Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
L-Istrateġija ta’ l-Impjiegi
Il-protezzjoni tal-ħaddiema
L-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol
Is-saħħa u s-sigurtà
tal-ħaddiema
Is-saħħa tan-nisa
Is-sigħat ta’ xogħol
Is-sistemi tas-sigurtà soċjali
In-nisa u s-soċjetà
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Better funding for public health
> Hygiene and health
> Employment Policy


Aktar protezzjoni għall-impjegati f’każ ta’ fallimenti

Kull sena, eluf ta’ nies jitilfu x-xogħol wara li tfalli l-kumpanija tagħhom. Imbagħad, tqum il-kwestjoni ta’ kif il-ħaddiem ikun jista’ jirċievi l-ħlasijiet li jkollu dritt għalihom. Il-Kummissjoni Ewropea ħasset il-bżonn li tintroduċi bidliet fid-Direttiva ta' l-1980 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati f’każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddem, sabiex ikun ikkontrollat is-suq tax-xogħol peress li l-falliment ta’ l-intrapriżi sar aktar frekwenti. Il-Parlament Ewropew saħħaħ id-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni.

L-aħħar għoxrin sena jixħdu evoluzzjoni importanti fis-suq tax-xogħol, fosthom, it-trasformazzjoni ta’ l-ekonomija internazzjonali ta’ l-industrija u tas-servizzi, żieda fil-mobilità tal-ħaddiema u bosta ristrutturazzjonijiet u riorganizzazzjonijiet ta’ intrapriżi. It-tnaqqis ta’ mpjiegi u l-konsegwenzi li jħallu l-fallimenti huma spiss il-punti priċipali ta’ l-aħbarijiet. Iċ-ċittadini Ewropej kollha semgħu bid-drammi soċjali tal-Métal Europe, ta’ l-Air Liberté jew tas-Sabena.
Lejliet it-tkabbir ta’ l-Unjoni, il-fenomenu tar-rilokazzjoni għandu mnejn illi jikber aktar. Minn dan ġiet il-ħtieġa li ntejbu aktar il-protezzjoni tal-ħaddiema milquta mill-għejbien ta’ intrapriżi.

Nipproteġu l-ħaddiema kollha

Mill-1980, direttiva Ewropea pproteġiet l-ħaddiema fil-każ ta’ falliment iżda din ma ġietx addattata għall-evoluzzjonijiet mgħaġġla tal-ħajja ekonomika, dejjem aktar tranżizzjonali, u għall-istatus differenti tal-ħaddiema li feġġew. Għalhekk, fl-2002, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet illi tiġi modifikata din id-direttiva sabiex tassigura minimu ta’ protezzjoni lil aktar impjegati fil-każ illi min iħaddimhom ma jkunx jista’ jħallas. Il-Kummissjoni ħasset l-ħtieġa li tqarreb il-leġiżlazzjonijiet ta’ l-Istati Membri f’dan ir-rigward u li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni ta’ l-amministrazzjonijiet tagħhom.
Il-Parlament Ewropew ippreżenta bosta proposti sabiex tissaħħaħ din il-leġiżlazzjoni l-ġdida għall-ġid tal-ħaddiema u rnexxielu jikseb li din tiġi applikata għall-kważi l-impjegati kollha. Din il-liġi komunitarja, minn issa ‘l quddiem, tipproteġi l-ħaddiema part-time, il-ħaddiema b'kuntratt ta' żmien stabbilit, kif ukoll ħaddiema temporanji. Il-ħaddiema impjegati minn persuna individwali għal xogħol domestiku u sajjieda mħallsa skond il-qabda biss mhumiex koperti b'din il-liġi.
Id-deputati insistew ukoll għal definizzjoni aktar wiesgħa tal-proċeduri ta’ insolvenza bil-ħsieb li jiżguraw protezzjoni aħjar għall-vittmi tal-fallimenti. Fuq talba tal-Parlament, id-direttiva tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jestendu l-protezzjoni lill-impjegati għal sitwazzjonijiet ta’ insolvenza oħra li huma previsti fil-liġi nazzjonali tagħhom. Fuq din il-bażi legali, il-ħaddiema milquta mill-egħluq sfurzat ta’ l-intrapriżi jistgħu jirċievu l-ħlas dovut lilhom mill-istituzzjoni ta’ garanzija ta’ l-Istat Membru rispettiv.

Id-Direttiva ta’ l-1980, diġa kienet tobbliga lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu korp li jiggarantixxi lill-ħaddiema ħlas ta’ krediti li huma dovuti lilhom minn intrapriża li ma tkunx tista’ tħallas. Il-modifikazzjonijiet li ġew adottati fl-2002 jinkludu speċifikazzjoni għat-tħaddim ta’ dawn il-korpi. Fil-każ ta’ insolvenza ta’ intrapriżi transnazzjonali preżenti f’mill-anqas żewġ Stati Membri, id-direttiva timponi fuq l-istituzzjoni ta’ l-Istat li fih jaħdem l-impjegat sabiex iħallas l-krediti dovuti lill-ħaddiema.

Le għal limitu minimu ta' ħlas li hu baxx iżżejjed

Il-Parlament approva l-idea li l-Istati Membri jistabbilixxu limitu minimu għall-ħlas magħmul mill-istutuzzjoni ta’ garanzija nazzjonali. Id-deputati kisbu ukoll illi dan il-limitu minimu ma jkunx baxx iżżejjed, għax inkella ma jkunx soċjalment aċċettabbli.

Talba mportanti oħra tal-Parlament kienet illi tiġi ntrodotta fid-direttiva definizzjoni tal-kunċett ta’ “ħaddiem” u titkabbar it-tifsira ta’ “impjegat” għal aktar minn “persuna mħallsa”, sabiex jinkludu per eżempju, nies li jaħdmu bħala indipendenti għal wieħed li jħaddem, jew li jkollhom klijent wieħed, jew ħaddiema b'kuntratt ta’ taħriġ (tobba, assistenti u oħrajn). Il-PE talab, diversi drabi, li tissaħħaħ il-protezzjoni ta’ ħaddiema atipiċi (free-lance, ħaddiema mid-dar jew b'kuntratti multipli, etc.).

B’dispjaċir kbir tad-deputati, dawn il-proposti ma ġewx milqugħa mill-Istati Membri. Id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “ħaddiem” taqa’ taħt il-kompetenza nazzjonali. Madankollu, il-Parlament approva d-direttiva sabiex jippermetti d-dħul fis-seħħ tagħha malajr. Fl-istess ħin, il-PE impenja ruħu li jkompli d-diskussjonijiet dwar il-problema ta’ ħaddiema atipiċi fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea wettqet studju dwar is-sitwazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema u organizzat, flimkien mal-Parlament Ewropew, dibattitu pubbliku dwar is-suġġett sabiex jiġu kkonsidrati miżuri ġodda għall-futur.

L-Istati Membri għandhom sat-8 ta’ Ottubru 2005 sabiex idaħħlu fis-seħħ din id-direttiva l-ġdida. Fl-2010, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-twettiq u l-applikazzjoni ta' din id-direttiva fl-Istati Membri kollha.



  
Rapporteurs:
  
Protezzjoni tal-haddiema impjegati fil-kaz ta’ insolvenza ta’ min ihaddem: Theodorus J.J. Bouwman (Greens/EFA, NL)
  
Dehra generali tal-procedura legizlattiva:
  
Protezzjoni tal-haddiema impjegati fil-kaz ta’ insolvenza ta’ min ihaddem
  
Il-Gurnal Ufficcjali – Atti Finali:
  
Protezzjoni tal-haddiema impjegati fil-kaz ta’ insolvenza ta’ min ihaddem

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004