzjoni dwar il-movimenti tal-GMOs bejn pajjiżi differenti. Il-Parlament saħħaħ dan ir-regolament billi talab b'suċċess li l-esportaturi kollha għandhom jistennew kunsens bil-miktub qabel ma jesportaw għall-ewwel darba xi GMO intenzjonat li jinħareġ fl-ambjent.

L-eżistenza ta' dawn il-liġijiet ġodda ta' l-UE ma tneħħix awtomatikament il-moratorium fuq il-GMOs, li xi Stati Membri xorta xtaqu jżommu, iżda tagħmillha aktar faċli f'termini politiċi li l-moratorium jintemm. Illum il-ġurnata il-Kummissjoni Ewropea tidher deċiża li tapprova l-bejgħ ta' qamħirrun ġenetikament modifikat, wara li l-Istati Membri ma rnexxielhomx jiftehmu biex ikomplu bil-projbizzjoni kontra l-bejgħ tiegħu.



  
Rapporteurs:
  
GMOs: il-hrug fl-ambjent intenzjonat: David Robert Bowe (PES, UK)
GMOs: it-traccabiltà u l-ittikketjar: Antonios Trakatellis (EPP-ED, GR)
Sigurtà alimentari: ikel u ghalf genetikament modifikat: Karin Scheele (PES, A)
Movimenti intrakonfini ta' GMOs (Il-Protokoll ta' Kartagena fuq il-Bijosigurtà): Jonas Sjöstedt (GUE/NGL, S)
Il-Protokoll ta' Kartagena fuq il-Bijosigurtà tal-Gnus Maqghuda
  
Dehra generali tal-procedura legali
  
GMOs: il-hrug fl-ambjent intenzjonat
GMOs: it-traccabiltà u l-ittikketjar
Sigurtà alimentari: ikel u ghalf genetikament modifikat
Movimenti intrakonfini ta' GMOs (Il-Protokoll ta' Kartagena fuq il-Bijosigurtà)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali
  
GMOs: il-hrug fl-ambjent intenzjonat
GMOs: it-traccabiltà u l-ittikketjar
Sigurtà alimentari: ikel u ghalf genetikament modifikat
Movimenti intrakonfini ta' GMOs (Il-Protokoll ta' Kartagena fuq il-Bijosigurtà)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004