| Kull sena, eluf ta’ nies jitilfu x-xoghol wara li tfalli l-kumpanija taghhom. Imbaghad, tqum il-kwestjoni ta’ kif il-haddiem ikun jista’ jircievi l-hlasijiet li jkollu dritt ghalihom. Il-Kummissjoni Ewropea hasset il-bzonn li tintroduci bidliet fid-Direttiva ta' l-1980 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati f’kaz ta’ insolvenza ta’ min ihaddem, sabiex ikun ikkontrollat is-suq tax-xoghol peress li l-falliment ta’ l-intraprizi sar aktar frekwenti. Il-Parlament Ewropew sahhah id-dispozizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni.
L-ahhar ghoxrin sena jixhdu evoluzzjoni importanti fis-suq tax-xoghol, fosthom, it-trasformazzjoni ta’ l-ekonomija internazzjonali ta’ l-industrija u tas-servizzi, zieda fil-mobilità tal-haddiema u bosta ristrutturazzjonijiet u riorganizzazzjonijiet ta’ intraprizi. It-tnaqqis ta’ mpjiegi u l-konsegwenzi li jhallu l-fallimenti huma spiss il-punti pricipali ta’ l-ahbarijiet. Ic-cittadini Ewropej kollha semghu bid-drammi socjali tal-Métal Europe, ta’ l-Air Liberté jew tas-Sabena. Lejliet it-tkabbir ta’ l-Unjoni, il-fenomenu tar-rilokazzjoni ghandu mnejn illi jikber aktar. Minn dan giet il-htiega li ntejbu aktar il-protezzjoni tal-haddiema milquta mill-ghejbien ta’ intraprizi.
Nipprotegu l-haddiema kollha
Mill-1980, direttiva Ewropea pprotegiet l-haddiema fil-kaz ta’ falliment izda din ma gietx addattata ghall-evoluzzjonijiet mghaggla tal-hajja ekonomika, dejjem aktar tranzizzjonali, u ghall-istatus differenti tal-haddiema li feggew. Ghalhekk, fl-2002, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet illi tigi modifikata din id-direttiva sabiex tassigura minimu ta’ protezzjoni lil aktar impjegati fil-kaz illi min ihaddimhom ma jkunx jista’ jhallas. Il-Kummissjoni hasset l-htiega li tqarreb il-legizlazzjonijiet ta’ l-Istati Membri f’dan ir-rigward u li tinkoraggixxi l-kooperazzjoni ta’ l-amministrazzjonijiet taghhom. Il-Parlament Ewropew ipprezenta bosta proposti sabiex tissahhah din il-legizlazzjoni l-gdida ghall-gid tal-haddiema u rnexxielu jikseb li din tigi applikata ghall-kwazi l-impjegati kollha. Din il-ligi komunitarja, minn issa ‘l quddiem, tipprotegi l-haddiema part-time, il-haddiema b'kuntratt ta' zmien stabbilit, kif ukoll haddiema temporanji. Il-haddiema impjegati minn persuna individwali ghal xoghol domestiku u sajjieda mhallsa skond il-qabda biss mhumiex koperti b'din il-ligi. Id-deputati insistew ukoll ghal definizzjoni aktar wiesgha tal-proceduri ta’ insolvenza bil-hsieb li jizguraw protezzjoni ahjar ghall-vittmi tal-fallimenti. Fuq talba tal-Parlament, id-direttiva tinkoraggixxi lill-Istati Membri li jestendu l-protezzjoni lill-impjegati ghal sitwazzjonijiet ta’ insolvenza ohra li huma previsti fil-ligi nazzjonali taghhom. Fuq din il-bazi legali, il-haddiema milquta mill-eghluq sfurzat ta’ l-intraprizi jistghu jircievu l-hlas dovut lilhom mill-istituzzjoni ta’ garanzija ta’ l-Istat Membru rispettiv.
Id-Direttiva ta’ l-1980, diga kienet tobbliga lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu korp li jiggarantixxi lill-haddiema hlas ta’ krediti li huma dovuti lilhom minn intrapriza li ma tkunx tista’ thallas. Il-modifikazzjonijiet li gew adottati fl-2002 jinkludu specifikazzjoni ghat-thaddim ta’ dawn il-korpi. Fil-kaz ta’ insolvenza ta’ intraprizi transnazzjonali prezenti f’mill-anqas zewg Stati Membri, id-direttiva timponi fuq l-istituzzjoni ta’ l-Istat li fih jahdem l-impjegat sabiex ihallas l-krediti dovuti lill-haddiema.
Le ghal limitu minimu ta' hlas li hu baxx izzejjed
Il-Parlament approva l-idea li l-Istati Membri jistabbilixxu limitu minimu ghall-hlas maghmul mill-istutuzzjoni ta’ garanzija nazzjonali. Id-deputati kisbu ukoll illi dan il-limitu minimu ma jkunx baxx izzejjed, ghax inkella ma jkunx socjalment accettabbli.
Talba mportanti ohra tal-Parlament kienet illi tigi ntrodotta fid-direttiva definizzjoni tal-kuncett ta’ “haddiem” u titkabbar it-tifsira ta’ “impjegat” ghal aktar minn “persuna mhallsa”, sabiex jinkludu per ezempju, nies li jahdmu bhala indipendenti ghal wiehed li jhaddem, jew li jkollhom klijent wiehed, jew haddiema b'kuntratt ta’ tahrig (tobba, assistenti u ohrajn). Il-PE talab, diversi drabi, li tissahhah il-protezzjoni ta’ haddiema atipici (free-lance, haddiema mid-dar jew b'kuntratti multipli, etc.).
B’dispjacir kbir tad-deputati, dawn il-proposti ma gewx milqugha mill-Istati Membri. Id-definizzjoni tal-kuncett ta’ “haddiem” taqa’ taht il-kompetenza nazzjonali. Madankollu, il-Parlament approva d-direttiva sabiex jippermetti d-dhul fis-sehh taghha malajr. Fl-istess hin, il-PE impenja ruhu li jkompli d-diskussjonijiet dwar il-problema ta’ haddiema atipici fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea wettqet studju dwar is-sitwazzjoni ta’ dawn il-haddiema u organizzat, flimkien mal-Parlament Ewropew, dibattitu pubbliku dwar is-suggett sabiex jigu kkonsidrati mizuri godda ghall-futur.
L-Istati Membri ghandhom sat-8 ta’ Ottubru 2005 sabiex idahhlu fis-sehh din id-direttiva l-gdida. Fl-2010, il-Kummissjoni se tipprezenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-twettiq u l-applikazzjoni ta' din id-direttiva fl-Istati Membri kollha.
|