| Id-drittijiet tal-bank imhallsa sabiex ikunu ttrasferiti l-euro minn kont f’pajjiz ta’ l-UE ghal pajjiz iehor issa huma daqs dawk imhallsa ghal trasferimenti fl-istess pajjiz. Pagamenti bil-karti ta’ kreditu u gbid minn cashpoints f’euro ukoll ma jiswewx aktar f’pajjiz iehor ta’ l-UE milli jiswew id-dar. Dan kollu bis-sahha ta’ regolament ta’ l-UE illi jitlob li l-banek jiccargjaw l-istess drittijiet fuq transazzjonijiet bl-euro domestici u dawk ma’ pajjizi ohra, ligi gdida li giet bhala rispons ghal hafna snin ta’ suggerimenti mill-Parlament Ewropew.
Meta bdiet toqrob il-gurnata li fiha kienu sejrin jibdew jiccirkolaw il-karti u l-muniti ta’ l-euro – l-1 ta’ Jannar 2002 – dahal il-hsieb illi in-negozji u l-pubbliku ma kienux sejrin jaraw il-beneficcji immedjatment. Il-banek ma kienux obbligati li jiccargjaw l-istess ghal transazzjonijiet bl-euro ma’ pajjizi ohra u pagamenti domestici u kien hemm indikazzjonijiet cari li hafna kienu sejrin jibqghu jaghmlu distinzjoni (issa artificjali) bejn pagamenti bl-euro “domestici” u “barranin”. Studji wrew illi trasferiment ta’ €100 minn pajjiz ta’ l-UE ghal iehor seta’ jigi jiswa’ anke daqs €24 fi drittijiet. Fid-dawl tal-progress teknologiku u l-ghajbien imminenti tar-riskji tar-rati tal-kambju fiz-zona ta’ l-euro, l-istituzzjonijiet ta’ l-UE qablu li ma kien hemm l-ebda gustifikazzjoni ghal din is-sitwazzjoni.
Il-Parlament kien ilu jaghmel sforzi sabiex jitnaqqsu d-drittijiet ghal trasferimenti bejn pajjizi, li baqghu oghla minn drittijiet domestici anke wara li l-euro bdiet tintuza ghall-ewwel darba fl-1999. Inhass ukoll li l-banek ma kienux qeghdin jaghtu bizzejjed informazzjoni dwar id-drittijiet. Id-drittijiet oghla ghal pagamenti bejn zewg pajjizi kienu qeghdin jitqiesu bhala ostakolu ghall-kummerc u ghas-suq intern, kif ukoll li qeghdin inaqqsu l-kunfidenza tal-pubbliku fl-euro. Xi banek ghall-ewwel ghamlu kampanji kontra regolament bhal dan, billi argumentaw illi l-forza tas-suq wahidha kienet sejra tkun bizzejjed sabiex jorhsu d-drittijiet tal-banek. Izda l-Parlament kien jemmen illi l-banek kien digà kellhom bizzejjed hin, u li l-principju ta’ drittijiet indaqs kellhom ikunu imposti mil-ligi.
Il-Kummissjoni Ewropea kienet taqbel ma’ dan il-hsieb u ghalhekk ghamlet abbozz ta’ regolament, li gie approvat mill-Parlament f’Dicembru ta’ l-2001, li gieghel lill-banek li jitolbu drittijiet indaqs mill-1 ta’ Lulju 2002 ghal “tranzazzjonijiet elettronici” (gbid ta’ flus u hlas bil-karta ta’ kreditu), u mill-1 ta’ Lulju 2003 ghal trasferimenti minn kont wiehed ta’ bank ghal iehor. Fiz-zewg kazijiet din ir-regola hija soggetta ghal limitu ta’ €12,500 ghalissa izda l-ammont sejjer jitla’ ghal €50,000 mill-1 ta’ Jannar 2006. Barra minn hekk, il-banek ghandhom jinfurmaw bil-miktub lill-klijenti dwar drittijiet mitluba fuq pagamenti u trasferimenti sa mhux aktar minn €50,000. Ir-regolament japplika ghall-Istati Membri kollha u mhux biss dawk taz-zona ta’ l-ewro.
Il-limitu ta’ €50,000 ghandu jidhol b’mod gradwali
Il-Kummissjoni u l-Parlament ghall-ewwel qablu illi l-limitu ghandu jkun ta’ €50,000. Izda, l-Kunsill ippressa ghal limitu aktar baxx ta’ €12,500. Sabiex jintlahaq ftehim malajr mal-Kunsill u l-legislazzjoni tkun adottata aktar malajr, il-Parlament fl-ahhar accettaha bhal l-figura inizjali bil-kundizzjoni illi din tizdied ghal €50,000 fl-2006. Ghalhekk il-banek ikollhom iz-zmien sabiex jaddattaw rwiehhom ghal-legislazzjoni l-gdida.
Taht ir-regolament il-gdid, istituzzjonijiet finanzjarji jistghu jikkompetu bejniethom bil-kummissjonijiet illi jitolbu, sakemm ma jaghtux preferenza ghal trasferimenti domestici. Fil-fatt, il-banek jistghu jghollu d-drittijiet domestici, ghaliex ir-regolament ma jitlobx illi jitnaqqsu d-drittijiet bejn il-pajjizi izda illi dawn isiru daqs dawk domestici. Madankollu, iz-zjieda fil-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet, tnaqqas il-possibiltà ta’ dan. Il-banek jistghu ukoll jitolbu dritt li jinkludi kollox ghal servizzi differenti ta’ pagament, li jista’ jiddiskrimina bejn tipi ta’ klijenti izda mhux bejn pagamenti bejn pajjizi jew pagamenti domestici. Ezempji ta’ dan jistghu jkunu n-numru ta’ gbid minghajr hlas, kemm fil-pajjiz ta’ residenza u barra mill-pajjiz, jew dritt annwali sabiex thaddem il-karta barra mill-pajjiz. L-obbligu ta’ drittijiet ugwali ma japplikax ghal cekkijiet miktuba, minhabba li dawn jiswew aktar biex jigu pprocessati milli l-pagamenti elettronici. Il-banek jistghu jitolbu wkoll aktar jekk il-klijenti ma jikkomunikawx in-numru IBAN tal-beneficjarju tat-trasferiment.
|